Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0114

    Kawża C-114/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Frar 2018 – Sandoz Ltd, Hexal AG vs G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland

    ĠU C 152, 30.4.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Frar 2018 – Sandoz Ltd, Hexal AG vs G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland

    (Kawża C-114/18)

    (2018/C 152/20)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sandoz Ltd, Hexal AG

    Konvenuti: G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland

    Domandi preliminari

    Meta l-uniku ingredjent is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari maħruġ abbażi tar-[Regolament Nru 469/2009] (1) jagħmel parti minn kategorija ta’ komposti li jaqgħu taħt definizzjoni Markush f’talba tal-privattiva, li jinkorporaw l-avvanz tekniku inventiv ewlieni, huwa suffiċjenti, għall-finijiet tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, li, fid-dawl tal-istruttura tiegħu, il-kompost huwa immedjatament irrikonoxxut bħala kompost li jaqa’ taħt il-kategorija (u huwa għaldaqstant protett mill-privattiva bis-saħħa tal-liġi nazzjonali dwar il-privattivi) jew għandhom is-sostitwenti speċifiċi neċessarji biex jifformaw l-ingredjent attiv jidhru fost dawk li l-persuna speċjalizzata fil-qasam tista’ tidderivi minn qari tat-talbiet tal-privattiva ibażata fuq il-konjizzjonijiet ġenerali komuni tagħhom?


    (1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).


    Top