Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0419

    Kawża C-419/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy Pragi-Południe w Warszawie (il-Polonja) fis-26 ta’ Ġunju 2018 – Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej vs Bogumiła Włostowska, Mariusz Kurpiewski, Kamil Wójcik, Michał Konarzewski, Elżbieta Kondracka-Kłębecka, Monika Karwowska, Stanisław Kowalski, Anna Trusik, Adam Lizoń, Włodzimierz Lisowski

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy Pragi-Południe w Warszawie (il-Polonja) fis-26 ta’ Ġunju 2018 – Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej vs Bogumiła Włostowska, Mariusz Kurpiewski, Kamil Wójcik, Michał Konarzewski, Elżbieta Kondracka-Kłębecka, Monika Karwowska, Stanisław Kowalski, Anna Trusik, Adam Lizoń, Włodzimierz Lisowski

    (Kawża C-419/18)

    (2018/C 427/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Warszawy Pragi-Południe w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej

    Konvenuti: Bogumiła Włostowska, Mariusz Kurpiewski, Kamil Wójcik, Michał Konarzewski, Elżbieta Kondracka-Kłębecka, Monika Karwowska, Stanisław Kowalski, Anna Trusik, Adam Lizoń, Włodzimierz Lisowski

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 3(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2) inkluż, b’mod partikolari, l-Artikoli 10, 14, 17(1) u 19 tagħha, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermetti li jiġi ggarantit kreditu permezz ta’ ċedola in bjank minn kreditur professjonist lil persuna li tissellef li hija konsumatur?

    L-Artikoli 6(1)u 7(1) tad-Direttiva 93/3 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża li hemm riferiment għaliha fl-ewwel domanda l-obbligu li teżamina ex officio jekk id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt li jikkostitwixxu r-relazzjoni legali fundamentali li hija l-bażi tal-obbligu ta’ ċedola ma jinkludux klawżoli kuntrattwali inġusti, anki meta l-bejjiegħ jew fornitur rikorrent jibbaża t-talba tiegħu esklużivament fuq ir-relazzjoni bbażata fuq iċ-ċedola?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

    (2)  ĠU 2008 L 133, p. 66, rettifika fil-ĠU 2009 L 207, p. 14; rettifika fil-ĠU 2010 L 199, p. 40; rettifika fil-ĠU 2011 L 234, p. 46.


    Top