Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0459

Kawża C-459/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fis-16 ta’ Lulju 2018 – Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat

ĠU C 373, 15.10.2018, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fis-16 ta’ Lulju 2018 – Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat

(Kawża C-459/18)

(2018/C 373/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi li, għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli tagħha, kumpannija li hija suġġetta għat-taxxa b’mod sħiħ fil-Belġju u li għandha, fi Stat Membru ieħor, stabbiliment permanenti li l-profitti minnu huma totalment eżentati fil-Belġju bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja bejn il-Belġju u l-Istat Membru l-ieħor:

it-tnaqqis tal-kapital f’riskju għandu jitnaqqas minn ammont ta’ tnaqqis għal kapital f’riskju kkalkulat fuq id-differenza pożittiva bejn, minn naħa, il-valur kontabbli net ta’ elementi tal-attiv tal-istabbiliment permanenti u, min-naħa l-oħra, it-total tal-elementi tal-passiv li ma jifformawx parti mill-kapitali proprji tal-kumpannija u li huma attribwibbli lill-istabbiliment permanenti u

l-imsemmi tnaqqis ma għandux jiġi applikat meta l-ammont tat-tnaqqis ikun inqas mill-profitt ta’ dan l-istabbiliment permanenti,

filwaqt li m’għandu jsir l-ebda tnaqqis mit-tnaqqis għall-kapital f’riskju jekk din id-differenza pożittiva tkun tista’ tiġi attribwita lil stabbiliment permanenti li jinsab fil-Belġju?


Top