Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0104

    Kawża C-104/18 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2018 minn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-687/16 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 152, 30.4.2018, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/16


    Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2018 minn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-687/16 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-104/18 P)

    (2018/C 152/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ (rappreżentanti: J. Güell Serra, E. Stoyanov Edissonov, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Joaquín Nadal Esteban

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla s-sentenza appellata;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddikjara li t-trade mark kontenzjuża Nru 9917436 hija invalida;

    tikkundanna lil Joaquín Nadal Esteban u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ddikjarat, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), li mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2009, Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli, C-529/07, ECLI:EU:C:2009:361, kien jirriżulta li l-malafede tippreżupponi l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni u li konsegwentement tirrikjedi li l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni kellhom ikunu simili jew identiċi.

    L-appellanti ssostni li mis-sentenza Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli ma jirriżultax li l-malafede tal-applikant għal reġistrazzjoni tippreżupponi l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks/sinjali tal-partijiet, iżda li l-eżistenza ta’ tali probabbiltà ta’ konfużjoni hija biss eżempju ta’ fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, u mhux kundizzjoni sine qua non għall-applikazzjoni tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

    L-appellanti għalhekk tallega li, billi kkonstatat li l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 kien jippreżupponi jew kien jeħtieġ l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku u għalhekk li l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni jkunu jixtiebħu jew identiċi, il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin is-sentenza Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli u applikat ħażin l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Konsegwentement hija wettqet żball ta’ liġi.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


    Top