EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CJ0654

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020.
Interseroh Dienstleistungs GmbH vs SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill- Verwaltungsgericht Stuttgart.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Trasferiment ta’ skart – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel – Rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni – Anness III A – Taħlita ta’ karta, ta’ kartun u ta’ prodotti tal-karta – Entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel – Materjali li jfixklu – Kontaminazzjoni ta’ taħlita b’materjali oħra – Valorizzazzjoni b’mod ekoloġikament razzjonali.
Kawża C-654/18.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:398

 SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)

28 ta’ Mejju 2020 ( *1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Trasferiment ta’ skart – Regolament (KE) Nru 1013/2006 – Proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel – Rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni – Anness III A – Taħlita ta’ karta, ta’ kartun u ta’ prodotti tal-karta – Entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel – Materjali li jfixklu – Kontaminazzjoni ta’ taħlita b’materjali oħra – Valorizzazzjoni b’mod ekoloġikament razzjonali”

Fil-Kawża C‑654/18,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Qorti Amministrattiva ta’ Stuttgart, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑10 ta’ Ottubru 2018, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑18 ta’ Ottubru 2018, fil-proċedura

Interseroh Dienstleistungs GmbH

vs

SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),

komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,

Avukat Ġenerali: E. Sharpston,

Reġistratur: M. Krausenböck, amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑18 ta’ Settembru 2019,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

għal Interseroh Dienstleistungs GmbH, minn A. Oexle u T. Lammers, Rechtsanwälte,

għal SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH, minn H. S. Wirsing u minn E. Beathalter, Rechtsanwälte,

għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u A. M. de Ree, bħala aġenti,

għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,

għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Haasbeek u A. C. Becker, bħala aġenti,

wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tat‑30 ta’ Jannar 2020,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2006, L 190, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002, tal-10 ta’ Novembru 2015 (ĠU 2015, L 294, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 1013/2006”).

2

Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Interseroh Dienstleistungs GmbH (iktar ’il quddiem “Interseroh”) u SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH (aġenzija għall-iskart speċjali tal-Land ta’ Bade-Wurtemberg, iktar ’il quddiem “SAA”), dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li teżenta t-trasferiment ta’ taħlita ta’ skart tal-karta, kartun u prodotti tal-karta kif ukoll materjali oħra mill-proċedura ta’ notifika prevista mir-Regolament 1013/2006.

Il-kuntest ġuridiku

Id-dritt internazzjonali

3

L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-moviment transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu, iffirmata f’Basel fit‑22 ta’ Marzu 1989, approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE tal-1 ta’ Frar 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 18, p. 304), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Basel”), intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni”, jipprovdi, fil-paragrafu 1 (a) tiegħu:

“L-iskart li ġej li hu bla ħsara għall-moviment li jaqsam il-fruntieri għandu jkun ‘skart ta’ riskju’ għall-għanijiet ta’ din il-Konvenzjoni:

a)

l-iskart li jappartjieni għal kull kategorija li tinsab fl-Anness I, għajr jekk ma jippossjiedi l-ebda karatterstika li tinsab fl-Annes III; u

[…]”

4

Il-frażi introduttiva tal-Anness IX tal-imsemmija konvenzjoni hija fformulata kif ġej:

“Skart li jinsab f’dan l-anness ma huwiex skart kopert mill-Artikolu 1, paragrafu 1(a) tal-Konvenzjoni sakemm dan ma fihx materjal kopert mill-Anness I sal-punt li jibda jesebixxi xi karatteristika ta’ Anness III.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

5

Il-Lista B3 ta’ dan l-anness tkopri “skart li fih prinċipalment kostitwenti organiċi, li jista’ jkun fihom metalli u materjali inorganiċi” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Din il-Lista B3 tinkludi, b’mod partikolari, l-entrata B3020 li taqra kif ġej:

“B3020 Skart ta’ karta, kartun u prodotti tal-karti

Il-materjali li ġejjin, sakemm ma jkunux imħallta bi skart perikoluż:

Skart u Ruttam ta’ karti jew ta’ kartuna li joriġinaw minn:

karta jew kartun mhux ibbliċjati jew ta’ karti jew kartun immewġin

karti jew kartun ieħor, magħmul prinċipalment minn taħlita ibbliċjata kimikament, mhux ikkuluriti fil-massa

karti jew kartun magħmul prinċipalment minn taħlita mekanika (per eżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat b’mod simili)

oħra, li jinkludu imma mhux limitati għal:

kartun laminat;

ruttam mhux magħżul”.

Id-dritt tal-Unjoni

Id-Direttiva 2006/12/KE

6

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (ĠU 2006, L 114, p. 9), kien jipprevedi:

“L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-iskart jiġi rkuprat jew mormi mingħajr ma jinħoloq periklu għas-saħħa umana u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari:

a)

mingħajr riskju għall-ilma, l-arja jew il-ħamrija, jew għall-pjanti jew l-annimali;

b)

mingħajr ma joħolqu fastidju minħabba storbju jew irwejjaħ;

ċ)

mingħajr effetti negattivi fuq il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali.”

Ir-Regolament 1013/2006

7

Il-premessi 1, 3, 5, 7, 8, 14, 15, 33 u 39 tar-Regolament Nru 1013/2006 huma redatti kif ġej:

“(1)

L-għan u l-komponent ewlieni u predominanti ta’ dan ir-Regolament huwa l-protezzjoni ta’ l-ambjent […]

[…]

(3)

Id-deċiżjoni [93/98] kienet tikkonċerna l-konklużjoni, f’isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni ta’ Basel […], li għaliha l-Komunità ilha parti sa mill-1994.

[…]

(5)

Minħabba l-fatt li l-Komunità approvat id-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill ta’ l-[Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni u tal-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)] li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru (id-Deċiżjoni ta’ l-OECD), sabiex il-listi ta’ skart jiġu armonizzati mal-Konvenzjoni ta’ Basel u sabiex jiġu riveduti ċerti rekwiżiti oħra, huwa meħtieġ li l-kontenut ta’ dik id-Deċiżjoni jiġi nkorporat fil-leġislazzjoni Komunitarja.

[…]

(7)

Huwa importanti li jiġu organizzati u regolati s-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart b’mod li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu ppreżervati, protetti u mtejba l-kwalità tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u b’mod li jippromovi applikazzjoni aktar uniformi tar-Regolament fil-Komunità kollha.

(8)

Huwa wkoll importanti li jittieħed kont tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(2)(d) tal-Konvenzjoni ta’ Basel li l-vjeġġi ta’ skart perikoluż għandhom jitnaqqsu għal minimu konsistenti ma’ l-immaniġġar ambjentali san u effikaċi ta’ tali skart..

[…]

(14)

Fil-każ ta’ vjeġġi ta’ skart […] mhux elenkat, inter alia, fl-Anness III jew IIIA destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru, huwa xieraq li jiġu żgurati l-aqwa superviżjoni u kontroll billi jkun meħtieġ permess bil-miktub bil-quddiem għal tali vjeġġi.

(15)

Fil-każ ta’ vjeġġi ta’ skart elenkat fl-Anness III, IIIA jew IIIB destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru, huwa xieraq li jiġi żgurat livell minimu ta’ superviżjoni u kontroll billi jinħtieġ li tali trasporti jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni.

[…]

(33)

Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li, b’konformità mad-Direttiva [2006/12] u leġislazzjoni Komunitarja oħra dwar l-iskart, skart trasportat fil-Komunità u skart importat fil-Komunità jiġi mmaniġġat, tul il-perjodu tal-vjeġġ u inkluż matul l-irkupru jew ir-rimi fil-pajjiż ta’ destinazzjoni, mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jkunu jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent. […]

[…]

(39)

Waqt l-eżami tat-taħlit ta’ skart li għandu jiġi inkluż fl-Anness III A, għandha tiġi kkunsidrata, fost affarijiet oħra, l-informazzjoni li ġejja: il-proprjetajiet tal-iskart bħall-karatteristiċi eventwali tiegħu ta’ perikolu, il-potenzjal ta’ kontaminazzjoni tiegħu u l-istat fiżiku tiegħu; l-aspetti li jirrigwardaw l-immaniġġjar tagħhom bħall-kapaċità teknoloġika ta’ rkupru ta’ skart u l-vantaġġi għall-ambjent li jirriżultaw mill-operazzjoni ta’ rkupru, inkluża l-possibbiltà li l-ġestjoni ekoloġikament razzjonali tal-iskart tista’ tiġi kompromessa.[…]”

8

Il-punti (3) u (8) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprevedu:

“Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

[…]

3)

‘taħlita ta’ skart’ tfisser skart li jirriżulta minn taħlit intenzjonat jew mhux intenzjonat ta’’ żewġ tipi differenti jew aktar ta’’ skart u li għal liema taħlita ma teżistix entrata waħdanija fl-Annessi III, IIIB, IV u IVA. Skart trasportat fi vjeġġ wieħed ta’’ skart, li jikkonsisti f’’żewġ tipi jew aktar ta’ skart, fejn kull skart huwa separat, mhuwiex taħlita ta’ skart.

[…]

8)

‘maniġġar ambjentalment san’ tfisser it-teħid tal-passi prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat li l-iskart ikun maniġġat b’mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw minn tali skart.

9

Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat “Qafas proċedurali ġenerali”:

“1.   Il-vjeġġi tat-tipi ta’ skart li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel kif stabbilit bid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu:

[…]

b)

jekk ikunu destinati għal operazzjonijiet ta’ rkupru:

[…]

iii)

skart li mhux klassifikat taħt entrata waħdanija f’xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IV A;

iv)

taħlit ta’ skart mhux klassifikat taħt entrata f’xi wieħed mill-Annessi III, III B, IV IV A ħlief jekk elenkati fl-Anness III A.

2.   Il-vjeġġi tat-tipi ta’ skart li ġejjin destinati għall-irkupru għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali ta’ informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18, jekk l-ammont ta’ skart imbarkat ikun akbar minn 20 kg:

a)

l-iskart elenkat fl-Anness III jew III B;

b)

it-taħlit ta’ skart, li ma huwiex ikklassifikat f’entrata waħda fl-Anness III, ta’ mill-inqas żewġ tipi ta’ skart elenkati fl-Anness III, sa fejn il-kompożizzjoni ta’ dan it-taħlit ma tipprekludix l-irkupru tagħhom skont ir-rispett tal-ambjent, u sa fejn dan it-taħlit huwa elenkat fl-Anness III A, skont l-Artikolu 58.

[…]”

10

L-Artikoli 4 et seq. tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprovdu l-modalitajiet tal-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens minn qabel bil-miktub.

11

L-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, li jipprovdu li l-iskart imsemmi b’mod partikolari fl-Artikolu 3(2) tal-imsemmi regolament għandu jkun akkumpanjat minn ċerta informazzjoni, fosthom il-formola riprodotta fl-Anness VII tal-istess regolament.

12

L-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1013/2006, intitolat “Nuqqas ta’ ftehim dwar kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni”, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:

“Jekk l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu dwar il-klassifikazzjoni ta’ l-iskart notifikat kif elenkat fl-Anness III, IIIA, IIIB jew IV, l-iskart għandu jitqies bħala elenkat fl-Anness IV”.

13

L-Artikolu 49 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Protezzjoni ta’ l-Ambjent”, fil-paragrafu 1 tiegħu, jipprovdi li:

“Il-produttur, in-notifikatur u impriżi oħrajn involuti fi vjeġġ ta’ skart u/jew l-irkupru jew ir-rimi tiegħu għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li kull skart li huma jittrasportaw jiġi mmaniġġat mingħajr periklu għas-saħħa umana u b’mod ambjentalment san matul il-perjodu tal-vjeġġ u matul l-irkupru u r-rimi tiegħu. Partikolarment, meta l-vjeġġ isir fil-Komunità, għandhom ikunu rispettati r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva [2006/12] u ta’ liġijiet oħra Komunitarji dwar l-iskart.”

14

L-Anness III tal-imsemmi regolament huwa intitolat “Lista ta’ skart suġġett għar-rekwiżit ġenerali ta’ informazzjoni stipulat fl-Artikolu 18 (Lista ‘Ħadra’ ta’ skart)”. Il-parti introduttorja tagħha tipprovdi:

“Irrispettivament mill-inklużjoni jew nuqqas ta’ inklużjoni ta’ tipi ta’ skart f’din il-lista, dawn ma jistgħux ikunu suġġetti għar-rekwiżit ġenerali li jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni jekk ikunu kontaminat b’materjali oħra sal-punt li

a)

jiżdiedu r-riskji assoċjati ma’ l-iskart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li huma jiġu sottoposti għall-proċedura ta’ kontroll tan-notifika u l-kunsens bil-miktub minn qabel, meta jittieħed kont tal-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE [tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 1991 fuq skart perikoluż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 78), imħassra bid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3)]; jew

b)

jiġi impedit l-irkupru ta’ l-iskart b’mod ambjentalment san”.

15

Fil-parti I tiegħu, dan l-Anness III jipprovdi b’mod partikolari li l-iskart elenkat fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, riprodott fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006, li jinkludi b’mod partikolari t-Taqsima B3020, huwa suġġett għar-rekwiżiti ġenerali ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 tiegħu.

16

L-Anness III A huwa intitolat “Taħlitiet ta’ żewġ tipi jew aktar ta’ skart elenkati fl-Anness III u mhux klassifikati taħt entrata waħda kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)”.

“1.   Irrispettivament minn jekk l-iskart jiġix inkluż jew le f’din il-lista, dan ma jistax ikun soġġett għar-rekwiżiti ġenerali ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 18 jekk ikun ikkontaminat b’materjali oħra sal-punt li

a)

ikabbru r-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li huma jiġu sottoposti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III għad-Direttiva [91/689]; jew

b)

jipprevjenu l-irkupru tal-iskart b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

[…]

3.   It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin, ikklassifikati taħt inċiżi separati jew subinċiżi tal-istess entrata, huma inklużi f’dan l-Anness:

[…]

(g)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basel ristretti għal karta jew kartun mhux ibbliċjati jew minn karti jew kartun immewġin, karta oħra jew kartun ieħor, magħmul(a) prinċipalment minn polpa kimika ibbliċjata fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħ(a), karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju gazzetti, ġurnali u materjal simili stampat);

[…]”

17

L-Anness V tal-imsemmi regolament, intitolat “Skart suġġett għall-projbizzjoni ta’ esportazzjoni fl-Artikolu 36”, jirriproduċi, fil-Lista B tal-Parti I tiegħu, l-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel. It-Taqsima B3020, li tinsab taħt it-titolu B3, intitolat “Skart li għandu prinċipalment kostitwenti organiċi li jista’ jkun fihom metalli u materjali inorganiċi”, hija fformulata kif ġej:

“B 3020 Skart ta’ karta, kartun u prodotti tal-karti

Il-materjali li ġejjin, sakemm ma jkunux imħallta bi skart perikoluż

Skart u Ruttam ta’ karti jew ta’ kartuna ta’:

Karta jew kartun mhux ibbliċjati jew ta’ karti jew kartun immewġin

Karti jew kartun ieħor, magħmul prinċipalment minn polpa ibbliċjata kimikament, mhux ikkuluriti fil-massa

Karti jew kartun magħmul prinċipalment minn polpa mekanika (per eżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat b’mod simili)

oħra, li jinkludu imma mhux limitati għal

kartun laminat;

ruttam mhux selezzjonat”.

Id-Direttiva 2008/98

18

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/98 jistabbilixxi:

“L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-immaniġġar ta’ l-iskart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem, u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari:

a)

mingħajr riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija, pjanti jew l-annimali;

b)

mingħajr ma jinħoloq fastidju permezz ta’ ħsejjes jew irwejjaħ;

ċ)

mingħajr effetti negattivi fuq il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali.”

19

L-Anness III ta’ din id-direttiva jinkludi spjegazzjonijiet dwar il-proprjetajiet differenti li jagħmlu l-iskart perikoluż.

Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

20

Interseroh hija kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Ġermanja. Hija tiġbor l-imballaġġi tal-bejgħ użati, jiġifieri, imballaġġi ħfief tal-karta, intiżi għall-irkupru. Il-karta użata minn qabel tiġi ttrasferita għall-finijiet tar-riċiklaġġ tagħha f’fabbrika li tinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi, li l-operatur tagħha hija ESKA Graphic Board BV (iktar ’il quddiem “ESKA”).

21

Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-iskart ittrasferit għandu jikkonsisti f’taħlita ta’ skart tal-karta, tal-kartun u prodotti tal-karta, b’tali mod li kull tip ta’ skart li jikkomponi t-taħlita jaqa’ taħt l-ewwel, it-tieni jew it-tielet inċiż tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, fejn din it-taħlita tinkludi, barra minn hekk, sa 10 % ta’ impuritajiet ikkostitwiti minn kartun tal-likwidi (sa 4 %), ta’ plastik (sa 3 %), ta’ metall (sa 0.5 %), kif ukoll ta’ materjali estranji oħra (sa 3,5 %) bħall-ħġieg, ġebel, tessuti jew lastiku (iktar ’il quddiem “taħlita ta’ skart inkwistjoni”). Dawn il-valuri jikkorrispondu mal-limiti massimi preskritti minn ESKA.

22

SAA, li hija l-awtorità kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasferiment ta’ skart fil-Land Baden-Württemberg (il-Land ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja), twettaq, b’mod partikolari, il-kompiti previsti mir-Regolament Nru 1013/2006.

23

Il-qorti tar-rinviju tindika li l-operazzjonijiet ta’ trasferimenti ta’ tipi ta’ taħlitiet ta’ skart bħal dak inkwistjoni twettqu abbażi tal-awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni maħruġa minn SAA u mill-awtorità Olandiża kompetenti, skont il-proċedura ta’ notifika prevista fl-Artikoli 4 et seq tar-Regolament Nru 1013/2006.

24

Fl-20 ta’ Mejju 2015, ESKA kisbet mit-taqsima tal-kontenzjuż tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi) deċiżjoni li permezz tagħha tip ta’ taħlit ta’ skart bħal dak inkwistjoni, indipendentement mill-preżenza ta’ impuritajiet, jaqa’ taħt l-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, imsemmija fl-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006, u, konsegwentement, fil-lista ta’ skart suġġett għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, previsti fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament.

25

Billi bbażat ruħha fuq din id-deċiżjoni, Interseroh talbet lil SAA tikklassifika t-taħlita ta’ skart inkwistjoni fost l-iskart li jinsab fl-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006.

26

SAA ċaħdet din it-talba, minn naħa, minħabba li din it-taħlita ta’ skart ma kinitx taqa’ kompletament taħt wieħed jew l-ieħor mill-erba’ inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel. B’mod partikolari, din it-taħlita ma taqax taħt ir-raba’ inċiż ta’ din l-entrata, peress li din ma hijiex kategorija residwa għat-taħlitiet ta’ oriġini u ta’ kompożizzjoni differenti. Min-naħa l-oħra, SAA qieset li l-klassifikazzjoni tal-imsemmija taħlita skont l-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006 kienet eskluża minħabba l-proporzjon għoli wisq ta’ impuritajiet preżenti fiha.

27

Fl-1 ta’ Ġunju 2016, Interseroh ippreżentat rikors quddiem il-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Qorti Amministrattiva ta’ Stuttgart, il-Ġermanja), intiż sabiex jiġi kkonstatat li hija suġġetta, għat-trasferiment tat-taħlita ta’ skart inkwistjoni, mhux għall-obbligu ta’ notifika, iżda biss għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, previsti fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006.

28

F’dan ir-rigward, din il-qorti tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk l-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel tinkludix it-taħlitiet ta’ skart miksuba mill-iskart li jidhru fl-ewwel tliet inċiżi ta’ din l-entrata u li jinkludu, barra minn hekk, sa 10 % ta’ impuritajiet, jew jekk din it-taqsima tikkonċernax esklużivament l-iskart ikkostitwit minn tip wieħed ta’ skart, peress li tali taħlitiet jaqgħu, għalhekk, unikament taħt il-punt 3(g) tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006.

29

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Qorti Amministrattiva ta’ Stuttgart) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“1)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament [Nru 1013/2006] […] għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taħlit ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta, kompost b’tali mod li kull tip ta’ skart meqjus individwalment jaqa’ taħt l-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX mal-Konvenzjoni ta’ Basel, u jinkludi minn tal-inqas 10 % ta’ impuritajiet, jaqa’ taħt l-entrata B3020 tal-Konvenzjoni ta’ Basel u għalhekk huwa suġġett għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 u mhux għall-obbligu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1 tkun fin-negattiv:

2)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament [Nru 1013/2006] […] għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taħlit ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta, kompost b’tali mod li kull tip ta’ skart meqjus individwalment jaqa’ taħt l-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, u jinkludi minn tal-inqas 10 % ta’ impuritajiet, ma għandux jiġi kklassifikat taħt il-punt 3(g) tal-Anness III A u għalhekk ma huwiex suġġett għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18, iżda [huwa suġġett] għall-obbligu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 4?”

Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali

30

Wara li ngħataw il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, Intersorah, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Frar 2020, talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

31

Insostenn tat-talba tagħha, Interseroh sostniet, essenzjalment, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma bbażati fuq elementi ġodda, li għadhom ma ġewx diskussi bejn il-partijiet. Interseroh tagħmel riferiment, b’mod partikolari, għall-punti 35 sa 48, 59, 68 u 74 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Hija żżid, f’dan ir-rigward, li l-problema dwar interpretazzjoni koerenti tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart ma ġietx invokata waqt is-seduta. Barra minn hekk, fit-talba tagħha għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, Interseroh tikkontesta f’diversi aspetti l-interpretazzjoni li l-Avukat Ġenerali għamlet tar-Regolament Nru 1013/2006 fit-talbiet tagħha.

32

Minn naħa, għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, konformement mal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta b’dawn il-konklużjonijiet u lanqas bil-motivazzjoni li abbażi tagħha l-Avukat Ġenerali jasal għalihom (sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Exportslachterij J. Gosschalk et, C‑477/18 u C‑478/18, EU:C:2019:1126, punt 43 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

33

Għandu jitfakkar ukoll li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà li l-partijiet ikkonċernati jwieġbu għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ parti kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu xi jkunu l-kwistjonijiet li huwa jeżamina fihom, ma jistax jikkostitwixxi fih innifsu motiv li jiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Exportslachterij J. Gosschalk et, C‑477/18 u C‑478/18, EU:C:2019:1126, punt 44 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

34

Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

35

F’dan il-każ, kuntrarjament għal dak li ssostni Interseroh, din tal-aħħar kif ukoll il-persuni kkonċernati li pparteċipaw f’din il-proċedura setgħu jesponu, matul il-fażi bil-miktub kif ukoll matul il-fażi orali tagħha, il-punti ta’ liġi li huma qiesu rilevanti sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta r-Regolament Nru 1013/2006, sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.

36

Għaldaqstant, ebda wieħed mill-elementi invokati minn Interseroh insostenn tat-talba tagħha għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura ma jista’ jiġġustifika dan il-ftuħ mill-ġdid, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura.

37

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.

Fuq id-domandi preliminari

38

Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(2) (a) u (b) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt din id-dispożizzjoni taħlita ta’ skart tal-karta, tal-kartun u tal-prodotti tal-karta, li kull tip ta’ skart tagħha jaqa’ taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, riprodotta fil-Lista 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u li fiha impuritajiet li jilħqu l-10 %.

39

L-Artikolu 3 (2) tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprevedi li t-trasferimenti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom skart, iddestinati għall-irkupru u li l-kwantità ta’ skart ittrasferit tagħhom hija ogħla minn 20 kilogramma, huma suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, sakemm, minn naħa, skont l-Artikolu 3(2)(a) tal-imsemmi regolament, dan l-iskart ma jkunx jidher b’mod partikolari fl-Anness III tal-istess regolament jew li, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 3(2)(b) tiegħu, it-taħlitiet ta’ mill-inqas żewġ skartijiet elenkati f’dan l-Anness III, li għalihom ma hemmx entrata proprja, għandhom kompożizzjoni li ma tikkompromettix l-irkupru tagħhom, b’rispett lejn l-ambjent u huma inklużi fl-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006.

40

Sa fejn l-Artikolu 3(2) (a) u l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 jagħmlu riferiment, rispettivament, għall-Annessi III u IIIA ta’ dan ir-regolament, għandha tiġi eżaminata, fl-ewwel lok, il-portata tal-Anness III tal-imsemmi regolament u, jekk ikun il-każ, sussegwentement, dik tal-Anness III A tiegħu.

41

Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006, dan jinkludi lista ta’ skart imsejjaħ “aħdar” u l-Parti I tiegħu tirreferi għall-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, li hija riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, li fiha tinsab, b’mod partikolari, l-entrata B3020, intitolata “Skart tal-karti, kartun u prodotti tal-karti”.

42

Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, sabiex jiġu ttrasferiti għall-finijiet tar-riċiklaġġ tagħhom fil-fabbrika operata minn ESKA, li tinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi, it-taħlitiet ta’ skart tal-karta u tal-kartun miġbur minn Interseroh għandu, b’mod partikolari, ikun kompost, mill-inqas sa 90 %, minn skart li jaqa’ taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, f’dan ir-rigward, dwar jekk tali taħlitiet jistgħux jiġu kklassifikati taħt din l-entrata.

43

Għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li, fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, l-entrata B3020 tinkludi erba’ inċiżi, li r-raba’ waħda minnhom tinkludi żewġ inċiżi, filwaqt li, fil-verżjoni bil-lingwa Franċiża tal-ListaB tal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006, din l-entrata hija strutturata b’mod differenti, peress li fiha żewġ inċiżi, li fihom huma stess, rispettivament, tliet u żewġ inċiżi.

44

Issa, għandu jiġi enfasizzat li, sa fejn, bħalma huwa stabbilit fil-premessi 3 u 5 tar-Regolament Nru 1013/2006, mid-Deċiżjoni 93/98 jirriżulta li l-Unjoni Ewropea approvat il-Konvenzjoni ta’ Basel u li dan ir-regolament integra l-kontenut tad-deċiżjoni tal-OECD li tarmonizza l-lista ta’ skart ma’ din il-konvenzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar jifformaw parti integrali, sa mid-data li fiha l-Unjoni saret parti għall-imsemmija konvenzjoni, mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, u fid-dawl tal-prinċipju ta’ supremazija tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fuq it-testi tad-dritt sekondarju, ir-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat, sa fejn huwa possibbli, b’mod konformi mal-Konvenzjoni ta’ Basel (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ April 2013, HK DanmarkC‑335/11 u C‑337/11, EU:C:2013:222, punti 2930 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

45

Konsegwentement, sabiex tiġi interpretata l-entrata B3020 riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-mod kif id-diversi inċiżi ta’ din it-taqsima huma strutturati fl-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel.

46

Wara li saret din l-osservazzjoni preliminari, għandu jiġi kkonstatat li l-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel tkopri l-“iskart u fdal tal-karta jew tal-kartun”, sa fejn dawn ma humiex imħallta ma’ skart perikoluż, u tinkludi erba’ inċiżi. Skont l-ewwel tliet inċiżi ta’ din l-entrata, li jikkorrispondu għat-tliet inċiżi li fih l-ewwel inċiż tal-entrata B3020 riprodotta fil-Lista B tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006 fil-verżjoni tiegħu bil-lingwa Franċiża, tali skart u fdal jista’ joriġina minn “karta jew kartun mhux ibbliċjati jew ta’ karti jew kartun immewġin”, “karti jew kartun ieħor, magħmul prinċipalment minn taħlita ibbliċjata kimikament, mhux ikkuluriti fil-massa” jew “karti jew kartun magħmul prinċipalment minn taħlita mekanika (per eżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat b’mod simili)”. Ir-raba’ inċiż tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, li jikkorrispondi, fil-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament Nru 1013/2006, għat-tieni inċiż tat-Taqsima B3020 riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V, huwa fformulat “oħra”, li jinkludu imma mhux limitati għal “kartun laminat” u r-“ruttam mhux magħżul”.

47

B’hekk, l-ewwel nett, mill-istruttura tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel kif ukoll mill-kliem tal-erba’ inċiżi tagħha jirriżulta li dawn tal-aħħar ikopru tipi differenti ta’ skart u ta’ fdal tal-karta jew tal-kartun, mingħajr ma jsemmu taħlitiet ta’ skart li jaqgħu taħt dawn it-tipi differenti.

48

Barra minn hekk, fid-dawl tal-kliem tar-raba’ inċiż ta’ din l-entrata, dan l-aħħar inċiż għandu jinftiehem bħala li jkopri tipi ta’ skart u ta’ fdal tal-karta jew tal-kartun minbarra dawk li jaqgħu taħt l-ewwel tliet inċiżi ta’ din l-entrata.

49

B’hekk, fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, l-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006, għandha tinftiehem fis-sens li l-iskart elenkat fl-erba’ inċiżi ta’ din l-entrata jikkorrispondi għal tip ta’ skart u li ma jaqax taħt l-imsemmija entrata tat-taħlitiet ikkostitwiti minn skart ta’ dawn it-tipi differenti.

50

It-tieni nett, din l-interpretazzjoni hija l-unika waħda li tista’ taqbel mal-istruttura ġenerali tar-Regolament Nru 1013/2006. Fil-fatt, l-Artikolu 3(2)(b) ta’ dan ir-regolament isemmi espliċitament it-taħlitiet ta’ skart li fir-rigward tagħhom ma teżistix entrata proprja fl-Anness III ta’ dan ir-regolament, ta’ mill-inqas żewġ skart elenkati f’dan l-anness, u li jinsabu fl-AnnessIII A tal-imsemmi regolament. Issa, il-punt 3(g) ta’ dan l-aħħar anness isemmi speċifikament it-taħlitiet ta’ skart li jaqgħu taħt l-ewwel tliet inċiżi tal-entrataB3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat, kif irrilevat, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tagħha, li dan l-Anness III A jitlef l-effett utli tiegħu jekk l-entrata B3020 riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006, b’mod partikolari, l-aħħar inċiż tiegħu intitolat “Oħrajn”, kellu jinftiehem bħala li jinkludi taħlitiet ta’ skart li huma komposti minn skart imsemmija fl-inċiżi l-oħra ta’ din l-entrata.

51

It-tielet nett, l-interpretazzjoni li tirriżulta mill-formulazzjoni tal-entrata B3020 riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006, fid-dawl tal-entrata korrispondenti tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, kif ukoll tal-istruttura ġenerali ta’ dan ir-regolament hija konformi mal-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent segwit mill-imsemmi regolament. Skont il-premessa 7 tiegħu, dan l-istess regolament jorganizza u jirregola s-sorveljanza u l-kontroll tat-trasferimenti ta’ skart b’mod li jittieħed kont tal-bżonn li jiġu ppreservati, protetti u mtejba l-kwalità tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

52

Issa, il-fatt li t-trasferimenti ta’ skart destinat għall-irkupru u msemmi fil-Lista Ħadra ta’ Skart li tinsab fl-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006 huma, b’eċċezzjoni, ġeneralment esklużi mill-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens minn qabel bil-miktub prevista fit-Titolu II, Kapitolu I, ta’ dan ir-regolament huwa spjegat mill-fatt li t-trasferimenti ta’ dan l-iskart jippreżentaw inqas riskji għall-ambjent, fatt li jippermetti, kif tindika l-premessa 15 tal-imsemmi regolament, li jiġi impost livell minimu ta’ sorveljanza u ta’ kontroll, billi jiġi rikjest li dawn it-trasferimenti jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni.

53

B’hekk, l-għan tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem imfittex mir-Regolament Nru 1013/2006 jipprekludi li l-entrata B3020 riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament tiġi interpretata b’mod li taħlitiet li ma humiex espressament imsemmija f’din l-entrata jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, stabbiliti fl-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament, li huma inqas stretti minn dawk previsti mill-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens minn qabel bil-miktub, imsemmija fl-Artikolu 3(1) tal-istess regolament.

54

Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-entrata B3020, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006, tirreferi biss għall-iskart li jappartjeni għal kull tip ta’ skart tal-karta, tal-kartun u tal-prodotti tal-karta msemmija fl-inċiżi differenti tal-imsemmija entrata. Għalhekk, din tal-aħħar ma tkoprix it-taħlitiet ta’ skart kompost minn skart, li, b’mod separat, jaqgħu taħt dawn id-diversi inċiżi. Għaldaqstant, tali taħlitiet ma jistgħux jiġu kklassifikati fil-Lista Ħadra ta’Skart li tinsab fl-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006, fatt li jeskludi li huma suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, stabbiliti fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, skont l-Artikolu 3(2)(a) ta’ dan tal-aħħar.

55

Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni intermedjarja, għandha tiġi eżaminata, fit-tieni lok, il-portata tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006, sabiex jiġi ddeterminat jekk is-sistema prevista fl-Artikolu 3(2)(b) ta’ dan ir-regolament hijiex applikabbli għat-taħlitiet ta’ skart inkwistjoni.

56

Kif tfakkar fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, il-punt 3(g) ta’ dan l-Anness III A jsemmi speċifikament it-taħlitiet ta’ skart kompost minn skart ikklassifikati fl-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, li huma limitati għat-taħlitiet ta’ skart li jaqgħu taħt l-ewwel tliet inċiżi ta’ din it-taqsima.

57

F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk il-preżenza ta’ impuritajiet sa għoli ta’ 10 % fil-kompożizzjoni tat-taħlitiet ta’ skart, li kull skart jaqa’ taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi tal-imsemmija entrata, teskludix li l-imsemmija taħlitiet jistgħu jiġu kklassifikati f’din tal-aħħar.

58

Għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li din il-qorti tindika li t-taħlitiet ta’ skart ittrasferiti minn Interseroh lejn il-Pajjiżi l-Baxxi għall-finijiet ta’ riċiklaġġ jistgħu jinkludu kartun likwidu li jammonta għal 4 %. Issa, mill-elementi tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan il-kartun jista’ jaqa’ taħt l-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel. Fil-fatt, huwa paċifiku li l-kartun tal-likwidi, meta jikkostitwixxi skart, jista’ jiġi kklassifikat taħt l-entrata “skart tal-karta, kartun u prodotti tal-karta”. Madankollu, peress li ma jikkorrispondu għal ebda wieħed mit-tipi ta’ skart iċċitati fl-ewwel tliet inċiżi ta’ din l-entrata, hemm lok li jiġi kkunsidrat li dawn jaqgħu taħt ir-raba’ inċiż tal-imsemmija entrata, li għandha natura residwa.

59

B’hekk, bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq f’dak li jikkonċerna l-preżenza ta’ kartun għal-likwidi fit-taħlitiet ta’ skart inkwistjoni, tali preżenza għandha bħala konsegwenza li dawn it-taħlitiet huma kkostitwiti minn skart li għandu jiġi kklassifikat mhux biss taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi ta’ din l-entrata, iżda wkoll taħt ir-raba’ inċiż ta’ din tal-aħħar, b’tali mod li l-imsemmija taħlitiet ma humiex imsemmija fil-punt 3(g) tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006, li l-kliem ċar tiegħu jkopri biss it-taħlitiet li jaqgħu taħt l-ewwel tliet inċiżi ta’ din l-entrata, u, b’hekk, ma jifformawx parti mit-taħlitiet inklużi f’dan l-anness. Tali taħlitiet għalhekk ma jaqgħux taħt il-proċedura ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament.

60

It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li, anki fl-ipoteżi fejn it-taħlitiet ta’ skart inkwistjoni ma fihomx kartun tal-likwidi, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li dawn it-taħlitiet jistgħu, fi kwalunkwe każ, ikollhom sa 7 % ta’ impuritajiet.

61

Sabiex jiġi ddeterminat jekk tali taħlitiet ta’ skart jistgħux jaqgħu taħt l-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006, għandu jitfakkar li l-punt 1 ta’ dan l-anness jipprovdi li t-taħlitiet ta’ skart li jinsabu jew le fil-lista tat-taħlitiet ta’ skart imsemmija fl-imsemmi Anness III A ma jistgħux jiġu suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, jekk dawn ikunu kkontaminati minn materjali oħra b’mod li jiżdiedu r-riskji assoċjati ma’ dan l-iskart sal-punt li dawn ikollhom jiġu ssuġġettati għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, b’kont meħud tal-kriterji ta’ perikolu elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 91/689, billi dan l-iskart huwa pprojbit milli jiġi rkuprat b’mod ekoloġikament razzjonali.

62

Għalhekk, qabelxejn, mill-formulazzjoni tal-punt 1 ta’ dan l-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006 jirriżulta li taħlita ta’ skart imsemmija fil-lista li tinsab f’dan l-anness ma hijiex eskluża minn din il-lista għas-sempliċi raġuni li din it-taħlita fiha impuritajiet, minbarra l-iskart espressament elenkat fl-imsemmija lista. Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tagħha, l-eżistenza tal-imsemmi punt 1 turi, fil-fatt, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien konxju mid-diffikultà teknika, jew saħansitra mill-impossibbiltà, li jiggarantixxi l-uniformità perfetta ta’ kull fluss ta’ skart.

63

Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-kundizzjoni prevista fil-punt 1(a) tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006 hija intiża li tiggarantixxi li t-taħlitiet ta’ skart li jinsabu f’dan l-anness, li, minħabba l-impuritajiet li jinsabu fihom, jinvolvu riskji ikbar għall-ambjent, ikunu suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel. B’mod partikolari, tali riskji għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-kriterji ta’ perikolu li jinsabu fl-Anness III tad-Direttiva 91/689, li ġie riprodott, wara t-tħassir ta’ din id-direttiva, fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98.

64

Min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni li tinsab fil-punt 1(b) tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006 tagħmel riferiment għar-rekwiżit ta’ “valorizzazzjoni ekoloġikament razzjonali”. Għalkemm dan il-kunċett ma huwiex espressament iddefinit f’dan ir-regolament, għandu madankollu jiġi rrilevat li, bħad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “ġestjoni ekoloġikament razzjonali”, li tinsab fl-Artikolu 2(8) tal-imsemmi regolament, l-irkupru ekoloġikament razzjonali tal-iskart ikopri kull miżura prattika li tippermetti li jiġi żgurat li l-iskart jiġi rkuprat b’mod li jiggarantixxi l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mill-effetti ta’ ħsara li jista’ jkollu dan l-iskart.

65

F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-Artikolu 49(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, moqri flimkien mal-premessa 33 ta’ dan ir-regolament, l-iskart għandu jiġi ttrasferit, fil-pajjiż ta’ destinazzjoni u matul il-perijodu kollu tal-vjaġġ, mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-ambjent. F’dan ir-rigward, meta t-trasferiment iseħħ fl-Unjoni, dan l-Artikolu 49(1) jimponi li jiġu osservati r-rekwiżiti previsti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/12, li d-dispożizzjonijiet tiegħu ġew riprodotti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98, li jipprovdu li l-iskart għandu jiġi rkuprat mingħajr ma jinħoloq riskju għall-ilma, l-arja jew il-ħamrija, u lanqas għall-fawna u l-flora, u mingħajr ma jikkawża fastidju minħabba l-ħoss jew l-irwejjaħ kif ukoll mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-pajsaġġi u s-siti li jippreżentaw interess partikolari.

66

Fid-dawl ta’ din il-preċiżazzjoni, għandu jiġi rrilevat li, waqt l-implimentazzjoni tal-kundizzjoni li tinsab fil-punt 1(b) tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat, f’kull każ partikolari, jekk it-tip u r-rata ta’ impuritajiet preżenti f’taħlita ta’ skart imsemmija fl-Anness III A jipprekludux l-irkupru tal-iskart inkwistjoni b’mod ekoloġikament razzjonali. Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tagħha, fil-prinċipju din hija kwistjoni ta’ fatt li għandha tiġi deċiża mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, jekk ikun il-każ, mill-qrati nazzjonali.

67

F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, kif indikaw b’mod partikolari l-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari segwita quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament Nru 1013/2006 ma jinkludi ebda kriterju ieħor li jippermetti li tiġi ppreċiżata iktar il-portata ta’ din il-kundizzjoni msemmija fil-punt 1(b) tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006.

68

Minn dan jirriżulta li kull Stat Membru għandu jingħata ċertu marġni ta’ diskrezzjoni fl-implimentazzjoni tal-imsemmi punt 1. Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw kriterji li jippermettu li jiġu ddeterminati ċ-ċirkustanzi li fihom il-preżenza ta’ impuritajiet f’taħlita ta’ skart tipprekludi li din it-taħlita tkun tista’ tiġi rkuprata b’mod ekoloġikament razzjonali, sakemm, b’dan il-mod, huma ma jippreġudikawx la l-portata u lanqas l-effikaċja tar-Regolament Nru 1013/2006, inkluża l-proċedura prevista fl-Artikolu 18 tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑12 ta’ April 2018, Fédération des entreprises de la beauté, C‑13/17, EU:C:2018:246, punt 47).

69

B’mod iktar preċiż, fil-każ ta’ adozzjoni ta’ tali kriterji, l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-applikazzjoni tal-proċedura dwar ir-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, prevista fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006, tikkostitwixxi deroga mill-applikazzjoni tal-proċedura ġenerali ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament. Konsegwentement, l-Artikolu 3(2) tal-imsemmi regolament kif ukoll, b’mod partikolari, l-Anness III A ta’ dan tal-aħħar li jippreċiża l-portata ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, għandhom, bħala prinċipju, jiġu interpretati b’mod strett.

70

Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li l-punt 1 ta’ dan l-Anness III A huwa intiż, preċiżament, li jiżgura applikazzjoni tal-proċedura dwar ir-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, prevista fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006, limitata għal dak li huwa neċessarju għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament, sa fejn it-trasferiment ta’ taħlitiet ta’ skart, b’applikazzjoni ta’ din il-proċedura, jitwettaq biss meta ma jkunx jeżisti perikolu sinjifikattiv għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem, konformement mal-għan previst fl-Artikolu 191(2) TFUE, li jikkonsisti f’li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kif ukoll u li jiġu mħarsa l-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva li fuqhom hija bbażata l-politika tal-Unjoni f’dan il-qasam.

71

F’dan ir-rigward, il-premessa 39 tar-Regolament Nru 1013/2006 tista’ tikkostitwixxi element li fuqu huwa possibbli li wieħed jibbaża ruħu fuqu sabiex jidentifika kriterji li jkunu jieħdu inkunsiderazzjoni t-tip ta’ impuritajiet, il-proprjetajiet tal-iskart li jinkludu impuritajiet u l-periklu eventwali tagħhom, il-volum ta’ impuritajiet u l-istat tat-teknoloġija, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tagħha.

72

F’dan il-kuntest, l-adozzjoni ta’ kriterji, li jiddeterminaw iċ-ċirkustanzi li fihom il-preżenza ta’ impuritajiet f’taħlita ta’ skart tipprekludi li din it-taħlita tkun tista’ tiġi rkuprata b’mod ekoloġikament razzjonali, hija ta’ natura li tippermetti li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif ukoll l-operaturi ekonomiċi, ikunu jafu minn qabel jekk it-trasferiment fi ħdan l-Unjoni ta’ taħlita ta’ skart jistax jitwettaq abbażi tal-proċedura dwar ir-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, stabbilita fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006, li tiżgura s-sigurtà legali sħiħa.

73

Madankollu, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, fl-assenza ta’ tali kriterji, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom il-possibbiltà li jwettqu evalwazzjoni każ b’każ, sabiex jiżguraw, fl-osservanza tal-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament, applikazzjoni effikaċi tiegħu, li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-imsemmi regolament jipprevedi espressament il-possibbiltà li tiġi applikata l-proċedura ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 tiegħu għal taħlitiet ta’ skart.

74

Min-naħa l-oħra, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom dubji dwar il-possibbiltà li t-taħlita ta’ skart ikkonċernata tista’ tiġi rkuprata b’mod ekoloġikament razzjonali, fis-sens tal-punt 1(b) tal-Anness III A ta’ dan ir-regolament, dawn l-awtoritajiet għandhom, sabiex jiggarantixxu livell adegwat ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, jimplimentaw il-proċedura ġenerali ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, imsemmija fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament.

75

Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 74 tal-konklużjonijiet tagħha, sakemm ma tittieħed ebda inizjattiva leġiżlattiva sabiex jiġu stabbiliti kriterji komuni dwar it-tip u r-rata ta’ kontaminazzjoni tollerabbli tat-taħlitiet ta’ skart minn impuritajiet, kriterji li jippermettu applikazzjoni uniformi fl-Unjoni kollha tal-kundizzjoni stabbilita fil-punt 1(b) ta’ dan l-anness, l-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-regolament jista’ japplika. Skont din id-dispożizzjoni, meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru tat-tluq u dawk tal-Istat Membru tad-destinazzjoni ma jistgħux jaqblu dwar il-klassifikazzjoni ta’ tagħbija ta’ skart u, għalhekk, dwar il-possibbiltà li tiġi applikata l-proċedura dwar ir-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni, stabbilita fl-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament, l-iskart ikkonċernat jitqies bħala skart elenkat fl-Anness IV tal-istess regolament. Għalhekk huma suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens minn qabel bil-miktub, imsemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1013/2006.

76

F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi ta’ evalwazzjoni msemmija iktar ’il fuq, li għandha tiddetermina jekk, fil-kawża prinċipali, il-preżenza ta’ impuritajiet fit-taħlita ta’ skart inkwistjoni timplikax li, fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-punt 1 tal-Anness III A tar-Regolament Nru 1013/2006, din it-taħlita ma tistax tiġi kklassifikata fil-lista tat-taħlitiet ta’ skart li tinsab f’dan l-anness u ma tistax, konsegwentement, tiġi suġġetta, skont l-Artikolu 3(2)(b) ta’ dan ir-regolament, għar-rekwiżiti ġenerali tal-imsemmi regolament.

77

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposti għad-domandi magħmula għandhom ikunu kif ġej:

l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal taħlita ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta fejn kull tip ta’ skart jaqa’ taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u li fiha impuritajiet sa 10 %;

l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal tali taħlita ta’ skart sa fejn, minn naħa, din it-taħlita ma tinkludix materji li jaqgħu taħt ir-raba’ inċiż tal-entrata B3020 tal-Anness IX ta’ din il-konvenzjoni, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u, min-naħa l-oħra, ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li jinsabu fil-punt 1 tal-Anness III A tal-imsemmi regolament, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

Fuq l-ispejjeż

78

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

 

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

L-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2002 tal-10 ta’ Novembru 2015, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal taħlita ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta fejn kull tip ta’ skart jaqa’ taħt wieħed mill-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-moviment transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu, iffirmata f’Basel fit‑22 ta’ Marzu 1989, approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE tal-1 ta’ Frar 1993, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u li fiha impuritajiet sa 10 %.

 

L-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006, kif emendat bir-Regolament 2015/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal tali taħlita ta’ skart sa fejn, minn naħa, din it-taħlita ma tinkludix materji li jaqgħu taħt ir-raba’ inċiż tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-imsemmija konvenzjoni, riprodotta fil-Lista B tal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, u, min-naħa l-oħra, ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li jinsabu fil-punt 1 tal-Anness III A tal-imsemmi regolament, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.

Top