Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0172

    Kawża C-172/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree vs Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

    ĠU C 190, 4.6.2018, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree vs Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

    (Kawża C-172/18)

    (2018/C 190/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree

    Konvenuti: Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

    Domandi preliminari

    F’ċirkustanzi fejn impriża hija stabbilita u ddomiċiljata fi Stat Membru A u ħadet miżuri f’dak it-territorju sabiex tirreklama u toffri għal bejgħ prodotti taħt sinjal identiku għal trade mark tal-Unjoni permezz ta’ sit internet intiż għal kummerċjanti u għal konsumaturi ta’ Stat Membru B:

    i)

    qorti tat-trade marks tal-Unjoni fi Stat Membru B għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq azzjoni ta’ ksur tat-trade mark tal-Unjoni minħabba dan ir-reklamar u din l-offerta għal bejgħ ta’ prodotti f’dak it-territorju?

    ii)

    fil-każ ta’ risposta negattiva, xi kriterji oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni minn dik il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni sabiex tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq tali azzjoni?

    iii)

    sa fejn ir-risposta għal (ii) tirrikjedi li l-qorti tat-trade marks tal-Unjoni tidentifika jekk l-impriża ħaditx miżuri attivi fl-Istat Membru B, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk l-impriża ħaditx tali miżuri attivi?


    Top