This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0497
Case C-497/18: Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Törvényszék (Hungary) lodged on 30 July 2018 — Budapesti Közlekedési Zrt. v Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság
Kawża C-497/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2018 – Budapesti Közlekedési Zrt. vs Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság
Kawża C-497/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2018 – Budapesti Közlekedési Zrt. vs Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság
ĠU C 381, 22.10.2018, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2018 – Budapesti Közlekedési Zrt. vs Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság
(Kawża C-497/18)
(2018/C 381/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszé
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Budapesti Közlekedési Zrt.
Konvenuta: Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság
Parti oħra fil-proċedura: Közbeszerzési Hatóság Elnöke
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessi 2, 25, 27 u 36 tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (1), l-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (2), u, f’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u r-rekwiżit ta’ effettività u ċelerità tar-rimedji disponibbli fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-konfront tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, inkonnessjoni mal-kuntratti pubbliċi konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, ladarba jkunu skadew it-termini ta’ dekadenza għall-preżentata ta’ rikors stabbiliti fil-leġiżlazzjoni preċedenti tal-Istat Membru sabiex jiġi investigat il-ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi mwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni, tawtorizza b’mod ġenerali lill-awtorità (ta’ superviżjoni) kompetenti sabiex din tistitwixxi, fit-terminu stabbilit fl-imsemmija leġiżlazzjoni, proċedura sabiex jiġi investigat ksur partikolari fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u, b’konsegwenza ta’ dan, li tiddikjara li twettaq ksur, timponi sanzjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u tapplika l-konsegwenzi tan-nullità tal-kuntratt pubbliku? |
2) |
Jistgħu jiġu applikati l-liġijiet u l-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda — minbarra għall-eżerċizzju effettiv tad-dritt (suġġettiv u personali) għal rimedju li għandhom il-persuni kkonċernati mill-għoti tal-kuntratt pubbliku — għad-dritt li tiġi istitwita u żvolġuta proċedura ta’ reviżjoni li għandhom l-awtoritajiet (ta’ superviżjoni) stabbiliti mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru, li għandhom il-fakultà jindividwaw u jinvestigaw ex officio ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku? |
3) |
Mill-Artikolu 99(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (4) jista’ jiġi dedott li, permezz tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, id-dritt tal-Istat Membru jista’ — sabiex jiddefendi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi — jawtorizza b’mod ġenerali lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni), li għandhom il-fakultà mogħtija lilhom mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru sabiex jindividwaw u jinvestigaw ex officio ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku, sabiex jinvestigaw ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi mwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni u sabiex jistitwixxu u jiżvolġu proċedura, minkejja jkunu diġà skadew it-termini ta’ dekadenza skont il-leġiżlazzjoni preċedenti? |
4) |
Sabiex tiġi evalwata — filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-liġijiet u l-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda — il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-fakultà ta’ investigazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni) kif deskritta fl-ewwel u fit-tielet domanda, huwa rilevanti liema kienu dawk il-lakuni legali, leġiżlattivi, tekniċi u strutturali jew l-ostakoli ta’ xi tip ieħor li minħabba fihom ma kienx ġie investigat il-ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi fil-mument li dan kien twettaq? |
5) |
L-Artikoli 41(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-premessi 2, 25, 27 u 36 tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, l-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, u, f’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u r-rekwiżit ta’ effettività u ċelerità tar-rimedji disponibbli fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-konfront tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li — inkluż jekk, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, tista’ tingħata l-fakultà li hemm riferiment għaliha fl-ewwel u fir-raba’ domanda lill-awtoritajiet (ta’ superviżjoni), li għandhom il-fakultà mogħtija lilhom mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru sabiex jindividwaw u jinvestigaw ex officio ksur fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u li għandhom l-għan li jiddefendu l-interess pubbliku — il-qorti nazzjonali tista’ tevalwa n-natura raġonevoli u l-proporzjonalità tal-perijodu ta’ żmien li jkun iddekorra bejn it-twettiq tal-ksur, l-iskadenza tat-terminu ta’ dekadenza għall-preżentata tar-rikors previst preċedentement u l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni tal-ksur u minn dan tiddeduċi l-konsegwenza legali tal-ineffikaċja tad-deċiżjoni kkontestata jew xi konsegwenza oħra stabbilita mid-dritt tal-Istat Membru? |
(3) Direttiva tas-26 ta’ Frar 2014 (ĠU 2014, L 94, p. 65).
(4) Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).