This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CJ0477
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 19 December 2019.#Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV and Others v Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit.#Requests for a preliminary ruling from the College van Beroep voor het Bedrijfsleven.#References for a preliminary ruling — Regulation (EC) No 882/2004 — Article 27(1) and (4) — Points 1 and 2 of Annex VI — Official controls on feed and food — Financing — Fees payable in relation to official controls — Calculation — Concept of ‘staff involved in the official controls’ — Inclusion of administrative and support staff — Possibility of charging for quarter-hour periods requested by the slaughterhouse for the purposes of official controls but not worked — Conditions.#Joined Cases C-477/18 and C-478/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019.
Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV et vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 882/2004 – Artikolu 27(1) u (4) – Punti 1 u 2 tal-Anness VI – Kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel – Finanzjament – Tariffi dovuti fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali – Kalkolu – Kunċett ta’ ‘persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali’ – Inklużjoni tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ – Possibbiltà li jiġu ffatturati perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċerija għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali iżda mhux maħduma – Kundizzjonijiet.
Kawżi magħquda C-477/18 u C-478/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019.
Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV et vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 882/2004 – Artikolu 27(1) u (4) – Punti 1 u 2 tal-Anness VI – Kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel – Finanzjament – Tariffi dovuti fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali – Kalkolu – Kunċett ta’ ‘persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali’ – Inklużjoni tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ – Possibbiltà li jiġu ffatturati perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċerija għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali iżda mhux maħduma – Kundizzjonijiet.
Kawżi magħquda C-477/18 u C-478/18.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:1126
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
19 ta’ Diċembru 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 882/2004 – Artikolu 27(1) u (4) – Punti 1 u 2 tal-Anness VI – Kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel – Finanzjament – Tariffi dovuti fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali – Kalkolu – Kunċett ta’ ‘persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali’ – Inklużjoni tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ – Possibbiltà li jiġu ffatturati perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċerija għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali iżda mhux maħduma – Kundizzjonijiet”
Fil-Kawżi magħquda C‑477/18 u C‑478/18,
li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑17 ta’ Lulju 2018, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑23 ta’ Lulju 2018, fil-proċeduri
Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV (C‑477/18),
Compaxo Vlees Zevenaar BV,
Ekro BV,
Vion Apeldoorn BV,
Vitelco BV (C‑478/18)
vs
Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, S. Rodin, D. Šváby (Relatur), K.Jürimäe u N. Piçarra, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,
Reġistratur: M. Ferreira, amministratur prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑4 ta’ Lulju 2019,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV, minn L. J. Steenbergen u K. Horstman, advocaten, |
– |
għal Compaxo Vlees Zevenaar BV, Ekro BV, Vion Apeldoorn BV u Vitelco BV, minn K. Defares u J. Jansen, advocaten, |
– |
għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u M. L. Noort, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren, bħala aġent, assistit minn R. Holdgaard u P. Biering, advokater, |
– |
għall-Gvern Ungeriż, par M. Z. Fehér u M. M. Tátrai, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg u H. Eklinder, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon u D. Guðmundsdóttir, bħala aġenti, assistiti minn B. McGurk, barrister, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u B. Hofstötter, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑18 ta’ Settembru 2019,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 26, tal-Artikolu 27(4) u tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200, rettifika fil-ĠU 2015, L 187, p. 91). |
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV (iktar ’il quddiem “Gosschalk”) u, min-naħa l-oħra, Compaxo Vlees Zevenaar BV, Ekro BV, Vion Apeldoorn BV, kif ukoll Vitelco BV (iktar ’il quddiem “Compaxo et”) u l-Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (il-Ministru għall-Agrikoltura, għan-Natura u għall-Kwalità tal-Ikel, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem il-“Ministru”) dwar il-modalitajiet ta’ kalkolu tat-tariffi dovuti fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fil-biċċeriji ta’ Gosschalk u ta’ Compaxo et. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 882/2004
3 |
Il-premessi 11, 13, 14 u 32 tar-Regolament Nru 882/2004 jgħidu li:
[…]
[…]
|
4 |
Intitolat “Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni”, l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli ġenerali għat-twettieq ta’ kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità ma’ regoli jimmira, b’mod partikolari, li:
|
5 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]
[…]” |
6 |
Intitolat “Obbligi ġenerali fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali”, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 882/2004 jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “L-Istati membri għandhom jiżġuraw li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu regolarment, fuq bażi tar-riskju u bil-frekwenza xierqa, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament […]” |
7 |
Taħt it-titolu “Nomini ta’ awtoritajiet kompetenti u kriterji ta’ operazzjoni”, l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li: “L-Istati Membri għandhom jiżġuraw:
[…]
[…]” |
8 |
Iddedikat għall-“Impjegati li jwettqu kontrolli uffiċjali”, l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 882/2004 jistabbilixxi li: “L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ħaddiema kollha tagħha li jwettqu kontrolli uffiċjali:
|
9 |
Taħt it-titolu “Proċeduri ta’ kontroll u verifika”, l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 882/2004 jipprevedi li: “L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċeduri jaħdmu:
[…]” |
10 |
It-Titolu II tar-Regolament Nru 882/2004, li jistabbilixxi r-regoli dwar il-“Kontrolli uffiċjali minn Stati Membri”, jinkludi b’mod partikolari l-Kapitolu VI dwar l-“Iffinanzjar ta’ kontrolli uffiċjali”, li jinkludi l-Artikoli 26 sa 29. |
11 |
Skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Prinċipju ġenerali”: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli biex jipprovdu għall-impjegati meħtieġa u riżorsi oħra għall-kontrolli uffiċjali b’kull mezz ikun x’ikun kunsidrat xieraq, inkluż permezz ta’ tassazzjoni ġenerali jew billi jiġu stabbiliti tariffi u piżijiet.” |
12 |
L-Artikolu 27 tal-imsemmi regolament, intitolat “Tariffi jew piżijiet”, jipprevedi li: “1. L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali. […] 4. It-tariffi miġbura għall-għanijiet ta’ kontrolli uffiċjali skond il-paragrafu 1 jew 2:
[…] 10. Mingħajr preġudizzju għall-nefqiet li jirriżultaw mill-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 28, l-Istati Membri m’għandhomx jiġbru xi tariffi oħra minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. […]” |
13 |
Intitolat “Kriterji li għandu jingħata kont tagħhom għall-kalkolazzjoni tat-tariffi”, l-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 jsemmi: “1. Is-salarji ta’ l-impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali 2. L-ispejjeż ta’ l-impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali, inklużi faċilitajiet, għodda, tagħmir, taħriġ, vjaġġar u nefqiet assoċjati 3. L-ispejjeż ta’ l-analiżi tal-laboratorju u t-teħid ta’ kampjuni.” |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004
14 |
Intitolat “Tifsiriet”, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75), jistabbilixxi li: “1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw: […]
[…]
[…]” |
15 |
Skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament li huwa ddedikat għall-“Prinċipji ġenerali għall-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-prodotti kollha ta’ oriġini mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament”: “L-Istati Membri għandhom jassiguraw lil-operaturi ta’ negozji fl-ikel joffru l-assistenza kollha biex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtorità kompetenti ikunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv Huma għandhom b’mod partikolari:
|
16 |
Intitolat “Laħam frisk”, l-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament jistabbilixxi li: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ laħam frisk iseħħu skond l-Anness I.
[…]
[…]
|
Id-dritt Olandiż
17 |
Ir-Regeling van de Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit nr. 2164, houdende retributies betreffende werkzaamheden van de [Nederlandse Voedsel- en Warenautoriteit (NVWA)] en [Algemene Inspectiedienst (AID)] (Regeling retributies veterinaire en hygiënische aangelegenheden I) (id-Digriet tal-Ministru għall-Agrikoltura, għan-Natura u għall-Kwalità tal-Ikel Nru 2164, li Jiffissa l-Ħlasijiet għax-Xogħol Imwettaq mill-[Awtorità Olandiża għall-Ikel u għall-Prodotti (NVWA)] u s-[Servizz tal-Ispezzjoni Ġenerali (AID)] (id-Digriet dwar il-Ħlasijiet fil-Qasam Veterinarju u ta’ Iġjene I)), tal‑4 ta’ Mejju 2009, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ mit‑3 ta’ April 2013 sat‑28 ta’ Frar 2014, jinkludi l-Kapitolu 5 dwar il-qtil li minnu jirriżulta b’mod partikolari: “§ 1. Kontrolli uffiċjali fil-kuntest tal-qtil ta’ annimali ungulati domestiċi Artikolu 15 Fir-rigward tal-kontrolli msemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament [Nru 854/2004], fil-ħinijiet ta’ ftuħ previsti għall-qtil ta’ annimali ungulati domestiċi, imwettqa minn veterinarju uffiċjali jew minn membru tal-persunal awżiljarju uffiċjali impjegati min-NVWA, il-fornitur għandu jkun responsabbli għal ħlas li jikkonsisti fi:
Artikolu 16 Ix-xogħol ta’ spezzjoni post mortem imsemmi fil-Kapitolu I, fil-Kapitolu II, fil-Kapitolu III u fil-punt B tal-Kapitolu IV tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament [Nru 854/2004], li jirrigwarda l-annimali ungulati domestiċi mwettaq minn membru tal-persunal awżiljarju uffiċjali fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-ftehim dwar l-ispezzjoni tal-laħam aħmar, jagħti lok għal ħlas min-naħa tal-fornitur li jikkonsisti fi:
[…]” |
18 |
Il-Kapitolu 10 ta’ dan id-digriet, intitolat “Ħlasijiet oħra supplimentari”, jipprevedi b’mod partikolari li: “Artikolu 50
Artikolu 51
Artikolu 52
Artikolu 53
[…]
|
19 |
Il-Kapitolu 11 tal-imsemmi digriet, li huwa intitolat “Ħlas ta’ rati fissi bażiċi”, jistabbilixxi li: “Artikolu 54
|
20 |
Ir-Regeling van de Staatssecretaris van Economische Zaken nr. WJZ/14033284, houdende vaststelling van tarieven voor werkzaamheden van de NVWA (Regeling NVWA-tarieven) (id-Digriet tas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi Nru WJZ/14033284, li Jiffissa r-Rati għax-Xogħol Imwettaq min-NVWA (id-Digriet dwar ir-Rati tan-NVWA)), tal‑20 ta’ Frar 2014, li daħal fis-seħħ fl‑1 ta’ Marzu 2014, huwa intiż li jistabbilixxi sistema ġdida ssemplifikata ta’ rati għax-xogħol ta’ spezzjoni u ta’ kontroll li l-uffiċjali tan-NVWA jwettqu fil-kuntest, b’mod partikolari, tal-leġiżlazzjoni fil-qasam veterinarju u ta’ iġjene. Dan id-digriet jirripproduċi f’forma analoga d-dispożizzjonijiet tad-Digriet dwar il-Ħlasijiet fil-Qasam Veterinarju u ta’ Iġjene I, imsemmija fil-punti 17 sa 19 ta’ din is-sentenza. |
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
Il-Kawża C‑477/18
21 |
Gosschalk topera biċċerija li tipproċessa u tikkummerċjalizza l-laħam tal-majjal. Fuq din il-bażi, hija kienet is-suġġett ta’ kontrolli uffiċjali intiżi li jiġi żgurat li hija kienet qiegħda tosserva kemm ir-Regolament Nru 882/2004 kif ukoll id-Digriet dwar ir-Rati tan-NVWA. |
22 |
Dawn il-kontrolli jitwettqu b’mod partikolari matul spezzjonijiet ante mortem u post mortem, minn naħa, minn veterinarji u persunal awżiljarju uffiċjali li jaħdmu man-NVWA, li hija l-awtorità kompetenti nnominata, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, u, min-naħa l-oħra, minn persunal awżiljarju uffiċjali provviżorju tal-Kwaliteitskeuring Dierlijke Sector (KDS), li, skont il-Gvern Olandiż, hija kumpannija privata mingħajr skop ta’ lukru. |
23 |
Bil-għan li jiġu koperti l-ispejjeż ikkawżati minn dan ix-xogħol ta’ spezzjoni, il-Ministru jiġbor, mingħand il-biċċeriji, xi tariffi, konformement mal-Artikolu 27(1) u (4)(a), u mal-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, kif ukoll mad-Digriet dwar ir-rati tan-NVWA. |
24 |
Fil-prattika, il-biċċerija tressaq quddiem in-NVWA talba li tispeċifika x-xogħol ta’ spezzjoni li għandu jitwettaq, in-numru ta’ veterinarji uffiċjali u ta’ membri tal-persunal awżiljarju uffiċjali meħtieġa, kif ukoll il-ħin neċessarju, f’perijodi ta’ ħmistax-il minuta, sabiex jitwettaq dan ix-xogħol. |
25 |
Ladarba jsir ix-xogħol, il-Ministru jiffattura lill-biċċerija l-ammonti dovuti f’dan ir-rigward. Għal kull veterinarju uffiċjali u membru tal-persunal awżiljarju uffiċjali li jkunu wettqu xogħol ta’ spezzjoni, il-biċċerija jkollha tħallas rata fissa bażika u ammont għal kull perijodu ta’ ħmistax-il minuta ddedikat għal dan ix-xogħol. Meta x-xogħol ta’ spezzjoni jdum iktar milli previst, il-biċċerija għandha tħallas ammont addizzjonali għal kull perijodu ta’ ħmistax-il minuta żejjed. Min-naħa l-oħra, jekk ix-xogħol ta’ spezzjoni jdum inqas milli previst, il-biċċerija għandha tħallas għall-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba iżda mhux maħduma. |
26 |
Fil-kawża prinċipali, Gosschalk irċeviet diversi fatturi fejn ġew imposti fuqha tariffi intiżi li jkopru xogħol ta’ spezzjoni mwettaq fil-bini tagħha min-NVWA u mill-KDS bejn l‑2013 u l‑2016. Billi qieset li l-modalitajiet ta’ ġbir ta’ dawn it-tariffi kienu jmorru kontra s-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd (C‑112/15, EU:C:2016:185), Gosschalk ressqet ilmenti quddiem il-Ministru u, wara li dawn ġew miċħuda, ippreżentat rikors quddiem il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi). |
27 |
Filwaqt li tirreferi b’mod partikolari għad-diffikultajiet ta’ interpretazzjoni tar-Regolament Nru 882/2004, b’mod partikolari tal-punti 1 u 2 tal-Anness VI tiegħu, kif ukoll għan-nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali f’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li huwa fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari. |
28 |
Fl-ewwel lok, in-nuqqas ta’ qbil tagħhom jirrigwarda d-delimitazzjoni tal-kunċett ta’ “persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali”. Il-qorti tar-rinviju tosserva, minn naħa, li r-Regolament Nru 882/2004 ma jippreċiżax it-tifsira ta’ dan il-kunċett li jinsab fil-punti 1 u 2 tal-Anness VI tiegħu, u, min-naħa l-oħra, li, kuntrarjament għal dak li ssostni Gosschalk, mis-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd (C‑112/15, EU:C:2016:185), ma jistax jiġi dedott li huma biss il-veterinarju uffiċjali u l-membru tal-persunal awżiljarju uffiċjali, li jwettqu effettivament il-kontrolli uffiċjali, li jaqgħu taħt dan il-kunċett. Fid-dawl ta’ dan, il-qorti tar-rinviju għandha dubju wkoll dwar l-interpretazzjoni iktar wiesgħa li jagħtih il-Ministru li tgħid li s-salarji u l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv u ta’ persunal ieħor jistgħu jiġu imposti fuq il-biċċeriji. |
29 |
Il-qorti tar-rinviju tosserva li, kemm l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad‑29 ta’ Jannar 1985 fuq l-iffinanzjament ta’ l-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 161), kif ukoll l-Artikolu 81(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU 2017, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 137, p. 40), jawtorizzaw il-ħlas tal-ispejjeż amministrattivi kif ukoll tal-ispejjeż u tas-salarji tal-persunal ta’ appoġġ u tal-persunal amministrattiv. B’paragun, sa fejn l-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 isemmi biss l-ispejjeż tal-persunal inkarigat mill-kontrolli uffiċjali, jista’ jiġi dedott li l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ ma jistgħux jiġu rkuprati. |
30 |
Madankollu, l-espressjoni “impjegati involuti fil-kontrolli uffiċjali” tidher li tħalli marġni ta’ diskrezzjoni suffiċjenti sabiex jiġu inklużi persuni għajr il-veterinarju uffiċjali u l-membru tal-persunal awżiljarju uffiċjali peress li dawn jikkontribwixxu wkoll għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji. L-ebda indizju ma jissuġġerixxi barra minn hekk li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jirrendi s-sistema tar-Regolament Nru 882/2004 iktar stretta mis-sistema preċedenti stabbilita mid-Direttiva 85/73 u lanqas li huwa kellu l-intenzjoni li jagħmel iktar flessibbli, permezz tar-Regolament Nru 2017/625, is-sistema allegatament iktar stretta tar-Regolament Nru 882/2004. |
31 |
In-nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali jirrigwarda, fit-tieni lok, it-trattament li għandu jiġi rriżervat għall-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali iżda mhux maħduma. Filwaqt li Gosschalk issostni li ma għandhomx jiġu ffatturati, il-Ministru joġġezzjona li l-biċċerija hija responsabbli għall-eżattezza tan-numru ta’ perijodi ta’ ħmistax-il minuta meqjusa neċessarji għax-xogħol ta’ spezzjoni u li l-ippjanar tax-xogħol ta’ spezzjoni li għandu jitwettaq mill-aġenti tan-NVWA huwa riġidu. |
32 |
Fit-tielet lok, il-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux fuq l-interpretazzjoni tar-rati applikabbli għall-veterinarji provviżorji. Minn naħa, peress li n-NVWA xi kultant tirrekluta veterinarji uffiċjali minn aġenziji provviżorji sabiex iwettqu x-xogħol ta’ spezzjoni u peress li tħallashom ammonti ferm inqas minn dawk li tiffattura lill-biċċeriji, Gosschalk issostni li l-Ministru b’hekk għamel qligħ ta’ madwar EUR 8500000. Min-naħa l-oħra, il-persunal awżiljarju uffiċjali provviżorju tal-KDS jew tal-aġenziji provviżorji jitħallas biss fuq il-bażi tan-numru ta’ perijodi ta’ ħmistax-il minuta effettivament maħduma, minkejja li l-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba iżda mhux maħduma jiġu ffatturati lill-biċċerija. Għall-Ministru, din il-prattika għandha t-tendenza madankollu li żżomm l-ugwaljanza fir-rati għall-partijiet kollha, peress li l-eċċess iġġenerat iservi sabiex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tan-NVWA. |
33 |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-prattika mad-dritt tal-Unjoni sa fejn, f’dan il-każ, ebda persunal impjegat min-NVWA ma għandu jitħallas. |
34 |
Fir-raba’ lok, Gosschalk tilmenta li r-rati applikabbli għall-veterinarji provviżorji jippermettu lill-KDS toħloq fond intiż li jiġu affaċċjati l-ispejjeż eventwali kkawżati minn diżastri. Għaldaqstant, il-fond ma għandux rabta diretta max-xogħol ta’ spezzjoni li jkun sar b’mod konkret, b’tali mod li l-ispejjeż sostnuti f’dan ir-rigward ma jistgħux jitqiesu li huma relatati mal-persunal effettivament responsabbli mit-twettiq tax-xogħol ta’ spezzjoni. Skont il-Ministru, ir-raġuni hija li għandu jiġi ggarantit li, f’każ ta’ ċirkustanzi imprevisti, bħal dik ta’ epiżootija, li jwasslu għas-sospensjoni tal-qtil ta’ annimali għal perijodu twil, l-ispejjeż tal-persunal u ta’ taħriġ ikunu jistgħu jibqgħu jitħallsu mingħajr ma jkun hemm għalfejn jitkeċċa persunal, minkejja li l-KDS ma tkunx qiegħda tirċievi iktar dħul. L-eżistenza ta’ dan il-fond tippermetti għalhekk li l-ispezzjonijiet ikunu jistgħu jitkomplew wara li tintemm din il-kriżi. Minn dan jirriżulta li l-fond ikopri l-ammonti neċessarji sabiex jiġu koperti l-ispejjeż effettivament sostnuti. L-ammont ta’ dan il-fond meqjus neċessarju jikkorrispondi għal nofs id-dħul mill-bejgħ medju tal-KDS matul l-aħħar sentejn qabel il-ħolqien tal-fond, li miegħu jiżdied l-ammont ta’ EUR 500000. |
35 |
Minkejja li, f’deċiżjoni tal‑14 ta’ Ottubru 2010, hija ddikjarat dan il-fond konformi mal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004, il-qorti tar-rinviju issa għandha dubju dwar ir-rilevanza ta’ din l-evalwazzjoni. Hija tistaqsi dwar il-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat il-limitu massimu tiegħu kif ukoll dwar l-effett taċ-ċirkustanza li dan il-fond jinħoloq għal kumpannija privata, f’dan il-każ, il-KDS, li tirrikorri għaliha n-NVWA sabiex ikollha persunal awżiljarju uffiċjali filwaqt li t-telf ta’ dħul jitqies bħala parti mir-riskju normali li għalih impriża tesponi ruħha. Barra minn hekk, fil-każ ta’ stralċ jew ta’ falliment tal-KDS, il-benefiċjarju tal-fond diġà maħluq ma huwiex ċar. |
36 |
Huwa f’dan il-kuntest li l-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Il-Kawża C‑478/18
37 |
Permezz ta’ erba’ fatturi maħruġa bejn Ottubru 2016 u Frar 2017, il-Ministru talab lil Compaxo et somma ta’ bejn EUR 15 422.35 u EUR 49 628.22, bil-għan li jiġu koperti l-ispejjeż marbuta max-xogħol ta’ spezzjoni mwettaq f’kull waħda mill-biċċeriji tagħhom. |
38 |
Wara li ppreżentaw, mingħajr suċċess, ilment kontra dawn il-fatturi, Compaxo et ippreżentaw rikors quddiem il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku), li hija l-qorti tar-rinviju f’din il-kawża. |
39 |
Peress li qiesu li mis-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd (C‑112/15, EU:C:2016:185) jirriżulta li huma biss is-salarji u l-ispejjeż ta’ dawk li effettivament ikunu wettqu kontrolli li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, Compaxo et isostnu, quddiem il-qorti tar-rinviju, li sensiela sħiħa ta’ spejjeż, bħal, b’mod partikolari, il-postijiet lokali ta’ negozju, l-ispejjeż ġenerali materjali, l-ispejjeż ta’ deprezzament, l-ispejjeż tal-uffiċċju, spejjeż speċifiċi (ħwejjeġ tax-xogħol), spejjeż ta’ vvjaġġar bejn id-dar u x-xogħol jew spejjeż ta’ persunal ta’ subappalt, ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż fis-sens tal-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004. Barra minn hekk, mill-imsemmija fatturi ma jirriżultax b’mod ċar għal xiex qiegħda tirreferi l-partita “xogħol ta’ spezzjoni”. Il-Ministru jindika f’dan ir-rigward li l-kalkolu tar-rati fis-siegħa li jittieħdu inkunsiderazzjoni f’din il-partita jinkludi spejjeż ta’ amministrazzjoni teknika u ta’ ppjanar ta’ xogħol ta’ spezzjoni li għandhom jiġu kklassifikati bħala “salarji u spejjeż oħra tal-persunal responsabbli mill-kontrolli” sa fejn ix-xogħol ta’ spezzjoni ma jistax jitwettaq mingħajr ċertu appoġġ, bħall-istabbiliment tal-imsemmi ppjanar. |
40 |
Huwa f’dan il-kuntest li l-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel tliet domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja, li huma identiċi għall-ewwel u għat-tieni domanda kif ukoll għall-punt (a) tat-tielet domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja minn din l-istess qorti fil-Kawża C‑477/18. |
Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura
41 |
Wara li ngħataw il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, Gosschalk, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl‑10 ta’ Ottubru 2019, talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
42 |
Insostenn tat-talba tagħha, Gosschalk issostni, essenzjalment, li l-Avukat Ġenerali wettaq l-eżami tal-oriġini tar-Regolament Nru 882/2004 filwaqt li dan l-aspett ma ġiex ittrattat matul il-fażi orali tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Hija tqis, konsegwentement, li hija għandha tkun tista’ tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward, peress li, waqt dan l-eżami, l-Avukat Ġenerali bbaża ruħu fuq informazzjoni mhux kompleta, billi huwa la semma u lanqas ħa inkunsiderazzjoni emenda tal-Parlament Ewropew li tinsab fir-rapport tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel [2003/0030(COD)], li għandha twassal għal interpretazzjoni stretta tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004. |
43 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta b’dawn il-konklużjonijiet u lanqas bil-motivazzjoni li abbażi tagħha l-Avukat Ġenerali jasal għalihom (sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2018, MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia, C‑295/17, EU:C:2018:942, punt 25 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
44 |
Għandu jitfakkar ukoll li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà li l-partijiet ikkonċernati jwieġbu għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ parti kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu xi jkunu l-kwistjonijiet li dan jeżamina fihom, fih innifsu ma jistax jikkostitwixxi raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2018, MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia, C‑295/17, EU:C:2018:942, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
45 |
Issa, fit-talba tagħha għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, Gosschalk tikkontesta l-eżami li għamel l-Avukat Ġenerali fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-oriġini tar-Regolament Nru 882/2004, eżami li ma kienx is-suġġett ta’ dibattitu matul il-fażi orali tal-proċedura, u li, barra minn hekk, huwa bbażat fuq informazzjoni mhux kompleta. |
46 |
Ċertament, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
47 |
F’din il-kawża, dan ma huwiex il-każ. Fil-fatt, il-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw f’din il-proċedura, u b’mod partikolari Gosschalk, setgħu jesponu, kemm matul il-fażi bil-miktub kif ukoll matul il-fażi orali tagħha, il-punti ta’ liġi li huma qiesu rilevanti sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, b’mod partikolari dawk għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004. |
48 |
Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet għal deċiżjoni preliminari u li l-ebda wieħed mill-elementi invokati minn Gosschalk insostenn tat-talba tagħha għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura ma jiġġustifika dan il-ftuħ mill-ġdid, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura. |
49 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda fil-Kawżi C‑477/18 u C‑478/18
50 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, fil-Kawżi C‑477/18 u C‑478/18, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27(1) u (4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-punti 1 u 2 tal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala li jaqgħu taħt l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u bħala li ma jeċċedux l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, is-salarji u l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ. |
51 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li l-qorti tar-rinviju tirreferi preċiżament għal ċerti spejjeż konnessi, bħal dawk imsemmija fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, li, hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma neċessarji għalihom sabiex tiġi deċiża l-kawża li tkun tressqet quddiemhom. Il-funzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija fil-fatt li tagħti kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-portata tar-regoli tal-Unjoni sabiex din tkun tista’ tapplika korrettament dawn ir-regoli għall-fatti li din il-qorti tkun adita bihom u mhux li tipproċedi hija stess għal tali applikazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 2007, Omni Metal Service, C‑259/05, EU:C:2007:363, punt 15, u tal‑5 ta’ Lulju 2016, Ognyanov, C‑614/14, EU:C:2016:514, punt 16). |
52 |
It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, li r-Regolament Nru 882/2004 jwettaq biss armonizzazzjoni limitata tar-regoli applikabbli għall-kontrolli uffiċjali. Minn dan isegwi li l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jorganizzaw, permezz tal-“awtorità kompetenti”, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, il-kontrolli uffiċjali li għandhom l-għan li jivverifikaw l-osservanza mar-regoli intiżi, kif jipprovdi l-Artikolu 1(1) tal-imsemmi regolament, minn naħa, li jipprevjenu jew jeliminaw ir-riskji li jistgħu jseħħu, jew direttament jew permezz tal-ambjent, għall-bnedmin u l-annimali, jew li jnaqqsu dawn ir-riskji fuq livell aċċettabbli, u, min-naħa l-oħra, li jiggarantixxu prattiki leali għal dak li jirrigwarda l-kummerċ tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, inkluż l-ittikkettjar tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel u kull forma oħra ta’ informazzjoni intiża għall-konsumaturi. |
53 |
F’dan il-kuntest, u sa fejn l-effettività tal-kontrolli uffiċjali hija żgurata, l-għażla tal-awtorità kompetenti Olandiża li tirrikorri għal kumpannija privata mingħajr skop ta’ lukru, f’dan il-każ il-KDS, sabiex din tal-aħħar tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha assistenti ta’ spezzjoni, bħala persunal awżiljarju uffiċjali, ma tistax tiġi kkontestata sa fejn tali għażla ma tidhirx li hija ta’ natura li toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi privati. |
54 |
Dan premess, għandu jitfakkar, hekk kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd (C‑112/15, EU:C:2016:185, punt 34), li l-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Nru 882/2004 huma differenti fir-rigward tal-kliem użat fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament li jiddefinixxi l-kategorija tal-persuni li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jiġu koperti mit-tariffi. B’hekk, dan ir-regolament, fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża (“des für die amtlichen Kontrollen eingesetzten Personals”) u Franċiża (“personnel chargé des contrôles officiels”) isemmu l-persunal li jwettaq il-kontrolli, filwaqt li l-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża (“staff involved in the official controls”) u Taljana (“personale partecipante ai controlli ufficiali”) jużaw kliem li jista’ jinkludi ċirku usa ta’ persuni. Fir-rigward tal-verżjoni bil-lingwa Daniża ta’ dan ir-regolament, il-punt 1 ta’ dan l-anness jindika li jistgħu jiġu ffinanzjati mit-tariffi s-salarji tal-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali (“lønninger til personale, der udfører offentlig kontrol”), filwaqt li huwa indikat, bi kliem fejn is-sens huwa usa, fil-punt 2 tal-istess anness, li jistgħu jiġu ffinanzjati l-ispejjeż tal-persunal b’konnessjoni mal-kontrolli uffiċjali (“personaleudgifter i forbindelse med offentlig kontrol”). |
55 |
Min-naħa tagħha, il-verżjoni Olandiża tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 tagħmel distinzjoni bejn il-persunal inkarigat mill-kontrolli uffiċjali (“het personeel dat betrokken is bij de uffiċjali ële controles”), li jissemma fil-punt 1 ta’ dan l-anness, u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali (“het personeel dat betrokken is bij de uitvoering van de uffiċjali ële controles”), li jissemma fil-punt 2 tal-imsemmi anness. |
56 |
Kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ diverġenzi bejn diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata abbażi tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma element minnha. L-oriġini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jista’ jkun rilevanti wkoll fir-rigward tal-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑583/11 P, EU:C:2013:625, punt 50, kif ukoll tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd, C‑112/15, EU:C:2016:185, punt 36). |
57 |
Qabelxejn, hemm lok li jiġi osservat li r-rekwiżit ta’ effettività tal-kontrolli uffiċjali, li huwa msemmi ripetutament fir-Regolament Nru 882/2004, jikkostitwixxi tħassib ċentrali tal-leġiżlatur tal-Unjoni. B’hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, skont l-Artikolu 4(2)(a) ta’ dan ir-regolament, l-effettività u l-adegwatezza ta’ kontrolli uffiċjali fuq annimali ħajjin, għalf u prodotti tal-ikel fl-istadji kollha ta’ produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni tal-ikel, kif ukoll waqt l-użu tal-għalf. L-Artikolu 8(3)(a) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom proċeduri sabiex jivverifikaw l-effettività tal-kontrolli uffiċjali li huma jwettqu. Barra minn hekk, il-premessa 11 tar-Regolament Nru 882/2004 tgħid li l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jeżegwixxu l-kontrolli uffiċjali għandhom jissodisfaw ċertu numru ta’ kriterji operazzjonali, sabiex jiżguraw l-imparzjalità u l-effettività tagħhom. Dawn l-awtoritajiet għandhom jkollhom biżżejjed persunal debitament ikkwalifikat u b’esperjenza u għandhom ikollhom faċilitajiet u tagħmir adegwati sabiex iwettqu korrettament l-obbligi tagħhom. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 854/2004 jistabbilixxi wkoll li l-operaturi fis-settur tal-ikel għandhom jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni effettiva tal-kontrolli uffiċjali mill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004. |
58 |
Minn din il-perspettiva, skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-premessa 32 ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli sabiex, b’mod partikolari, ikollhom il-persunal neċessarju għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali. |
59 |
Għal dan il-għan, l-Artikolu 27(1) u (4)(a) tal-imsemmi regolament jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew taxxi sabiex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali, bil-kundizzjoni li t-tariffi miġbura għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali ma jeċċedux l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament. |
60 |
Għalkemm huwa evidenti li l-effettività tal-kontrolli uffiċjali tiddependi primarjament fuq il-kwalità tax-xogħol ta’ spezzjoni mwettqa mill-veterinarji uffiċjali u mill-persunal awżiljarju uffiċjali, il-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ jikkontribwixxi għaliha wkoll. |
61 |
Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ għandu l-għan li jeħles lill-veterinarji uffiċjali u lill-awżiljarji uffiċjali mill-organizzazzjoni loġistika tax-xogħol ta’ spezzjoni u li jikkontribwixxi għall-monitoraġġ ta’ dawn il-kontrolli, fejn tali monitoraġġ huwa ddefinit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament Nru 882/2004. |
62 |
B’hekk, il-monitoraġġ jikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli uffiċjali, b’mod partikolari billi jikkontribwixxi sabiex jiġu identifikati l-biċċeriji f’riskju u, għaldaqstant, sabiex tiġi ddeterminata l-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali, li għandha, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-premessa 13 ta’ dan ir-regolament, tkun regolari u proporzjonata għar-riskju. |
63 |
B’dan il-mod, il-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ jippermetti lill-veterinarji uffiċjali jikkonċentraw fuq il-missjonijiet ta’ spezzjoni tagħhom fis-sens strett. |
64 |
Issa, hekk kif osserva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, billi jippreċiża li s-sistema ta’ finanzjament għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-“organizzazzjoni”, u mhux biss it-“twettiq”, ta’ kontrolli uffiċjali, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried li dan il-finanzjament ikollu l-għan li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema globali ta’ kontrolli uffiċjali li ma tillimitax ruħha biss għall-eżekuzzjoni konkreta tal-missjoni ta’ kontroll. |
65 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmi finanzjament jista’ jkopri wkoll is-salarji u l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ. |
66 |
Madankollu, taħt piena li jinqabżu l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 u li jinkiser l-Artikolu 27(4)(a) ta’ dan ir-regolament kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa biss il-ħin tax-xogħol tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ meħtieġ għal attivitajiet marbuta b’mod indissoċjabbli mal-eżekuzzjoni ta’ kontrolli uffiċjali li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-tariffi. |
67 |
Minn dan isegwi li l-Artikolu 27(1) u (4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-punti 1 u 2 tal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala li jaqgħu taħt l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali u bħala li ma jeċċedux l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti s-salarji u l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ, fi proporzjon mal-ħin li attivitajiet li jkunu marbuta b’mod indissoċjabbli mal-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali jirrikjedu oġġettivament minn dan il-persunal. |
68 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ “spejjeż konnessi”, imsemmi fil-punt 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, għandu jiġi interpretat b’mod strett, taħt piena li jitneħħa kull effett utli mil-lista li tinsab f’dan l-anness. Fil-fatt, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 jirriżulta li l-imsemmi anness jelenka, b’mod eżawrjenti, l-elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tat-tariffi marbuta mal-kontrolli uffiċjali mwettqa fl-impriżi ta’ tbiċċir (sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd, C‑112/15, EU:C:2016:185, punt 33). |
69 |
L-interpretazzjoni mogħtija fil-punt 67 ta’ din is-sentenza hija kkorroborata mill-kuntest storiku li fih taqa’ l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali. Fil-fatt, kif tosserva l-qorti tar-rinviju u kif ġie enfasizzat fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, la l-formulazzjoni u lanqas ix-xogħol preparatorju tar-Regolament Nru 2017/625 ma jippermettu li tiġi identifikata xi rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li ma jibqax isegwi s-sistema fis-seħħ fil-kuntest tar-Regolament Nru 882/2004. Bl-istess mod, la l-formulazzjoni u lanqas ix-xogħol preparatorju tar-Regolament Nru 882/2004 ma jiżvelaw xi intenzjoni ta’ dan il-leġiżlatur li jiddevja mill-interpretazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru previsti fid-Direttiva 85/73. |
70 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għat-tieni domanda fil-Kawżi C‑477/18 u C‑478/18 hija li l-Artikolu 27(1) u (4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-punti 1 u 2 tal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala li jaqgħu taħt l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u bħala li ma jeċċedux l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, is-salarji u l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ, fi proporzjon mal-ħin li attivitajiet li jkunu marbuta b’mod indissoċjabbli mal-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali jirrikjedu oġġettivament minn dan il-persunal. |
Fuq il-punt (a) tat-tielet domanda fil-Kawża C 477/18 u t-tielet domanda fil-Kawża C‑478/18
71 |
Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-fatturazzjoni ta’ tariffi lil biċċeriji għal perijodi ta’ ħmistax-il minuta ta’ kontrolli uffiċjali li dawn il-biċċeriji jkunu talbu lill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, iżda li ma ġewx effettivament maħduma. |
72 |
Preliminarjament, għandu jiġi osservat li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-każ li kontroll uffiċjali jintemm iktar kmieni minn dak previst, il-leġiżlazzjoni Olandiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li l-veterinarji uffiċjali u l-persunal awżiljarju uffiċjali tan-NVWA għandhom jitħallsu għall-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċerija kkontrollata iżda mhux maħduma. |
73 |
Dan premess, mill-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 jirriżulta li t-tariffi miġbura għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali ma għandhomx jeċċedu l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament. |
74 |
Din id-dispożizzjoni, li tikkonkretizza l-prinċipju ta’ proporzjonalità, tikkorrobora r-regola stabbilita fl-Artikolu 27(1) tal-imsemmi regolament, li tgħid li l-Istati Membri huma awtorizzati jiġbru tariffi jew taxxi sabiex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali. |
75 |
Huwa minnu li, kif sostniet il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, it-tariffi li jikkorrispondu għal ħin tax-xogħol li jkun intalab mill-biċċerija kkontrollata iżda li finalment ma jkunx ġie maħdum jidhru, prima facie, li jeċċedu l-ispejjeż sostnuti mill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004. |
76 |
Madankollu, kif ġie enfasizzat fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, ir-rekwiżit ta’ effettività tal-kontrolli uffiċjali jikkostitwixxi tħassib ċentrali tal-leġiżlatur tal-Unjoni, waqt l-elaborazzjoni tar-Regolament Nru 882/2004. |
77 |
Għaldaqstant, dan ir-regolament ma jipprekludix li xi tariffi jinġabru fir-rigward tal-ħin ta’ kontroll mitlub minn biċċerija iżda mhux maħdum meta l-assenza ta’ ġbir ta’ dawn it-tariffi tista’ taffettwa l-effettività tas-sistema ta’ kontrolli uffiċjali. |
78 |
Issa, f’sistema fejn ċertu xogħol ta’ spezzjoni jsir fuq talba tal-biċċeriji stess, ir-rekwiżit ta’ effettività tal-kontrolli uffiċjali jista’ jwassal sabiex jiġu imposti fuq il-biċċeriji tariffi relatati mal-ħin ta’ kontroll li ma jkunx ġie maħdum meta l-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, tkun sabet ruħha fl-impossibbiltà li tassenja mill-ġdid il-veterinarji uffiċjali u l-persunal awżiljarju uffiċjali għall-kontroll uffiċjali ta’ biċċerija oħra. |
79 |
Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 62 ta’ din is-sentenza, il-monitoraġġ, kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, jikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli uffiċjali, sa fejn jippermetti li dawn il-kontrolli jiġu ppjanati b’mod koerenti u, għaldaqstant, li tiġi żgurata frekwenza ta’ kontrolli regolari u proporzjonata għar-riskju, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-premessa 13 ta’ dan ir-regolament. |
80 |
Barra minn hekk, dan l-ippjanar tal-kontrolli jippermetti lill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, li tiżgura li hija għandha l-persunal neċessarju sabiex twettaq il-kontrolli uffiċjali, kif jeżiġi l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 882/2004. |
81 |
Madankollu, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u bla ħsara għall-osservanza tar-rekwiżit tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali, għandha tiġi rriżervata l-possibbiltà għall-biċċeriji li jinformaw lil din l-awtorità kompetenti, suffiċjentement minn qabel it-twettiq ta’ kontroll uffiċjali, bl-intenzjoni tagħhom li jqassru t-tul ta’ tali kontroll meta mqabbel mat-tul inizjalment previst. |
82 |
Għal dan il-għan, l-imsemmija awtorità kompetenti hija marbuta li tipprovdi u li tgħarraf lill-biċċeriji b’terminu raġonevoli li matulu huma jistgħu jeżerċitaw il-possibbiltà tagħhom li jqassru kontroll uffiċjali u li mal-iskadenza tiegħu l-ħin ta’ kontroll inizjalment previst jiġi ffatturat b’mod definittiv, irrispettivament minn jekk ikunx ġie maħdum totalment jew le. |
83 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (a) tat-tielet domanda fil-Kawża C‑477/18 u għat-tielet domanda fil-Kawża C‑478/18 hija li l-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-fatturazzjoni ta’ tariffi lil biċċeriji għal perijodi ta’ ħmistax-il minuta ta’ kontrolli uffiċjali li dawn il-biċċeriji jkunu talbu lill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, iżda li ma ġewx effettivament maħduma, meta l-biċċerija suġġetta għall-imsemmi kontroll ma tkunx informat suffiċjentement minn qabel lil din l-awtorità bl-intenzjoni tagħha li tqassar it-tul tal-kontroll meta mqabbel mat-tul inizjalment previst. |
Fuq il-punt (b) tat-tielet domanda fil-Kawża C‑477/18
84 |
Permezz tal-punt (b) tat-tielet domanda fil-Kawża C‑477/18, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-risposta mogħtija għall-punt (a) tat-tielet domanda f’din l-istess kawża tapplikax ukoll fil-każ fejn, minn naħa, il-kontrolli uffiċjali jkunu twettqu minn veterinarji uffiċjali provviżorji li ma jitħallsux għall-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċeriji iżda mhux maħduma u, min-naħa l-oħra, il-parti tat-tariffa li tikkorrispondi għal dawn il-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba iżda mhux maħduma tiġi allokata sabiex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tal-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004. |
85 |
Kif ġie osservat fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, mill-Artikolu 27(1) u (4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 jirriżulta li t-tariffi jistgħu jinġabru biss għall-finanzjament tal-ispejjeż li jkunu effettivament irriżultaw mill-kontrolli uffiċjali u sostnuti mill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004. |
86 |
Minn dan isegwi li, sa fejn il-veterinarji uffiċjali provviżorji ma jitħallsux għall-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba iżda mhux maħduma, din l-awtorità kompetenti ma tistax, mingħajr ma tikser l-Artikolu 27(1) u (4)(a) tal-imsemmi regolament, tiġbor fir-rigward tat-tariffa prevista f’din id-dispożizzjoni somom li jikkorrispondu għar-remunerazzjoni li l-imsemmija veterinarji kienu jirċievu li kieku l-perijodi ta’ ħmistax-il minuta kienu ġew maħduma, billi tali somom ma jikkorrispondux għal spejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali u effettivament sostnuti mill-imsemmija awtorità kompetenti. |
87 |
Għaldaqstant, għal kull perijodu ta’ ħmistax-il minuta mitlub iżda mhux maħdum, l-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, tista’, l-iktar l-iktar, tiffattura lill-biċċerija kkontrollata somma li tikkorrispondi għall-ammont tat-tariffa li minnu jitnaqqsu l-ispejjeż tas-salarji tal-veterinarji uffiċjali provviżorji, jekk jiġi stabbilit li l-kumplament miksub b’dan il-mod ikun jikkorrispondi verament għal spejjeż ġenerali li jaqgħu taħt kategorija waħda jew iktar ta’ spejjeż imsemmija fl-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004. |
88 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (b) tat-tielet domanda fil-Kawża C‑477/18 hija li r-risposta mogħtija għall-punt (a) tat-tielet domanda f’din l-istess kawża tista’ tiġi applikata fil-każ fejn, minn naħa, il-kontrolli uffiċjali jkunu twettqu minn veterinarji uffiċjali provviżorji li ma jitħallsux għall-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċeriji iżda mhux maħduma u, min-naħa l-oħra, il-parti tat-tariffa li tikkorrispondi għal dawn il-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba iżda mhux maħduma tiġi allokata sabiex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tal-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, jekk jiġi stabbilit li l-parti tat-tariffa relatata ma’ dawn il-perijodi ta’ ħmistax-il minuta ma tkunx tinkludi l-ispejjeż tas-salarji tal-veterinarji uffiċjali provviżorji mhux imħallsa u tkun tikkorrispondi verament għal spejjeż ġenerali li jaqgħu taħt kategorija waħda jew iktar ta’ spejjeż imsemmija fl-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004. |
Fuq ir-raba’ domanda fil-Kawża C‑477/18
89 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha fil-Kawża C‑477/18, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27(4)(a) u (b) tar-Regolament Nru 882/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li rata medja tiġi applikata għall-biċċeriji mhux biss meta l-kontrolli uffiċjali jitwettqu minn veterinarji impjegati mill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, iżda wkoll meta jitwettqu minn veterinarji provviżorji, li r-remunerazzjoni tagħhom tkun iktar baxxa. |
90 |
Mill-Artikolu 27(4)(b) tar-Regolament Nru 882/2004 jirriżulta li t-tariffi miġbura għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali jistgħu jiġu stabbiliti b’rati fissi fuq il-bażi tal-ispejjeż li jsostnu l-awtoritajiet kompetenti matul perijodu partikolari. |
91 |
Il-possibbiltà mogħtija b’dan il-mod lill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, li tagħżel tariffi kkalkolati skont rati fissi tippresupponi li l-ammont tat-tariffa mitluba minn biċċerija jista’ jkun, skont il-każ, xi drabi inqas u xi drabi iktar mill-ispejjeż realment sostnuti minn din l-awtorità waqt kontroll uffiċjali meħud b’mod iżolat. |
92 |
Kif osserva l-Gvern Daniż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-użu ta’ rata medja jikkontribwixxi sabiex tiġi ggarantita l-ugwaljanza fit-trattament tal-biċċeriji u l-assenza ta’ kull diskriminazzjoni bejniethom, billi jiġi evitat li l-ispiża ta’ kontroll uffiċjali tvarja b’mod partikolari skont il-grad, l-anzjanità tal-veterinarju uffiċjali jew skont jekk dan il-veterinarju huwiex impjegat mill-imsemmija awtorità kompetenti nnifisha jew bħala veterinarju provviżorju. |
93 |
Xorta jibqa’ l-fatt li, fid-dawl tal-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, it-tariffi miġbura għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali ma għandhomx, b’mod ġenerali, jeċċedu l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament. Għaldaqstant, jekk l-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, tikkonstata li hija tkun għamlet profitt fuq perijodu partikolari, hija għandha tnaqqas l-ammont tat-tariffi għall-perijodu segwenti, taħt piena li tikser l-Artikolu 27(4)(a) u (b) tar-Regolament Nru 882/2004. |
94 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda fil-Kawża C‑477/18 hija li l-Artikolu 27(4)(a) u (b) tar-Regolament Nru 882/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li rata medja tiġi applikata għall-biċċeriji mhux biss meta l-kontrolli uffiċjali jitwettqu minn veterinarji impjegati mill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, iżda wkoll meta jitwettqu minn veterinarji provviżorji, li r-remunerazzjoni tagħhom tkun iktar baxxa, bil-kundizzjoni li t-tariffi miġbura għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali, ikkunsidrati flimkien, ma jeċċedux, b’mod ġenerali, l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament. |
Fuq il-ħames domanda fil-Kawża C‑477/18
95 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha fil-Kawża C‑477/18, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-kalkolu tat-tariffi għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali jieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż sabiex jinħoloq fond għal kumpannija privata li għaliha l-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, tirrikorri sabiex tirrekluta persunal awżiljarju uffiċjali, meta dan il-fond ikun intiż sabiex jitħallsu s-salarji u l-ispejjeż ta’ taħriġ tal-persunal li effettivament iwettaq il-kontrolli uffiċjali kif ukoll tal-persunal li jippermetti t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali, fil-każ li sseħħ kriżi sanitarja. |
96 |
Il-qorti tar-rinviju tindika li l-KDS ħolqot fond ta’ ammont li jikkorrispondi għal nofs id-dħul mill-bejgħ medju tagħha magħmul matul l-aħħar sentejn qabel il-ħolqien tal-fond, li miegħu jiżdied l-ammont ta’ EUR 500000, li kellu jiġi allokat għall-ħlas tas-salarji fil-każ ta’ assenza f’daqqa ta’ xogħol, wara kriżi li tirriżulta b’mod partikolari minn marda epiżootika. Li kieku kellha sseħħ kriżi bħal din, l-annimali jkunu jridu jiġu eliminati u l-biċċeriji jieqfu milli joqtlu annimali għall-konsum mill-bniedem. Għaldaqstant, jekk il-veterinarji jiġu assenjati għall-eliminazzjoni tal-annimali, l-assistenti ta’ spezzjoni ma jkollhomx, min-naħa tagħhom, iktar xogħol u ma jiġġeneraw ebda dħul. Madankollu, ladarba l-kriżi tingħeleb, l-assistenti ta’ spezzjoni jkunu operazzjonali mill-ġdid fil-biċċeriji, mingħajr ma l-biċċeriji jkollhom jistennew li numru suffiċjenti ta’ assistenti ta’ spezzjoni mħarrġa jkunu disponibbli. |
97 |
Il-ħolqien ta’ tali fond huwa maħsub għalhekk li jipproteġi l-kumpannija kkonċernata minn kriżi eventwali. |
98 |
Issa, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 jirriżulta li t-tariffi miġbura għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali jistgħu jikkumpensaw unikament l-ispejjeż effettivament sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 27(10) tal-imsemmi regolament jipprevedi li l-Istati Membri ma għandhom jiġbru ebda tariffa oħra ħlief dawk imsemmija f’dan l-artikolu sabiex jimplimentaw dan ir-regolament. |
99 |
Minn dak li ntqal jirriżulta li t-tariffi għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali jistgħu jkunu intiżi biss sabiex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw effettivament, għall-Istati Membri, mit-twettiq tal-kontrolli fl-impriżi fis-settur tal-ikel (sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Kødbranchens Fællesråd, C‑112/15, EU:C:2016:185, punt 39). Barra minn hekk, kif ġie osservt fil-punt 68 ta’ din is-sentenza, l-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 jelenka, b’mod eżawrjenti, l-elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tat-tariffi marbuta mal-kontrolli uffiċjali mwettqa fl-impriżi ta’ tbiċċir. |
100 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-finanzjament ta’ fond bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jiġi pprospettat permezz ta’ tariffi miġbura skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004. |
101 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ħames domanda fil-Kawża C‑477/18 hija li l-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-kalkolu tat-tariffi għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali jieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż sabiex jinħoloq fond għal kumpannija privata li għaliha l-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, tirrikorri sabiex tirrekluta persunal awżiljarju uffiċjali, meta dan il-fond ikun intiż sabiex jitħallsu s-salarji u l-ispejjeż ta’ taħriġ tal-persunal li effettivament iwettaq il-kontrolli uffiċjali kif ukoll tal-persunal li jippermetti t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali, fil-każ li sseħħ kriżi sanitarja. |
Fuq is-sitt domanda fil-Kawża C‑477/18
102 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ħames domanda fil-Kawża C‑477/18, ma hemmx lok li tingħata risposta għas-sitt domanda magħmula f’din l-istess kawża. |
Fuq l-ispejjeż
103 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.