This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0431
Case C-431/18: Request for a preliminary ruling from the Audiencia Provincial de Zaragoza (Spain) lodged on 29 June 2018 — María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España v Irene Conte Sánchez
Kawża C-431/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez
Kawża C-431/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez
ĠU C 373, 15.10.2018, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez
(Kawża C-431/18)
(2018/C 373/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Zaragoza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España
Konvenuta: Irene Conte Sánchez
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1) jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi, fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati mill-perikolu maħluq mir-rilaxx ta’ likwidi minn vettura f’post ta’ parkeġġ fejn tkun ipparkjata din il-karozza jew waqt manuvri ta’ pparkjar fi spazju ta’ parkeġġ privat, li jinsab f’koproprjetà, fil-konfront tal-utenti l-oħra ta’ din il-koproprjetà?