This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CJ0433
Judgment of the Court (First Chamber) of 12 December 2019.#ML v Aktiva Finants OÜ.#Request for a preliminary ruling from the Korkein oikeus.#Reference for a preliminary ruling — Regulation (EC) No 44/2001 — Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters — Requirement for adversarial proceedings and an effective remedy — Decision of a national court declaring enforceable a judgment delivered by a court of another Member State — National procedure granting leave for further consideration of an appeal.#Case C-433/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019.
ML vs Aktiva Finants OÜ.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Korkein oikeus.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Rekwiżit ta’ proċedura kontradittorja u ta’ rimedju effettiv – Deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tiddikjara li sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha tiġi eżegwita – Proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli nazzjonali.
Kawża C-433/18.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019.
ML vs Aktiva Finants OÜ.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Korkein oikeus.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Rekwiżit ta’ proċedura kontradittorja u ta’ rimedju effettiv – Deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tiddikjara li sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha tiġi eżegwita – Proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli nazzjonali.
Kawża C-433/18.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:1074
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
12 ta’ Diċembru 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Rekwiżit ta’ proċedura kontradittorja u ta’ rimedju effettiv – Deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tiddikjara li sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha tiġi eżegwita – Proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli nazzjonali”
Fil-Kawża C‑433/18,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Ġunju 2018, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Lulju 2018, fil-proċedura
ML
vs
Aktiva Finants OÜ,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, C. Toader, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Bobek,
Reġistratur: C. Strömholm, amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-15 ta’ Mejju 2019,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
– |
għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo u J. Heliskoski, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Huttunen, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑29 ta’ Lulju 2019,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 43(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ML u Aktiva Finants OÜ dwar l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti Estonjana li kkundannat lil ML iħallas somma ta’ flus lil din il-kumpannija. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Il-premessi 6, 16 sa 18 tar-Regolament Nruo44/2001 jipprovdu:
[…]
|
4 |
L-Artikolu 41 ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Is-sentenza għandha tiġi ddikjarata eżegwibbli immedjatament mat-twettieq tal-formalitajiet fl-Artikolu 53 mingħajr xi reviżjoni permezz ta’ l-Artikoli 34 u 35. Il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni m’għandiex f’dan l-istadju tal-proċeduri tkun intitolata li tagħmel xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.” |
5 |
L-Artikolu 43(1) sa (3) tal-imsemmi regolament jipprevedi: “1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà tista’ tiġi appellata minn kwalunkwe parti. 2. L-appell għandu jkun ippreżentat fil-qorti indikata fil-lista ta’ l-Anness III. 3. L-appell għandu jinstema skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f’materji kontradittorji.” |
6 |
L-Artikolu 45 tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej: “1. Il-qorti fejn l-appell għandu jiġi ppreżentat permezz ta’ l-Artikolu 43 jew l-Artikolu 44 għandu jiċħad jew jirrevoka ta’ saħħa eżekuttiva biss fuq il-bażi speċifikati f’L-Artikoli 34 u 35. Għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. 2. Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandha sentenza barranija tiġi riveduta fil-mertu.” |
Id-dritt Finlandiż
7 |
Skont l-Artikolu 5(1) tal-Kapitolu 25a tal-oikeudenkäymiskaari (il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja), rikors kontra deċiżjoni ta’ qorti tal-ewwel istanza quddiem il-qorti tal-appell jeħtieġ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell. |
8 |
L-Artikolu 11(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja jipprovdi li din l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk ikun hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma jkunx possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma tiġi awtorizzata t-tkomplija tal-proċedura, jekk dan ikun importanti minħabba l-applikazzjoni tal-liġi f’kawżi simili oħra jew jekk ikun hemm raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell. |
9 |
L-Artikolu 13 tal-Kapitolu 25a ta’ dan il-kodiċi jipprovdi li, jekk tqis li jkun neċessarju, il-qorti tal-appell għandha tistieden lill-konvenuta sabiex tirrispondi bil-miktub għar-rikors qabel ma tawtorizza t-tkomplija tal-istanza. |
10 |
Skont l-Artikolu 14(1) tal-Kapitolu 25a tal-imsemmi kodiċi, il-proċedura relatata mal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell hija bil-miktub u l-qorti tal-appell tiddeċiedi fuq il-bażi tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza, tal-appell ippreżentat quddiemha, tal-osservazzjonijiet eventwali tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi tal-elementi l-oħra tal-proċess. |
11 |
Konformement mal-Artikolu 18 tal-Kapitolu 25a tal-istess kodiċi, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk mill-inqas wieħed mit-tliet membri tal-kulleġġ ġudikanti jkun favorevoli għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
Permezz ta’ deċiżjoni mogħtija fis-7 ta’ Diċembru 2009, il-Harju Maakohus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju, l-Estonja) ikkundannat lil ML, residenti f’Ħelsinki (il-Finlandja), sabiex iħallas is-somma ta’ EEK 14 838.50 (madwar EUR 948) lill-kumpannija Estonjana, jiġifieri Aktiva Finantis. |
13 |
Wara t-talba ta’ Aktiva Finantis, il-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) iddikjarat is-saħħa eżekuttiva, fil-Finlandja, tad-deċiżjoni mogħtija fis-7 ta’ Diċembru 2009 kontra ML, skont ir-Regolament Nru 44/2001. |
14 |
Wara li rċeviet notifika, ML ippreżenta rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki, il-Finlandja). |
15 |
Fir-rikors tiegħu ppreżentat quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki), ML sostna, qabel kollox, li d-deċiżjoni tal-Harju Maakohus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju), tas-7 ta’ Diċembru 2009, ingħatat meta ma kienx preżenti. Sussegwentement, ML isostni li l-att promotur ma ġiex innotifikat lilu la fi żmien utli u lanqas b’mod li jista’ jiddefendi ruħu. Barra minn hekk, ma kienx jaf bil-proċedura kollha ħlief meta l-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ħelsinki) innotifikatu bid-deċiżjoni relatata mad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tad-deċiżjoni tal-Harju Maakohus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju). Barra minn hekk, skont ML, din il-qorti tal-aħħar ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża li kellha quddiemha, peress li d-domiċilju tiegħu jinsab fil-Finlandja mis-26 ta’ Novembru 2007. Għal dan il-għan, ML invoka l-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament Nru 44/2001 insostenn tal-argumenti tagħha. |
16 |
Il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki) ma tatx lil ML l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, previst fl-Artikolu 5(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja, u dan temm l-ipproċessar tar-rikors ippreżentat minn dan tal-aħħar. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ħelsinki), ġiet ikkonfermata. |
17 |
ML talab lill-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), sabiex tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki), awtorizzazzjoni li ngħatatlu fl-24 ta’ Jannar 2017. Fir-rikors tagħha quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema), ML talab l-annullament ta’ din id-deċiżjoni, l-għoti tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell u r-rinviju tal-kawża quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki) għall-finijiet tal-eżami tar-rikors tiegħu. |
18 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà mar-Regolament Nru 44/2001, b’mod partikolari, mal-Artikolu 43(1) u (3) tiegħu, ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, bħal dik prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ appell kontra deċiżjoni tal-ewwel istanza li tirrigwarda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza f’materji ċivili u kummerċjali. |
19 |
Minn naħa, il-qorti tar-rinviju tirrileva li jirriżulta minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kawżi kollha, il-proċedura ta’ rikors issir f’żewġ fażijiet. Matul l-ewwel fażi, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell previsti mid-dritt nazzjonali huma eżaminati. Matul it-tieni fażi, jekk tingħata din l-awtorizzazzjoni, l-appell huwa s-suġġett ta’ eżami komplet. Min-naħa l-oħra, meta l-imsemmija awtorizzazzjoni ma tingħatax, id-deċiżjoni tal-ewwel istanza ssir definittiva, għajr jekk ir-rifjut ma jiġix annullat wara appell |
20 |
Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju ma hijiex ċerta li r-rekwiżit ta’ proċedura kontradittorja, imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001, ikun issodisfatt, peress li d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, skont id-dritt nazzjonali, tista’ tintervjeni wkoll mingħajr ma l-parti li kontriha qiegħda tintalab l-eżekuzzjoni, f’dan il-każ ML, tkun f’pożizzjoni li tifformula osservazzjonijiet minn qabel. |
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
22 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell li fiha, minn naħa, qorti tal-appell tiddeċiedi dwar l-għoti tal-imsemmija awtorizzazzjoni abbażi tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza, tal-appell li tkun ġiet adita bih, tal-eventwali osservazzjonijiet tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi ta’ elementi oħra tal-proċess kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata, b’mod partikolari, jekk hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma huwiex possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma jiġi awtorizzat appell jew jekk teżistix raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell. |
23 |
Għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li, hekk kif jirriżulta mill-premessi 16 u 17 tar-Regolament Nru 44/2001, applikabbli ratione temporis għall-kawża prinċipali, is-sistema ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni prevista fih hija bbażata fuq il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Tali fiduċja teħtieġ li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji mogħtija fi Stat Membru jkunu mhux biss irrikonoxxuti b’mod sħiħ fi Stat Membru ieħor, iżda wkoll li l-proċedura intiża sabiex tirrendi lil dawn id-deċiżjonijiet eżegwibbli fi Stat Membru wieħed sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun effiċjenti u malajr.. Din il-proċedura għandha tinkludi biss sempliċi kontroll formali tad-dokumenti meħtieġa għall-attribuzzjoni tas-saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru mitlub, peress li d-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekutorja ta’ deċiżjoni hija maħruġa b’mod kważi awtomatiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2011, Prism Investments, C‑139/10, EU:C:2011:653, punti 27 u 28). |
24 |
Din hija r-raġuni għalfejn, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 44/2001, deċiżjoni tiġi ddikjarata immedjatament mat-twettiq tal-formalitajiet previsti fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-regolament, mingħajr reviżjoni tar-raġunijiet ta’ rifjut tal-eżekuzzjoni previsti fl-Artikoli 34 u 35 tal-imsemmi regolament. |
25 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-istess regolament huwa intiż sabiex jiżgura l-moviment liberu tas-sentenzi mogħtija fl-Istati Membri f’materji ċivili u kummerċjali billi jiġu ssimplifikati l-formalitajiet fid-dawl tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni mħaffa u sempliċi tagħhom. |
26 |
Madankollu, dan l-għan ma jistax jintlaħaq billi jiddgħajfu, b’xi mod, id-drittijiet tad-difiża (sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2006, ASML, C‑283/05, EU:C:2006:787, punt 24). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament Nru‑44/2001 jesprimu l-intenzjoni li jiżguraw li, fil-kuntest tal-għanijiet tiegħu, il-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji jsiru filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża (sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, G, C‑292/10, EU:C:2012:142, punt 47). |
27 |
Issa, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri fid-dawl tal-premessa 18 ta’ dan ir-regolament, jirrikonoxxi d-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva, kemm jekk huwa, fir-rigward tal-konvenuta, jekk jitqies li wieħed mill-motivi għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun ġie stabbilit, jew fir-rigward tar-rikorrent, jekk, min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tkun ġiet miċħuda lilu. |
28 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 44/2001 ma jipprevedix la n-natura u lanqas il-modalitajiet konkreti tar-rimedji kontra din id-deċiżjoni. |
29 |
F’dan ir-rigward, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam, huwa kull wieħed mill-Istati Membri li għandu jirregola l-modalitajiet ta’ proċedura amministrattiva u dawk tal-proċedura ġudizzjarja intiżi sabiex jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni. Madankollu, dawn il-modalitajiet proċedurali ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw azzjonijiet simili previsti għall-ħarsien ta’ drittijiet taħt l-ordinament ġuridiku intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandhomx jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2017, El Hassani, C‑403/16, EU:C:2017:960, punt 26). |
30 |
Fir-rigward minn naħa, tal-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ li r-regoli kollha applikabbli għall-azzjonijiet ikunu japplikaw mingħajr distinzjoni għall-azzjonijiet ibbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk, simili, li huma bbażati fuq il-ksur tad-dritt nazzjonali (sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2018, Kantarev, C‑571/16, EU:C:2018:807, punt 124 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
31 |
F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda element li jippermettilha li tiddubita l-konformità tar-regoli ta’ proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma’ dan il-prinċipju. Għall-kuntrarju, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-regola nazzjonali li tipprovdi li rikors kontra deċiżjoni tal-ewwel istanza quddiem il-qorti tal-appell jeħtieġ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell hija ta’ applikazzjoni ġenerali u ma tikkonċernax biss ir-rikorsi kontra d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva, skont ir-Regolament Nru 44/2001. |
32 |
Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ effettività, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-każijiet li fihom titqajjem il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mill-ordinament ġuridiku Komunitarju għandhom, ukoll, jiġu analizzati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha quddiem id-diversi qrati nazzjonali. F’din il-perspettiva, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun neċessarju, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment korrett tal-proċedura (sentenza tal-11 ta’ Settembru 2019, Călin, C‑676/17, EU:C:2019:700, punt 42). |
33 |
Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li skont l-Artikolu 11(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk ikun hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma jkunx possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma tiġi awtorizzata t-tkomplija tal-proċedura, jekk dan ikun importanti minħabba l-applikazzjoni tal-liġi f’kawżi simili oħra jew jekk ikun hemm raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell. |
34 |
Issa, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-motivi previsti fil-leġiżlazzjoni Finlandiża li abbażi tagħhom din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata huma tali li jippermettu t-teħid inkunsiderazzjoni tar-raġunijiet ta’ rifjut tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata previsti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament Nru 44/2001, li fir-rigward tagħhom l-Artikolu 45 ta’ dan ir-regolament jawtorizza lill-qorti adita bir-rikors previst fl-Artikolu 43 li tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva. |
35 |
Konsegwentement, ma jidhirx li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija tali li tirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. |
36 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat li d-dritt ta’ aċċess għal qorti jinkludi mhux biss il-possibbiltà li titressaq kawża quddiem qorti, iżda wkoll il-garanzija li din il-qorti hija kompetenti sabiex teżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ dritt li huma rilevanti għall-kawża li biha hija tkun adita (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-6 ta’ Novembru 2012, Otis et, C-199/11, EU:C:2012:684, punt 49). |
37 |
F’dan ir-rigward, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża, l-eżami tal-appell quddiem il-qorti tal-appell jinvolvi żewġ fażijiet. Matul l-ewwel fażi, il-qorti tal-appell tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell fil-kuntest ta’ proċedura bil-miktub, abbażi tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza, tal-appell li tkun adita bih, tal-eventwali osservazzjonijiet tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi ta’ elementi oħra tal-proċess. Din l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk mill-inqas wieħed mit-tliet membri tal-kulleġġ ġudikanti jkun favorevoli għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk wieħed mill-motivi previsti fl-Artikolu 11(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarju jiġi stabbilit. Fit-tieni fażi, jekk tingħata din l-awtorizzazzjoni, il-qorti tal-appell twettaq eżami sħiħ tar-rikors. |
38 |
Konsegwentement, il-qorti tal-appell tista’, sa mill-istadju tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, tivverifika jekk, fil-kuntest ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 44/2001, il-motivi għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni msemmija fl-Artikoli 34 u 35 ta’ dan ir-regolament jeżiġux eżami fil-fond tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza relatata mal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva. |
39 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell li fiha, minn naħa, qorti tal-appell tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-għoti tal-imsemmija awtorizzazzjoni abbażi tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza, tal-appell li tkun adita bih, tal-eventwali osservazzjonijiet tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi ta’ elementi oħra tal-proċess kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata, b’mod partikolari, jekk hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma huwiex possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma jiġi awtorizzat appell jew jekk teżistix raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell. |
Fuq it-tieni domanda
40 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ eżami ta’ appell kontra deċiżjoni dwar talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva li ma teżiġix il-konvenuta li tinstema’ minn qabel meta tingħata deċiżjoni favorevoli lil din tal-aħħar. |
41 |
Skont l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri fid-dawl tal-premessa 18 tiegħu, b’osservanza tad-drittijiet tad-difiża, l-appell kontra d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva għandu jiġi eżaminat skont ir-regoli tal-proċedura kontradittorja. |
42 |
F’dan il-każ, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 13 tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki) għandha jekk tqis li huwa neċessarju, tistieden lill-konvenuta tirrispondi bil-miktub għar-rikors qabel ma tiddeċiedi fuq l-awtorizzazzjoni tal-appell. Minn dan jirriżulta li d-deċiżjoni dwar tali awtorizzazzjoni tista’ sseħħ mingħajr ma l-konvenuta tingħata l-opportunità li tifformula l-osservazzjonijiet. |
43 |
Madankollu, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-kuntest tal-ewwel fażi tal-proċedura prevista fl-Artikolu 5(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja, li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, il-qorti tal-appell ma tistax tadotta deċiżjoni sfavorevoli għall-konvenuta mingħajr ma tismagħha. Fil-fatt, minn naħa, jekk l-appell jitressaq kontra deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, il-fatt li l-qorti tal-appell tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell ma jistax jikkawża preġudizzju lill-benefiċjarju ta’ din id-deċiżjoni, jiġifieri, lill-parti li għall-benefiċċju tagħha tkun ingħatat l-eżekuzzjoni. Min-naħa l-oħra, jekk l-appell jitressaq kontra deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, il-fatt li l-qorti tal-appell tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell ma jistax jikkawża preġudizzju lill-benefiċjarju ta’ din id-deċiżjoni, jiġifieri, il-parti li għall-benefiċċju tagħha tkun ingħatat l-eżekuzzjoni. |
44 |
Konsegwentement, kif ġie rrilevat ukoll mill-Avukat Ġenerali fil-punti 76 u 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-qorti tal-appell ma tistax, matul il-fażi ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, tadotta deċiżjoni sfavorevoli jew li tikkawża preġudizzju lill-konvenuta, b’tali mod li l-fatt li din il-parti ma ġietx mistiedna tifformula osservazzjonijiet ma jippreġudikax id-dritt tagħha għal proċedura kontradittorja. Barra minn hekk, din il-parti hija mistiedna, b’mod obbligatorju, sabiex tesprimi ruħha matul il-fażi ta’ eżami komplet tal-appell, li jiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju fl-istadju fejn id-deċiżjoni tal-qorti tal-appell tista’ tikkawża preġudizzju lil din il-parti. |
45 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ eżami ta’ appell kontra deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva li ma teżiġix li l-konvenuta tinstema’ minn qabel meta tingħata deċiżjoni li tkun favorevoli għal din tal-aħħar. |
Fuq it-tielet domanda
46 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-eventwali konsegwenzi li jirriżultaw mill-fatt li r-rikors jista’ jiġi eżerċitat mhux biss mill-parti li talbet l-eżekuzzjoni, iżda wkoll mill-parti li kontra tagħha tkun ingħatat l-eżekuzzjoni. |
47 |
F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li d-domandi preliminari dwar id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ġustifikazzjoni tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma hijiex il-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi fuq kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda l-bżonn inerenti li tiġi effettivament solvuta kontroversja (sentenza tas-10 ta’ Diċembru 2018, Wightman et, C‑621/18, EU:C:2018:999, punt 28). |
48 |
Issa, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ma tispeċifikax ir-raġunijiet li wassluha sabiex tagħmel din id-domanda. Hija lanqas ma tippreċiża ir-relazzjoni tal-imsemmija domanda mal-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u lanqas ir-raġunijiet li għalihom ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja hija neċessarja għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża pendenti quddiemha. |
49 |
Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-ħames domanda hija inammissibbli. |
Fuq l-ispejjeż
50 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.