This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CJ0615
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 14 May 2020.#UY v Staatsanwaltschaft Offenburg.#Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Kehl.#Reference for a preliminary ruling – Judicial cooperation in criminal matters – Right to information in criminal proceedings – Directive 2012/13/EU – Article 6 – Right to information about the accusation – Criminal prosecution for driving a vehicle without a driving licence – Driving ban resulting from an earlier penalty order of which the person concerned was unaware – Service of that order on the person concerned solely by way of a person compulsorily appointed to accept service – Acquisition of the force of res judicata – Possible negligence on the part of the person concerned.#Case C-615/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Mejju 2020.
UY vs Staatsanwaltschaft Offenburg.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Amtsgericht Kehl.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali – Direttiva 2012/13/UE – Artikolu 6 – Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża – Proċeduri kriminali għas-sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan – Projbizzjoni tas-sewqan li tirriżulta minn digriet kriminali preċedenti li l-persuna kkonċernata ma tkunx ħadet konjizzjoni tiegħu – Tifsira ta’ dan id-digriet lill-persuna kkonċernata biss permezz ta’ mandatarju obbligatorju – Ksib tal-awtorità ta’ res judicata – Negliġenza eventwali tal-persuna kkonċernata.
Kawża C-615/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Mejju 2020.
UY vs Staatsanwaltschaft Offenburg.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Amtsgericht Kehl.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali – Direttiva 2012/13/UE – Artikolu 6 – Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża – Proċeduri kriminali għas-sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan – Projbizzjoni tas-sewqan li tirriżulta minn digriet kriminali preċedenti li l-persuna kkonċernata ma tkunx ħadet konjizzjoni tiegħu – Tifsira ta’ dan id-digriet lill-persuna kkonċernata biss permezz ta’ mandatarju obbligatorju – Ksib tal-awtorità ta’ res judicata – Negliġenza eventwali tal-persuna kkonċernata.
Kawża C-615/18.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:376
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
14 ta’ Mejju 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali – Direttiva 2012/13/UE – Artikolu 6 – Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża – Proċeduri kriminali għas-sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan – Projbizzjoni tas-sewqan li tirriżulta minn digriet kriminali preċedenti li l-persuna kkonċernata ma tkunx ħadet konjizzjoni tiegħu – Tifsira ta’ dan id-digriet lill-persuna kkonċernata biss permezz ta’ mandatarju obbligatorju – Ksib tal-awtorità ta’ res judicata – Negliġenza eventwali tal-persuna kkonċernata”
Fil-Kawża C-615/18,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Qorti Distrettwali ta’ Kehl, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-24 ta’ Settembru 2018, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta’ Settembru 2018, fi proċeduri kriminali kontra
UY
fil-preżenza ta’:
Staatsanwaltschaft Offenburg
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis (Relatur), E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Bobek,
Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Unità,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-16 ta’ Ottubru 2019,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Hellmann u T. Henze kif ukoll minn A. Berg, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid kif ukoll minn R. Troosters u B.-R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-16 ta’ Jannar 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU 2012, L 142, p. 1), kif ukoll tal-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE. |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali fil-Ġermanja, kontra UY għal sewqan negliġenti mingħajr liċenzja tas-sewqan. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Il-premessi 14, 27 u 41 tad-Direttiva 2012/13 jipprevedu:
[…]
[…]
|
4 |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13, intitolat “Id-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati tingħatalhom informazzjoni dwar l-att kriminali li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. Dik l-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u bid-dettal meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati li jiġu arrestati jew detenuti jiġu informati bir-raġunijiet għall-arrest jew id-detenzjoni tagħhom, inkluż bl-att kriminali li huma jkunu ssuspettati jew akkużati li wettqu. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mit-tressiq tal-merti tal-akkuża quddiem il-qorti, tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-akkuża, inklużi n-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat kriminali, kif ukoll in-natura tal-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jiġu informati fil-pront dwar kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri.” |
Id-dritt Ġermaniż
5 |
L-Artikolu 44 tal-iStrafgesetzbuch (il-Kodiċi Kriminali), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-“iStGB”), intitolat “Projbizzjoni ta’ sewqan”, jipprovdi: “(1) Jekk persuna tkun ġiet ikkundannata għal piena ta’ priġunerija jew multa għal reat li wettqet b’rabta mas-sewqan ta’ vettura bil-mutur jew bi ksur tad-dmirijiet ta’ sewwieq ta’ vettura bil-mutur, il-qorti tista’ tipprojbixxiha milli ssuq kwalunkwe tip ta’ vettura bil-mutur, jew xi tip speċifiku, fit-toroq pubbliċi għal perijodu ta’ bejn xahar u tliet xhur. Projbizzjoni tas-sewqan għandha tipikament tiġi imposta f’każijiet ta’ kundanna skont l-ewwel punt tal-Artikolu 315c (1)(a), (3), jew tal-Artikolu 316 jekk ma jkun hemm l-ebda irtirar tal-permess għas-sewqan skont l-Artikolu 69. (2) Projbizzjoni tas-sewqan għandha tidħol fis-seħħ meta s-sentenza ssir res judicata. Matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tagħha, il-liċenzji tas-sewqan nazzjonali u internazzjonali jinżammu minn awtorità Ġermaniża. Dan japplika wkoll meta l-liċenzja tas-sewqan tkun inħarġet minn awtorità ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew minn Stat kontraenti ieħor tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm id-detentur tagħha jkollu r-residenza abitwali tiegħu fil-Ġermanja. Il-projbizzjoni tas-sewqan tiġi inkluża fil-liċenzji tas-sewqan barranin l-oħra. (3) Jekk liċenzja tas-sewqan għandha tinżamm min-notifikai uffiċjali jew jekk il-projbizzjoni tas-sewqan għandha tiġi inkluża f’liċenzja tas-sewqan barranija, il-perijodu ta’ projbizzjoni jiġi kkalkolat biss mill-jum li fih isseħħ. Il-perijodu ta’ projbizzjoni ma jinkludix il-perijodu li matulu l-persuna akkużata tqiegħdet f’detenzjoni f’istituzzjoni fuq digriet tal-awtoritajiet.” |
6 |
L-Artikolu 44 tal-iStrafprozessordnung (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, iktar ’il quddiem l-“iStPO”) huwa fformulat kif ġej: “Jekk persuna hija prekluża milli tosserva terminu mingħajr ma dan jirriżulta minn nuqqas min-naħa tagħha, hemm lok, fuq talba tagħha, għat-reintegrazzjoni. Ma hijiex żbaljata dwar in-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu għall-preżentata ta’ rikors il-persuna li ma ġietx informata skont l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 35, it-tielet sentenza tal-Artikolu 319(2) jew it-tielet sentenza tal-Artikolu 346(2).” |
7 |
L-Artikolu 45 tal-iStPO jipprovdi: “(1) Ir-rikors għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha għandu jiġi ppreżentat fil-qorti fejn it-terminu suppost ikun ġie osservat sa ġimgħa wara li r-raġuni għal nuqqas ta’ konformità ma tibqax tapplika. Sabiex jiġi osservat it-terminu, huwa suffiċjenti li r-rikors jiġi ppreżentat fil-ħin fil-qorti li għandha tiddeċiedi dwar ir-rikors. (2) Il-fatti li jiġġustifikaw ir-rikors għandhom jiġu ssostanzjati fil-mument li r-rikors jiġi ppreżentat, jew waqt il-proċeduri li jirrigwardaw ir-rikors. L-att mhux magħmul għandu sussegwentement jitwettaq fit-terminu għall-preżentata tar-rikors. Fejn dan isir, ir-reintegrazzjoni tista’ wkoll tingħata mingħajr preżentata ta’ rikors.” |
8 |
L-Artikolu 132 tal-iStPO jipprevedi: “(1) Jekk il-persuna akkużata li hija serjament issuspettata li wettqet reat kriminali ma għandhiex domiċilju fiss jew residenza skont il-ġurisdizzjoni territorjali ta’ din il-liġi, iżda r-rekwiżiti sabiex jinħareġ mandat ta’ arrest ma humiex issodisfatti, huwa possibbli li jiġi ordnat, sabiex jiġi żgurat l-iżvolġiment tal-proċeduri kriminali, li l-persuna akkużata 1. tagħti garanzija xierqa li tkopri l-multa mistennija u l-ispejjeż ġudizzjarji, u 2. tagħti mandat lil persuna residenti fil-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti sabiex tirċievi n-notifiki. L-Artikolu 116a(1) għandu japplika mutatis mutandis. Id-digriet jista’ jiġi adottat biss mill-qorti u, fil-każ ta’ periklu imminenti, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-investigaturi tiegħu (Artikolu 152 tal-Gerichtsverfassungsgesetz (il-Liġi dwar is-Sistema Ġudizzjarja)). (3) Jekk il-persuna akkużata ma tikkonformax ruħha mad-deċiżjoni, il-mezzi ta’ trasport u l-oġġetti l-oħra li din iżżomm jistgħu jiġu kkonfiskati lilha. L-Artikoli 94 u 98 għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
9 |
L-Artikolu 407 tal-iStPO jipprevedi: “(1) Fi proċeduri quddiem l-imħallef tal-qorti kriminali u fi proċeduri fil-ġurisdizzjoni ta’ qorti b’imħallfin professjonisti, il-konsegwenzi legali tar-reat jistgħu, f’każ ta’ kontravenzjonijiet, jiġu imposti, fuq rikors bil-miktub tal-prosekutur, b’digriet kriminali bil-miktub mingħajr seduta prinċipali. Il-prosekutur għandu jippreżenta tali rikors jekk ma jikkunsidrax li hija neċessarja seduta prinċipali minħabba l-eżitu tal-investigazzjonijiet. Ir-rikors għandu jirreferi għal konsegwenzi legali speċifiċi. Ir-rikors għandu jikkostitwixxi t-tressiq tal-akkużi kriminali pubbliċi. […] (3) Il-qorti ma għandhiex tkun meħtieġa tagħti lill-persuna akkużata seduta preċedenti t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33.” |
10 |
Skont l-Artikolu 410 tal-iStPO: “(1) Il-persuna akkużata tista’ tressaq oppożizzjoni kontra d-digriet kriminali f’terminu ta’ ġimagħtejn min-notifika tiegħu lill-qorti li tkun tatu, bil-miktub jew fir-Reġistru. L-Artikoli 297 sa 300 u l-ewwel paragrfu tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 302(1) għandhom japplikaw mutatis mutandis. (2) L-oppożizzjoni tista’ tkun limitata għal ċerti punti ta’ lment. (3) Jekk oppożizzjoni ma tkunx ġiet ippreżentata fil-ħin kontra digriet kriminali, din tkun ekwivalenti għal sentenza ta’ natura definittiva.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
11 |
UY huwa sewwieq professjonali ta’ vetturi tqal, ta’ nazzjonalità Pollakka u li r-residenza permanenti tiegħu tinsab fil-Polonja. |
12 |
Permezz ta’ digriet kriminali tal-21 ta’ Awwissu 2017, l-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen, il-Ġermanja) ikkundannat lil UY għal multa u imponitilu projbizzjoni tas-sewqan ta’ tliet xhur, minħabba ksur imwettaq fil-11 ta’ Lulju 2017 u li kien jikkonsisti fit-tluq illegali mill-post ta’ inċident. |
13 |
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, dan id-digriet, flimkien ma’ traduzzjoni bil-Pollakk, ġie nnotifikat lill-mandatarju tal-UY. Fil-fatt, dan tal-aħħar kien, skont l-Artikolu 132 tal-iStPO u fuq digriet tal-prosekutur, ta mandat sabiex jirċievi n-notifiki. Il-mandatarju tal-UY, aġent tal-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen), kien ġie impost fuqu mill-pulizija. |
14 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-formola tal-ħruġ tal-mandat, li kienet redatta bil-Ġermaniż u li kienet ġiet tradotta lil UY permezz tat-telefon minn qarib tiegħu, kienet tinkludi l-isem u l-indirizz professjonali tal-mandatarju kif ukoll l-indikazzjoni li t-termini legali kienu ser jibdew jiddekorru mill-jum tan-notifika lil-mandatarju tad-deċiżjoni kriminali li għandha tingħata. Min-naħa l-oħra, dan ma kien jinkludi ebda indikazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u materjali tal-mandat, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi eventwali tal-persuna kkonċernata li tinforma ruħha mill-mandatarju tagħha. UY ingħata kopja tal-mandat bil-Ġermaniż. |
15 |
Il-mandatarju inoltra d-digriet kriminali permezz tal-posta normali fl-indirizz magħruf ta’ UY fil-Polonja, mingħajr ma jista’ jiġi ddeterminat jekk din l-ittra waslitlux jew le. |
16 |
Peress li ma saret l-ebda oppożizzjoni kontra d-digriet kriminali, dan sar res judicata fl-14 ta’ Settembru 2017. |
17 |
Fl-14 ta’ Diċembru 2017, UY ġie interrogat mill-pulizija Ġermaniża waqt li kien qiegħed isuq vettura tqila tal-merkanzija fit-territorju tal-komun ta’ Kehl (il-Ġermanja). |
18 |
Wara din l-investigazzjoni, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Offenbourg (il-Ġermanja) ressaq kawża quddiem l-Amtsgericht Kehl (il-Qorti Distrettwali ta’ Kehl, il-Ġermanja) sabiex jikkundanna lil UY għal sewqan b’negliġenza mingħajr liċenzja tas-sewqan minħabba li kien qed isuq vettura tqila tal-merkanzija fit-territorju Ġermaniż, meta huwa seta’ u kellu jkun jaf li kien suġġett għal projbizzjoni tas-sewqan f’dan it-territorju. |
19 |
Il-qorti tar-rinviju titlaq mill-prinċipju li, sad-data tal-interrogazzjoni tagħha mill-pulizija, fl-14 ta’ Diċembru 2017, UY ma kienx jaf bid-digriet kriminali mogħti mill-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen) u, sussegwentement, dwar il-projbizzjoni tas-sewqan li huwa kiser. |
20 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont l-Artikolu 44(2) tal-iStGB, il-projbizzjoni ta’ sewqan issir effettiva meta s-sentenza tikseb l-awtorità ta’ res judicata u jispeċifika f’dan ir-rigward li digriet kriminali huwa ekwivalenti għal sentenza li għandha l-awtorità ta’ res judicata sakemm ma tkun tressqet ebda oppożizzjoni fit-terminu ta’ ġimagħtejn wara n-notifika tal-imsemmi digriet, li tista’ ssir quddiem il-mandatarju maħtur mill-persuna kkonċernata. |
21 |
Hija tenfasizza wkoll li, fid-dritt Ġermaniż, il-fatt li, bħal f’dan il-każ, il-persuna tal-mandatarju hija imposta mill-pulizija u li l-formola tal-ħruġ tal-mandat la tinkludi informazzjoni dwar il-possibbiltà li l-mandatarju jiġi kkuntattjat bit-telefon u lanqas istruzzjoni dwar l-obbligu għal din il-persuna li tinforma ruħha mar-rappreżentant tagħha, bħala regola ġenerali, ma jipprekludix l-effettività tal-mandat. L-istess japplika għall-fatt li din il-formola hija redatta esklużivament bil-Ġermaniż, sakemm, fil-każ li l-persuna akkużata ma tafx din il-lingwa, il-kontenut tal-imsemmija formola jiġi spjegat oralment lilha. |
22 |
Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, il-persuna akkużata li tkun taf bl-eżistenza ta’ proċeduri kriminali mibdija fir-rigward tagħha tista’ tiġi akkużata b’negliġenza meta hija ma tkunx qiegħda tipprova tikseb, mill-mandatarju tagħha, informazzjoni konkreta dwar l-eżitu tal-imsemmija proċedura. F’tali ipoteżi, din il-persuna ma tistax tinvoka l-fatt li d-dokumenti li ntbagħtulha mill-imsemmi mandatarju ma waslulhiex. |
23 |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar il-kompatibbiltà tal-awtorità ta’ res judicata, li għandha tiġi rrikonoxxuta, skont id-dritt Ġermaniż, għad-digriet kriminali tal-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen), mad-Direttiva 2012/13, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tal-15 ta’ Ottubru 2015, Covaci (C‑216/14, EU:C:2015:686), u tat-22 ta’ Marzu 2017, Tranca et (C‑124/16, C‑188/16 u C‑213/16, EU:C:2017:228), kif ukoll mal-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE. Skont il-qorti tar-rinviju, minn dawn is-sentenzi jirriżulta li l-persuna akkużata ma tistax b’mod ġenerali ssofri, minħabba l-obbligu tagħha li tagħti mandat għall-finijiet tan-notifika tad-digriet li jikkonċernaha, l-iċken żvantaġġ marbut mal-fatt li d-domiċilju tagħha ma jinsabx fil-Ġermanja iżda fi Stat Membru ieħor. Issa, f’dan il-każ, UY x’aktarx isofri minn tali żvantaġġi li ma jistgħux jiġu kkumpensati. |
24 |
Fil-fatt, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, peress li n-notifika tad-digriet kriminali ssir permezz ta’ mandatarju, huwa probabbli li l-persuna li tkun is-suġġett ta’ dan id-digriet u li tirrisjedi barra mill-pajjiż ma tkunx taf b’dan id-digriet jew tieħu konjizzjoni tiegħu biss jekk tkun iddomiċiljata fil-Ġermanja. |
25 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li d-digrieti kriminali jistgħu ċertament jiġu nnotifikati fil-Ġermanja permezz ta’ mandat mibgħut bil-posta, u li, f’każ bħal dan, il-kunsinna personali tad-digriet kriminali lid-destinatarju ma hijiex neċessarja, peress li n-notifika tista’ ssir fid-domiċilju tiegħu permezz tal-konsenja tal-imsemmi digriet lil membru adult tal-familja, lil persuna impjegata fil-familja jew lil kolokatriċi permanenti adulta, billi tefa’ l-imsemmi digriet fil-kaxxa tal-ittri tar-riċevitur jew permezz ta’ konsenja, sakemm jiġi stabbilit ċertifikat uffiċjali bħala prova tan-notifika. Skont il-qorti tar-rinviju, il-kundizzjonijiet stretti li jirregolaw din il-proċedura, li l-eżistenza tagħha għandha tiġi eżaminata ex officio mill-qorti, kif ukoll il-prossimità ġeografika u personali tal-post ta’ notifika u tad-destinatarju effettiv fir-rigward tal-persuna kkonċernata jippermettu madankollu, bħala regola ġenerali, li jiġi ggarantit li, fil-preżenza tal-inqas dubju dwar ir-regolarità tagħha, in-notifika titqies li hija nieqsa minn effett. |
26 |
Bil-maqlub, meta d-digriet kriminali jiġi nnotifikat lill-mandatarju tal-persuna akkużata, din tal-aħħar ma tistax, b’mod ġenerali, tinfluwenza l-mod kif dan id-digriet jiġi trażmess lilu, anki meta l-mandatarju jkun uffiċjal tal-qorti. Dan il-mandatarju ma huwiex legalment obbligat li jibgħat l-imsemmi digriet b’mod li jiggarantixxi li dan jasal effettivament għand il-persuna akkużata, pereżempju permezz ta’ posta rreġistrata. Barra minn hekk, it-trażmissjoni ta’ digriet barra mill-pajjiż tista’ ddum ħafna iktar żmien u r-riskju li l-ittra tintilef tkun ogħla. |
27 |
Skont il-qorti tar-rinviju, dawn l-inkonvenjenzi ma humiex ikkumpensati, fid-dritt Ġermaniż, mill-proċedura tat-reintegrazzjoni prevista fl-Artikolu 44 tal-iStPO, li jippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, li tiġi annullata l-awtorità ta’ res judicata tad-digriet kriminali u li jinfetħu mill-ġdid terminu ta’ oppożizzjoni kontra dan id-digriet. |
28 |
F’dan ir-rigward, hija tirrileva, fl-ewwel lok, li, sabiex tikseb l-eliminazzjoni retroattiva tal-awtorità ta’ res judicata tad-digriet li għalih hija suġġetta, il-persuna kkonċernata għandha, anki jekk ma tikkontestax il-ksur u l-konsegwenzi legali li jirriżultaw minnu, tressaq talba mmotivata ta’ reintegrazzjoni u tippreżenta oppożizzjoni kontra d-digriet kriminali, sabiex sussegwentement tirtira l-oppożizzjoni tagħha malli kisbet r-reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha. |
29 |
Il-qorti tar-rinviju tenfasizza, fit-tieni lok, li t-talba għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha għandha tiġi ppreżentata f’terminu ta’ ġimgħa wara t-tmiem tal-ostakolu li minħabba fih il-persuna kkonċernata ma osservatx it-terminu proċedurali li kien impost fuqha. |
30 |
Din il-qorti tirrileva, fit-tielet lok, li l-persuna kkonċernata għandha turi li hija ma hijiex responsabbli għan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu. F’dan ir-rigward, hija ma tistax tillimita ruħha li ssostni li hija ma kinitx taf bin-notifika li saret lill-mandatarju tad-digriet kriminali li jikkonċernaha, peress li huwa mistenni minn din il-persuna li tinforma ruħha mill-iktar fis possibbli mill-mandatarju tagħha dwar l-eżistenza eventwali ta’ ittri li ġew indirizzati lilha, u dan mingħajr ma jkun hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet lingwistiċi li jistgħu jqumu fil-komunikazzjoni mar-rappreżentant tagħha. Barra minn hekk, reintegrazzjoni fid-drittijiet tista’ tingħata ex officio biss jekk jirriżulta b’mod ċar mill-proċess li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ma huwiex żbaljat. |
31 |
Fir-raba’ lok, l-imsemmija qorti ssostni wkoll li t-talba għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha ma għandhiex effett sospensiv. |
32 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tqis li hija għandha tkun f’pożizzjoni li tikkunsidra li, minkejja d-dritt intern tagħha, id-digriet kriminali mogħti mill-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen) kontra UY saret res judicata biss mal-iskadenza ta’ terminu ta’ ġimagħtejn mill-jum li fih dan effettivament sar jaf bih, jiġifieri f’data sussegwenti għall-interrogazzjoni tagħha minħabba sewqan b’negliġenza mingħajr liċenzja tas-sewqan. |
33 |
Sussidjarjament, il-qorti tar-rinviju tqis li huwa neċessarju, sabiex tiġi evitata differenza fit-trattament mhux iġġustifikata li tirriżulta biss mid-domiċilju ta’ UY fil-Polonja, li ma jiġi impost fuqha ebda obbligu ta’ diliġenza, dwar l-għarfien tad-dokumenti rilevanti għall-proċedura li huma intiżi għaliha, u li l-ksur tagħhom huwa l-bażi tal-proċeduri quddiemha, li jmur lil hinn mill-obbligi imposti fuqha li kieku d-digriet kriminali kien ġie nnotifikat lilha fil-Ġermanja permezz ta’ mandat abitwali. |
34 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Kehl (il-Qorti Distrettwali ta’ Kehl) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizza:
|
Fuq id-domandi preliminari
35 |
Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE kif ukoll l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha persuna residenti fi Stat Membru ieħor tkun suġġetta għal sanzjoni kriminali jekk hija ma tosservax, mid-data li fiha hija tikseb l-awtorità ta’ res judicata, digriet li kkundannaha għal projbizzjoni mis-sewqan, anki jekk, minn naħa waħda t-terminu ta’ ġimgħatejn, sabiex hija topponi dan id-digriet jibda jiddekorri min-notifika tal-imsemmi digriet mhux lill-persuna kkonċernata iżda lill-aġent tagħha u, min-naħa l-oħra, li din il-persuna ma kinitx taf bl-eżistenza ta’ tali digriet fid-data meta hija kisret il-projbizzjoni ta’ sewqan li joħroġ minnha. |
36 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen) imponiet fuq UY projbizzjoni temporanja tas-sewqan, permezz ta’ digriet adottat skont l-Artikolu 407 tal-iStPO. |
37 |
Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tirrileva, il-proċedura prevista għall-ħruġ ta’ tali digriet kriminali hija ssemplifikata u ma tipprovdix għal seduta jew dibattitu kontradittorju. Peress li jingħata mill-qorti fuq talba tal-prosekutur għal reati minuri, dan id-digriet jikkostitwixxi deċiżjoni provviżorja. Konformement mal-Artikolu 410 tal-iStPO, id-digriet kriminali jsir res judicata mal-iskadenza ta’ terminu ta’ ġimagħtejn min-notifika tiegħu, jekk ikun il-każ, lil-mandatarju tal-persuna kkonċernata, ħlief jekk din tippreżenta oppożizzjoni kontra l-imsemmi digriet qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2015, Covaci, C‑216/14, EU:C:2015:686, punt 20). |
38 |
Fil-każ partikolari fejn il-persuna kkonċernata ma għandhiex residenza jew domiċilju permanenti fit-territorju Ġermaniż, hija tista’ tiġi ordnata, skont l-Artikolu 132(1) tal-iStPO, taħtar rappreżentant li mingħandu ser jiġi nnotifikat id-digriet li jikkonċernaha, u għalhekk tali notifika tibda tiddekorri t-terminu ta’ oppożizzjoni. |
39 |
Skont l-Artikolu 44(2) tal-iStGB, il-projbizzjoni tas-sewqan stabbilita minn tali digriet tipproduċi l-effetti tagħha fid-data li fiha dan isir definittiv. |
40 |
Għandu jiġi rrilevat, fit-tieni lok, li l-kawża prinċipali tikkonċerna proċeduri kriminali ġodda mibdija kontra UY għal sewqan b’negliġenza mingħajr liċenzja tas-sewqan. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-element materjali ta’ dan ir-reat jikkonsisti fin-nuqqas ta’ osservanza ta’ projbizzjoni ta’ sewqan mogħtija minn digriet li sar res judicata u li l-element suġġettiv tiegħu huwa kkaratterizzat min-negliġenza tal-persuna kkonċernata. |
41 |
F’dan il-każ, fir-rigward, qabel kollox, tal-element materjali tar-reat li fir-rigward tiegħu ġie pproċessat quddiemha, il-qorti tar-rinviju tirrileva li dan tal-aħħar ġie interrogat fit-territorju Ġermaniż billi saq vettura tqila fl-14 ta’ Diċembru 2017, jiġifieri wara li l-ewwel kundanna mogħtija fir-rigward tiegħu mill-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen) kisbet natura definittiva, UY ma ppreżentax oppożizzjoni kontra dan id-digriet kriminali fi żmien ġimagħtejn min-notifika tiegħu fuq il-mandatarju tiegħu. |
42 |
Il-qorti tar-rinviju tippreċiża, sussegwentement, fir-rigward tal-element suġġettiv tar-reat li bih UY ġie mħarrek quddiemha, li l-mandatarju ta’ UY, aġent tal-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen), segwa d-digriet kriminali li jikkonċerna lill-persuna kkonċernata, permezz ta’ ittra postali ordinarja, fl-indirizz magħruf tiegħu fil-Polonja. Peress li qieset li ma jistax jiġi stabbilit li din l-ittra effettivament waslet lil UY, il-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li dan tal-aħħar effettivament sar jaf bl-imsemmi digriet kriminali biss meta ġie interrogat mill-pulizija fl-14 ta’ Diċembru 2017. |
43 |
Bil-benefiċċju ta’ dawn il-preċiżazzjonijiet, għandu, fl-ewwel lok, jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jipprekludix li t-terminu ta’ ġimagħtejn sabiex issir oppożizzjoni kontra digriet kriminali bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jibda jiddekorri min-notifika tiegħu lil-mandatarju tal-persuna li hija s-suġġett tiegħu. |
44 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, l-ewwel nett, li dan l-Artikolu 6 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar id-dritt ta’ kull persuna ssuspettata jew akkużata li tiġi informata bl-att kriminalment issanzjonat, li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu, malajr u b’mod suffiċjentement iddettaljat sabiex tiġi ggarantita n-natura ekwa tal-proċedura u sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża. L-Artikolu 6(3) jipprovdi wkoll li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni ddettaljata dwar l-akkuża tiġi kkomunikata mhux iktar tard mill-mument meta l-qorti tintalab tiddeċiedi dwar il-fondatezza tal-akkuża. |
45 |
Ċertament, minħabba n-natura sommarja u ssimplifikata tal-proċedura li wasslet għad-digriet kriminali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, in-notifika ta’ tali digriet isseħħ biss wara li l-qorti tkun iddeċidiet dwar il-fondatezza tal-akkuża. |
46 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, f’digriet ta’ dan it-tip, il-qorti tkun esprimiet ruħha dwar il-fondatezza tal-akkuża, xorta jibqa’ l-fatt li, f’dan id-digriet, il-qorti tesprimi ruħha biss b’mod provviżorju u li n-notifika ta’ dan tirrappreżenta l-ewwel okkażjoni, għall-persuna akkużata li tkun informata bl-akkuża mressqa kontriha, u dan huwa kkonfermat mill-fatt li din il-persuna hija awtorizzata li tippreżenta mhux rikors kontra dan id-digriet quddiem qorti oħra, iżda oppożizzjoni li twassalha biex tibbenefika, quddiem l-istess qorti, mill-proċedura kontradittorja ordinarja, li fil-kuntest tagħha din tista’ teżerċita b’mod sħiħ id-drittijiet tad-difiża tagħha, qabel ma din il-qorti tesprimi ruħha mill-ġdid fuq il-fondatezza tal-akkuża mressqa kontriha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2015, Covaci, C‑216/14, EU:C:2015:686, punt 60). |
47 |
Konsegwentement, in-notifika ta’ tali digriet għandha, konformement mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13, titqies bħala forma ta’ komunikazzjoni tal-akkuża kontra l-persuna akkużata, b’tali mod li din għandha tosserva r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-artikolu (sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2015, Covaci, C‑216/14, EU:C:2015:686, punt 61). |
48 |
Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll li d-Direttiva 2012/13 ma tirregolax il-modalitajiet li bihom l-informazzjoni dwar l-akkuża, prevista fl-Artikolu 6 tagħha, għandha tiġi kkomunikata lill-persuna akkużata u li dan l-aħħar artikolu għalhekk ma jipprekludix, bħala prinċipju, li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, il-persuna akkużata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kkonċernat tkun obbligata taħtar mandatarju għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2015, Covaci, C‑216/14, EU:C:2015:686, punti 62 u 68). |
49 |
Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-modalitajiet ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-akkuża, stabbiliti mid-dritt tal-Istati Membri, ma jistgħux jippreġudikaw l-għan imsemmi b’mod partikolari fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13, li jikkonsisti, hekk kif jirriżulta wkoll mill-premessa 27 ta’ din id-direttiva, fil-possibbiltà li l-persuni ssuspettati jew il-persuni mħarrka għal reat kriminali jkunu jistgħu jippreparaw id-difiża tagħhom u fil-garanzija tan-natura ekwa tal-proċedura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-15 ta’ Ottubru 2015, Covaci, C‑216/14, EU:C:2015:686, punt 63, kif ukoll tat-22 ta’ Marzu 2017, Tranca et, C‑124/16, C‑188/16 u C‑213/16, EU:C:2017:228, punt 38). |
50 |
Issa, tali għan, bħall-ħtieġa li tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn, minn naħa, il-persuni akkużati li għandhom residenza li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali kkonċernata u, min-naħa l-oħra, dawk li r-residenza tagħhom ma taqax taħt dan il-kamp ta’ applikazzjoni, li huma biss obbligati li jaħtru mandatarju għall-finijiet tan-notifika tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, jeżiġu li l-persuna akkużata jkollha t-terminu sħiħ ta’ ġimagħtejn, rikonoxxut mid-dritt nazzjonali, sabiex joġġezzjona għal digriet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-15 ta’ Ottubru 2015, Covaci, C‑216/14, EU:C:2015:686, punt 65, kif ukoll tat-22 ta’ Marzu 2017, Tranca et, C‑124/16, C-188/16 u C‑213/16, EU:C:2017:228, punt 40). |
51 |
Għalhekk, mid-data li fiha hija effettivament saret taf b’tali digriet, il-persuna akkużata għandha titqiegħed, sa fejn huwa possibbli, fl-istess sitwazzjoni bħal jekk l-imsemmi digriet kien ġie nnotifikat lilha personalment u għandha, b’mod partikolari, tkun tista’ tibbenefika mit-terminu ta’ oppożizzjoni b’mod sħiħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2017, Tranca et, C‑124/16, C‑188/16 u C‑213/16, EU:C:2017:228, punt 47). |
52 |
F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li digriet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jsir definittiv meta l-persuna akkużata ma topponiehx f’terminu ta’ ġimagħtejn min-notifika ta’ dan id-digriet lill-mandatarju tiegħu, u mhux minn meta l-persuna akkużata ssir taf effettivament bl-imsemmija digriet, xorta jibqa’ l-fatt li, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, l-Artikoli 44 u 45 tal-iStPO jipprevedu proċedura ta’ reintegrazzjoni li tippermetti l-annullament tal-awtorità ta’ res judicata tad-digriet u li tiġi ppreżentata oppożizzjoni kontra dan tal-aħħar minkejja li jiskadi t-terminu tal-oppożizzjoni inizjali. |
53 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi eżaminat, fit-tielet lok, jekk il-proċedura ta’ reintegrazzjoni, prevista fid-dritt nazzjonali, u l-kundizzjonijiet li għalihom dan id-dritt jissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 u, b’mod partikolari, jekk dawn jippermettu lill-persuna kkonċernata tibbenefika, de facto, minn terminu ta’ ġimagħtejn sabiex topponi d-digriet kriminali li hija suġġetta għalih, sa mill-mument li hija effettivament saret taf bih. |
54 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, qabel kollox, li, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju u tas-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex eskluż li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt nazzjonali rilevanti jimponi fuq il-persuna akkużata li tressaq oppożizzjoni kontra d-digriet kriminali f’terminu ta’ ġimgħa minn meta hija ssir taf effettivament b’dan id-digriet. Fil-fatt, l-Artikolu 45 tal-iStPO jidher li jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-oppożizzjoni għandha titressaq f’terminu ta’ ġimgħa li din id-dispożizzjoni tipprevedi għat-tressiq tat-talba għal reintegrazzjoni fid-drittijiet. |
55 |
Tali obbligu, jekk jitqies li huwa stabbilit, imur kontra l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 peress li dan iwassal sabiex jitnaqqas bin-nofs it-terminu ta’ oppożizzjoni li għandu jiġi rrikonoxxut, skont dak li ġie espost fil-punti 50 u 51 ta’ din is-sentenza, lill-persuna akkużata b’effett mill-mument li fih hija effettivament saret taf bid-digriet kriminali li jikkonċernaha. |
56 |
Għandu jiġi rrilevat ukoll li, skont il-qorti tar-rinviju, il-persuna akkużata tista’ tressaq talba għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha biss jekk hija tkun f’pożizzjoni li tipprova li hija informat ruħha mill-iktar fis possibbli mill-mandatarju tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ digriet li jikkonċernaha. |
57 |
Issa, tali obbligu huwa wkoll inkompatibbli mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13. Fil-fatt, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, kemm mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-istruttura ġenerali tagħha u mill-għan segwit mill-imsemmija direttiva jirriżulta li huma l-awtoritajiet tal-Istati Membri li għandhom jinformaw lill-persuni akkużati bil-fatti li huma akkużati bihom u li ma jistax jiġi mistenni minn dawn il-persuni li jinformaw ruħhom, fl-iqsar żmien possibbli, bl-iżviluppi eventwali tal-proċedura kriminali li tikkonċernahom. |
58 |
Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tosserva li t-talba għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet ma għandhiex effett sospensiv. |
59 |
Issa, sa fejn jidher li jirriżulta mill-Artikolu 44(2) tal-iStGB li, sakemm it-terminu ta’ oppożizzjoni ma jkunx skada, il-projbizzjoni tas-sewqan li takkumpanja digriet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tipproduċix effett, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, minn dak li ġie espost fil-punt 51 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jimponi li din il-projbizzjoni tas-sewqan tiġi sospiża wkoll matul it-terminu ta’ ġimagħtejn li jibdew jiddekorru minn meta ssir taf effettivament il-persuna kkonċernata bid-digriet li tikkundannaha u li matulu din il-persuna tkun f’pożizzjoni li topponi l-imsemmi digriet. |
60 |
Minn dan isegwi li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha t-terminu ta’ ġimagħtejn sabiex issir oppożizzjoni kontra digriet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jibda jiddekorri min-notifika tiegħu lil-mandatarju tal-persuna li tkun is-suġġett ta’ dan it-terminu, sakemm, meta din il-persuna tkun saret taf b’dan, din ikollha effettivament terminu ta’ ġimagħtejn sabiex tressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet, jekk ikun il-każ wara jew fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reintegrazzjoni, mingħajr ma jkollu għalfejn juri li jkun ħa l-passi meħtieġa biex jinforma lill-aġent tiegħu mill-aktar fis possibbli bl-eżistenza tal-imsemmi digriet, u li l-effetti ta’ dan tal-aħħar ser jiġu sospiżi f’dan il-perijodu. |
61 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jipprekludix li persuna tista’ tiġi kkundannata kriminalment talli kisret projbizzjoni tas-sewqan f’data meta d-digriet li jordna tali projbizzjoni kellu l-awtorità ta’ res judicata, meta l-imsemmija persuna ma kinitx taf, f’din id-data, bl-eżistenza ta’ tali digriet. |
62 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li d-dritt stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 huwa intiż sabiex jiggarantixxi l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża tal-persuni akkużati jew li kontrihom issir prosekuzzjoni. L-effett utli ta’ dan id-dritt ikun għalhekk kompromess b’mod gravi jekk ikun possibbli li wieħed jibbaża ruħu fuq digriet kriminali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex jiġi kkonstatat it-twettiq, mill-istess persuna, ta’ reat ġdid, fi żmien meta, fin-nuqqas ta’ informazzjoni tal-ewwel proċeduri mressqa kontriha, din il-persuna ma kinitx f’pożizzjoni li tikkontesta l-fondatezza ta’ din l-akkuża. |
63 |
Minn dan isegwi li l-imsemmi Artikolu 6 jipprekludi li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ digriet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkun jista’ jiġi kkontestat kriminalment kontra persuna meta din ma tkunx ġiet ikkomunikata lilha dan id-digriet, fl-osservanza tar-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni, u li hija ma setgħetx, jekk ikun il-każ, tikkontesta, skont ir-rimedji legali previsti mid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat u fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, il-fatti li hija akkużata bihom fl-imsemmi digriet. |
64 |
Issa, kif ġie enfasizzat fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, ikun kuntrarju għall-istess Artikolu 6 li l-persuna kkonċernata tintalab tieħu l-passi neċessarji mill-mandatarju tagħha sabiex tiżgura ruħha li dan tal-aħħar ikun ikkomunika b’mod korrett id-digriet kriminali li jikkonċernaha. |
65 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li persuna tiġi kkundannata minħabba l-ksur ta’ digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, f’data li fiha ma jkunx jista’ jiġi stabbilit li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti żguraw li effettivament jinformawha bil-kontenut tal-imsemmi digriet. |
66 |
Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 tapplika wkoll meta d-digriet kriminali jkun sar definittiv fil-mument meta l-persuna li tkun is-suġġett tiegħu titqies li tkun kisret, u dan anki jekk din il-persuna ma tkunx bdiet, mill-mument li fih hija saret taf b’dan id-digriet, proċedura ta’ reintegrazzjoni intiża għall-annullament tal-awtorità ta’ res judicata li l-imsemmi digriet kien ingħata. |
67 |
Fil-fatt, tali interpretazzjoni ma tippreġudikax ir-rispett dovut għall-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata. F’dan ir-rigward huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-awtorità ta’ res judicata li għandha l-kundanna ta’ persuna għal projbizzjoni mis-sewqan ma hijiex miksura għas-sempliċi raġuni li n-nuqqas ta’ osservanza, mill-imsemmija persuna, ta’ din il-projbizzjoni ma jwassalx neċessarjament għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni kriminali ġdida. |
68 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat li l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, li jistabbilixxi l-preeminenza ta’ dan id-dritt fuq dak tal-Istati Membri, jimponi fuq il-korpi kollha tal-Istati Membri li jagħtu l-effett sħiħ tagħhom lid-diversi regoli tal-Unjoni, peress li d-dritt tal-Istati Membri ma jistax inaqqas l-effikaċja rrikonoxxuta ta’ dawn id-diversi regoli fit-territorju tal-imsemmija Stati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-24 ta’ Ġunju 2019, Popławski, C‑573/17, EU:C:2019:530, punti 53 u 54, kif ukoll tad-19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema), C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, EU:C:2019:982, punti 157 u 158). |
69 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, b’mod partikolari, li l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt intern, li jipprovdi li l-qorti nazzjonali għandha tagħti lid-dritt intern, sa fejn huwa possibbli, interpretazzjoni konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, huwa inerenti għas-sistema tat-Trattati, sa fejn jippermetti lill-qorti nazzjonali tiżgura, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni meta tiddeċiedi l-kawża li tkun adita biha. Barra minn hekk, kull qorti nazzjonali, adita fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, għandha, bħala korp ta’ Stat Membru, l-obbligu li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett fil-kawża li tkun adita biha (sentenzi tal-24 ta’ Ġunju 2019, Popławski, C‑573/17, EU:C:2019:530, punti 55 u 61, kif ukoll tad-19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema), C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, EU:C:2019:982, punti 159 u 161). |
70 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li, kif jindikaw essenzjalment il-premessi 14 u 41 tad-Direttiva 2012/13, din hija bbażata fuq id-drittijiet stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u hija intiża li tippromwovi dawn id-drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et, C‑612/15, EU:C:2018:392, punt 88). |
71 |
B’mod iktar partikolari, kif ġie enfasizzat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva għandu l-għan li jiżgura l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll l-ekwità tal-proċedura. Għalhekk, tali dispożizzjoni tistabbilixxi espressament aspett tad-dritt għal rimedju effettiv, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta. |
72 |
Minn dan isegwi li, bħall-Artikolu 47 tal-Karta, li huwa suffiċjenti fih innifsu u ma għandux (għalfejn) jiġi ppreċiżat mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali sabiex jagħti lill-individwi dritt invokabbli bħala tali, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 għandu jitqies li għandu effett dirett (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema), C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, EU:C:2019:982, punti 162 u 163). |
73 |
Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, li għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiggarantixxi l-effett sħiħ ta’ dan l-Artikolu 6. |
74 |
Issa, kif ġie enfasizzat fil-punti 62 u 63 ta’ din is-sentenza, l-effett utli tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 ikun serjament kompromess jekk persuna jkollha kundanna minħabba li tkun kisret projbizzjoni mogħtija minn digriet kriminali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jkunx ġie kkomunikat lilha b’osservanza tar-rekwiżiti previsti f’dan l-artikolu. |
75 |
F’tali ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħti, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, lid-dritt nazzjonali tagħha, sa fejn huwa possibbli, interpretazzjoni li tippreżerva l-effettività tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 u, fin-nuqqas ta’ dan, ma tapplika l’ebda dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontrih. |
76 |
Għandu jingħad ukoll li l-Gvern Ġermaniż sostna quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li kien possibbli li tiġi adottata interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13, f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ diliġenza impost fuq persuna akkużata li ma hijiex iddomiċiljata fit-territorju nazzjonali, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
77 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
78 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma hemmx lok li jiġi eżaminat jekk id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni msemmija mill-qorti tar-rinviju jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
Fuq l-ispejjeż
79 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.