This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CC0254
Opinion of Advocate General Pitruzzella delivered on 28 February 2019.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali G. Pitruzzella, ippreżentati fit-28 ta’ Frar 2019.
Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Conseil d'État (Franza).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa – Perijodu ta’ referenza – Natura varjabbli jew fissa – Deroga – Uffiċjali tal-pulizija.
Kawża C-254/18.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali G. Pitruzzella, ippreżentati fit-28 ta’ Frar 2019.
Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Conseil d'État (Franza).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa – Perijodu ta’ referenza – Natura varjabbli jew fissa – Deroga – Uffiċjali tal-pulizija.
Kawża C-254/18.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:153
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
PITRUZZELLA
ippreżentati fit-28 ta’ Frar 2019 ( 1 )
Kawża C‑254/18
Syndicat des cadres de la sécurité intérieure
vs
Premier ministre,
Ministre de l’Intérieur,
Ministre de l’Action et des Comptes publics
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 6(b) u l-Artikolu 16 – Tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa – Deroga – Artikolu 17(2) u (3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 – Uffiċjali tal-pulizija – Perijodu ta’ referenza – Natura kontinwa jew fissa – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema”
1. |
Il-“perjodu ta’ referenza” li, skont id-Direttiva 2003/88/KE ( 2 ), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu għall-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, għandu jinftiehem bħala perijodu “kontinwu”, jiġifieri perijodu li l-bidu jvarja skont il-mogħdija taż-żmien, jew jista’ jkun iddeterminat ukoll b’mod “fiss”, fis-sens li dak il-perijodu jista’ jibda u jintemm f’data fissa tal-kalendarju? |
2. |
Essenzjalment, din hija d-domanda li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi f’din il-kawża, li tirrigwarda talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) li tirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88. |
3. |
Din il-kwistjoni qamet fil-kuntest ta’ kawża ppreżentata mis-Syndicat des cadres de la sécurité intérieure (iktar ’il quddiem l-“SCSI”), sindakat ta’ uffiċjali tal-pulizija, li jitlob quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) l-annullament ta’ digriet li jemenda d-dispożizzjonijiet ta’ deroga għall-garanziji minimi tat-tul tax-xogħol u tal-mistrieħ applikabbli għall-persunal tal-pulizija nazzjonali Franċiża. L-SCSI argumenta li dan id-digriet jikser id-Direttiva 2003/88 sa fejn din tipprovdi għal perijodu ta’ referenza “fiss” għall-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. |
4. |
L-għażla ta’ perijodu ta’ referenza previst fuq bażi “kontinwa” jew “fissa” effettivament għandha impatt ċert fuq il-modalitajiet ta’ determinazzjoni tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa previst mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88. Fil-fatt, l-użu ta’ perijodu ta’ referenza “kontinwu” għandu jiżgura li t-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa jiġi osservat f’kull ħin, filwaqt li l-użu ta’ perijodu “fiss” jikkristallizza l-perijodu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jitnaqqsu s-sigħat attwalment maħduma mill-ħaddiem. |
5. |
F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja hija għalhekk imsejħa biex tippreċiża l-portata tal-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” għall-kalkolu tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, kif previst mid-Direttiva 2003/88, fid-dawl tal-għan essenzjali tagħha, jiġifieri l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema. |
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
6. |
Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88, intitolat “Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa” jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, skont il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema: […]
|
7. |
L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/88, dwar il-perijodi ta’ referenza, huwa fformulat kif ġej: “L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu: […]
[…]” |
8. |
L-Artikolu 17(2) u (3) tal-istess direttiva jipprovdi, inter alia, id-derogi li ġejjin: “2. Id-derogi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 3, 4 u 5 jistgħu jkunu adottati permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi jew permezz ta’ ftehim kollettiv jew ftehim bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industria, basta li l-ħaddiema kkonċernati jkunu mogħtija perijodu ekwivalenti ta’ mistrieħ obligatorju jew li, f’każi eċċezzjonali li fihom dan ma jkunx possibbli, għal raġunijiet objettivi, li jagħtu perijodi bħal dawn ta’ serħan obligatorju, il-ħaddiema kkonċernati għandhom igawdu minn protezzjoni xierqa. 3. B’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, derogi jistgħu isiru mill-Artikoli 3 u 5: […]
[…]” |
9. |
L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88, intitolat “Limiti għad-derogi mill-perjodi ta’ referenza”, jipprovdi d-dispożizzjonijiet li ġejjin: “L-għażla ta’ deroga mill-Artikolu 16(b), li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 17(3) […] ma tistgħax tirriżulta fl-istabbeliment ta’ perijodu ta’ referenza li jeċċedi sitt xhur. […]”. |
B. Id-dritt Franċiż
10. |
Fir-rigward tal-ħin tax-xogħol fis-settur pubbliku tal-Istat u fil-ġudikatura, bħala regola ġenerali, fid-dritt Franċiż, “it-tul tax-xogħol ta’ kull ġimgħa effettiv, inkluża kull sahra, ma jistax jaqbeż la t-tmienja u erbgħin siegħa matul l-istess ġimgħa, u lanqas l-erbgħa u erbgħin siegħa medja fuq kwalunkwe perijodu ta’ tnax-il ġimgħa konsekuttiva” (Artikolu 3, I tad-Digriet Nru 2000–815) ( 3 ). Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola biss, b’mod partikolari, meta l-għan stess tas-servizz pubbliku inkwistjoni jeżiġi dan, kontinwament, b’mod partikolari għall-protezzjoni tal-persuni u l-oġġetti, permezz ta’ digriet tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), magħmul wara opinjoni ta’ ċerti kumitati amministrattivi u tal-Conseil supérieur de la fonction publique (il-Kunsill Superjuri tas-Servizz Pubbliku), li jiddetermina l-korrispettivi mogħtija lill-kategoriji ta’ persunal ikkonċernat (Artikolu 3, II. (a) tad-Digriet Nru 2000–815). |
11. |
Id-derogi għall-garanziji minimi tas-sigħat tax-xogħol u tal-mistrieħ applikabbli għall-persunal tal-pulizija nazzjonali huma rregolati mid-Digriet Nru 2002‑1279 tat-23 ta’ Ottubru 2002. L-Artikolu 1 ta’ dan id-digriet kien ġie emendat bid-Digriet Nru 2017‑109 tat-30 ta’ Jannar 2017 (iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 2017‑109”). Din id-dispożizzjoni, fil-verżjoni emendata, hija fformulata kif ġej: “Għall-organizzazzjoni tax-xogħol f’dak li jirrigwarda uffiċjali attivi fis-servizzi tal-pulizija nazzjonali, issir deroga għall-garanziji minimi msemmija fil-punt I tal-Artikolu 3 tad-Digriet tal-25 ta’ Awwissu 2000 imsemmi iktar ’il fuq, fejn il-kompiti tas-sigurtà u tal-paċi pubblika, tal-pulizija ġudizzjarja u ta’ intelligence u ta’ informazzjoni, li għalihom huma responsabbli, ikunu jeħtieġu hekk. Din id-deroga għandha, madankollu, tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
[…]” |
II. Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12. |
Fit-28 ta’ Marzu 2017, l-SCSI ippreżenta rikors quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) sabiex jitlob l-annullament tal-Artikolu 1 tad-Digriet Nru 2017‑109. L-SCSI jsostni, fost l-oħrajn, li meta għall-kalkolu tat-tul medju tax-xogħol ta’ kull ġimgħa, jitqies perijodu ta’ referenza fiss, espress f’semestri tas-sena kalendarja, u mhux perijodu indefinit ta’ sitt xhur espress fuq bażi kontinwa, l-imsemmija dispożizzjoni tikser ir-regoli tad-Direttiva 2003/88. |
13. |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 6 u 16 tad-Direttiva 2003/88 għandhomx jiġu interpretati bħala li jimponu perijodu ta’ referenza ddefinit b’mod kontinwu jew li jħallu lill-Istati Membri l-għażla li jingħata lil dan il-perijodu natura kontinwa jew fissa. |
14. |
Hija tistaqsi wkoll, fil-każ li huwa biss perijodu ta’ referenza kontinwa, jekk dak il-perijodu għandux iżomm in-natura kontinwa meta jiġi estiż għal sitt xhur bis-saħħa tad-deroga prevista fl-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 2003/88. |
15. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
III. Analiżi ġuridika
A. Osservazzjonijiet preliminari
16. |
Id-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju f’din il-kawża jirrigwardaw il-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu, għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 dwar it-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. |
17. |
F’dak li jirrigwarda t-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li d-Direttiva 2003/88 tipprovdi għal żewġ skemi: skema ordinarja u skema ta’ deroga. |
18. |
B’mod iktar speċifiku, fil-kuntest tal-iskema ordinarja, it-tul ta’ żmien tax-xogħol massimu ta’ kull ġimgħa huwa stabbilit fl-Artikolu 6(b) u fl-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2003/88. Għalhekk, skont l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, it-tul medju tax-xogħol għal kull perijodu ta’ sebat ijiem ma jaqbiżx tmienja u erbgħin siegħa, inkluża s-sahra. Skont it-tieni, għall-kalkolu ta’ dan it-tul medju massimu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perijodu ta’ referenza li ma jaqbiżx erba’ xhur. |
19. |
Madankollu, id-Direttiva 2003/88 tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Istati Membri l-possibbiltà li jidderogaw mill-iskema ordinarja li tirregola t-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. B’hekk, skont l-Artikolu 17(3), (b) u (c), tad-Direttiva 2003/88 l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jidderogaw, b’mod partikolari, mill-Artikolu 16 tal-istess direttiva għal “attivitajiet ta’ sigurtà u sorveljanza li jeħtieġu preżenza permanenti sabiex tkun protetta l-propjetà u persuni, partikolarment gwardji tas-sigurtà u purtinara jew ditti tas-sigurtà” u “fil-każ ta’ attivitajiet li jinvolvu l-ħtieġa ta’ servizz jew produzzjoni kontinwa”. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19, madankollu, din il-fakultà “ma tistax tirriżulta fl-istabbiliment ta’ perjodu ta’ referenza li jeċċedi sitt xhur”. |
20. |
Madankollu, id-Digriet Nru 2017-109, li l-annullament tiegħu qiegħed jintalab fil-kawża prinċipali, jirrigwarda deroga mill-iskema ordinarja dwar it-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa għal uffiċjali tal-Istat u, speċifikament, biex tapplika deroga f’dak li jirrigwarda uffiċjali attivi fis-servizzi tal-pulizija nazzjonali. Kif jirriżulta mill-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha u kif ġie kkonfermat fis-seduta mid-diversi partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, bl-adozzjoni ta’ dan id-digriet, ir-Repubblika Franċiża għamlet użu mill-possibbiltà li ngħatatilha mill-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2003/88 li tidderoga mill-iskema ordinarja fir-rigward tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. |
21. |
Minn dan isegwi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 imsemmija fil-punt 19 li jipprevedu l-possibbiltà ta’ deroga mill-iskema ordinarja tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa huma rilevanti għal din il-kawża ( 4 ). |
22. |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 rigward kemm l-iskema ordinarja, kif ukoll l-iskema ta’ deroga tal-ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa jużaw l-istess kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” fl-Artikolu 16(b) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19. |
23. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” sabiex jiġi kkalkolat it-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa jikkostitwixxi kunċett uniku fil-qafas tad-Direttiva 2003/88 li, f’dan il-kuntest, għandu l-istess tifsira u għandu jiġi interpretat bl-istess mod. |
24. |
Barra minn hekk, billi l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 ma jinkludu l-ebda riferiment għad-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, dan il-kunċett għandu jinftiehem ukoll bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fit-territorju ta’ din tal-aħħar, indipendentement mill-klassifikazzjonijiet użati fl-Istati Membri ( 5 ). |
25. |
F’dan il-kuntest, ninnota, madankollu, li meta wieħed jaqra ż-żewġ domandi preliminari magħmula mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) dawn jippresupponu differenzazzjoni possibbli ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza”, skont jekk għal sitwazzjoni hijiex applikabbli l-iskema ordinarja jew dik ta’ deroga dwar it-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa ( 6 ). |
26. |
Madankollu, fid-dawl tan-natura unika tal-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” sabiex jiġi kkalkolat it-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa għandu jiġi kkunsidrat li dawn iż-żewġ domandi jirrigwardaw fil-fatt l-interpretazzjoni tal-istess kunċett u għandhom, għalhekk, jiġu ttrattati flimkien. |
27. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li għandu jitqies li, permezz taż-żewġ domandi preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/88 – imsemmija fil-punti 18 u 19 iktar ’il fuq – għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, kemm jekk fil-kuntest tal-iskema ordinarja jew inkella dik li tagħmel deroga fir-rigward tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-perijodu ta’ referenza għall-kalkolu ta’ dan it-tul b’mod “kontinwu” jew jekk ikunux jistgħu jiddefinixxuh ukoll b’mod “fiss”. |
28. |
F’dan ir-rigward, kien hemm essenzjalment żewġ pożizzjonijiet fost il-partijiet li pparteċipaw fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
29. |
Kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Franċiż, minn naħa, u l-SCSI, min-naħa l-oħra, iqisu li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jħallu lill-Istati Membri l-għażla li jagħtu natura kontinwa jew fissa lill-perijodu ta’ referenza użat sabiex jiġi kkalkolat it-tul ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. |
30. |
B’differenza mill-Kummissjoni u mill-Gvern Franċiż, madankollu, l-SCSI iqis li, jekk l-Istat Membru jkun għamel użu mill-possibbiltà ta’ deroga mis-sistema ordinarja li tistabbilixxi perijodu ta’ referenza ta’ sitt xhur skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88, ikun biss perijodu ta’ referenza li għandu natura kontinwa li jkun jista’ jiġi implimentat. |
31. |
Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, inqis li huwa opportun, l-ewwel nett, li tiġi analizzata s-sistema tad-Direttiva 2003/88 li fih jinsab il-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza”, fid-dawl tal-prinċipji tal-ġurisprudenza żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward. Sussegwentement, abbażi ta’ din l-analiżi, huwa possibbli li tiġi pprovduta interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett. |
B. Id-Direttiva 2003/88 fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja
32. |
Jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li d-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex itejbu l-kundizzjonijiet ta’ għajxien u ta’ xogħol tal-ħaddiema permezz tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar, b’mod partikolari, it-tul tal-ħinijiet ta’ xogħol ( 7 ). |
33. |
Din l-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol hija intiża sabiex tiggarantixxi protezzjoni aħjar tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem, billi tiżgura li dawn jibbenefikaw minn perijodi minimi ta’ mistrieħ – partikolarment fil-ġurnata u fil-ġimgħa – kif ukoll minn perijodi ta’ pawża xierqa u billi tipprovdi limitu massimu għat-tul ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa ( 8 ). |
34. |
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88, iċċitati fil-punti 18 u 19 iktar ’il fuq, jipprovdu r-regolazzjoni ta’ limitu massimu tat-tul ta’ ħin ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. Id-dritt għal limitazzjoni tat-tul massimu ta’ xogħol huwa wkoll espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
35. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-limitu massimu medju ta’ 48 siegħa, inkluża s-sahra, għal kull perijodu ta’ sebat ijiem li għall-osservanza tagħhom, skont l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88, l-Istati Membri huma obbligati jieħdu l-miżuri meħtieġa, huwa bbażat fuq il-ħtieġa ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema ( 9 ). |
36. |
Hija ppreċiżat ukoll li dan il-limitu massimu jidher fost id-diversi regoli li d-Direttiva 2003/88 li jikkostitwixxu regoli tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandhom importanza partikolari li għandu jibbenefika minnhom kull ħaddiem bħala regoli minimi meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tiegħu ( 10 ). |
37. |
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li r-rekwiżiti minimi tad-Direttiva 2003/88 li jridu jiżguraw il-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema jimponu fuq l-Istati Membri obbligi ta’ riżultat ċari u preċiżi dwar il-benefiċċju tad-drittijiet li tagħtihom din id-direttiva ( 11 ). Dan japplika speċifikament għar-regola msemmija f’din id-direttiva li tipprovdi limitu massimu ta’ 48 siegħa, inklużi s-sigħat ta’ sahra, fir-rigward tat-tul medju ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa ( 12 ). |
38. |
Fl-istess perspettiva, billi bbażat ruħha fuq il-kliem tal-artikoli li jipprevedu dawn ir-rekwiżiti minimi, kif ukoll fuq l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2003/88 u dwar is-sistema stabbilita minnha, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll il-ħtieġa li l-ħaddiema jgawdu b’mod effettiv mid-drittijiet li tagħtihom din id-direttiva ( 13 ). |
39. |
Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li huwa importanti li l-effett utli tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema permezz tad-Direttiva 2003/88 ikun iggarantit kollu kemm hu, li jimplika neċessarjament l-obbligu fuq l-Istati Membri li jiggarantixxu l-osservanza ta’ kull rekwiżit minimu impost minn din id-direttiva. Fil-fatt din hija l-unika interpretazzjoni li taqbel mal-għan tad-Direttiva 2003/98 li huwa dak li tiggarantixxi protezzjoni effettiva tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema billi tippermettilhom jibbenefikaw b’mod effettiv mid-drittijiet li din tagħtihom ( 14 ). |
40. |
Madankollu, jekk ir-rekwiżiti minimi tad-Direttiva 2003/88 jimponu fuq l-Istati Membri obbligi ta’ riżultat sabiex jiġi ggarantit l-effett utli tad-drittijiet mogħtija minnha lill-ħaddiema, jirriżulta, madankollu, minn din id-direttiva, b’mod partikolari mill-premessa 15 tagħha, li hija tippermetti wkoll ċertu grad ta’ flessibbiltà lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha ( 15 ). |
41. |
Għaldaqstant, minn dan jirriżulta li l-Istati Membri jgawdu minn ċertu marġni ta’ diskrezzjoni rigward il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-imsemmija rekwiżiti minimi, filwaqt li huma, madankollu, xorta obbligati, kif jirriżulta espliċitament mill-istess premessa tad-Direttiva 2003/88, li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema ( 16 ). |
C. L-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” sabiex jiġi kkalkolat it-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa
42. |
Huwa fil-kuntest deskritt fil-paragrafi preċedenti li għandu jiġi ddefinit il-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” kif użat fid-Direttiva 2003/88 sabiex jiġi kkalkolat it-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, u, speċifikament, biex jiġi ddeterminat jekk, skont din id-direttiva, l-Istati Membri għandhomx jistabbilixxu dan il-perijodu bħala ta’ natura “kontinwa” jew jekk ikunu jistgħu jiddefinixxuh ukoll b’mod “fiss”. |
43. |
Skont il-ġurisprudenza, kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, bħal “perjodu ta’ referenza”, għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fit-territorju kollu tal-Unjoni, irrispettivament mill-klassifikazzjonijiet użati fl-Istati Membri, skont karatteristiċi oġġettivi, filwaqt li jitqiesu t-termini tad-dispożizzjonijiet li jużawh, kif ukoll il-kuntest u l-għanijiet segwiti mir-regoli li minnhom jifforma parti dan il-kunċett ( 17 ). Fil-fatt, hija biss tali interpretazzjoni awtonoma li hija ta’ natura li tiżgura l-effettività sħiħa ta’ din id-direttiva kif ukoll applikazzjoni uniformi ta’ tali kunċett fit-totalità tal-Istati Membri ( 18 ). |
44. |
F’dan ir-rigward, fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kliem “perjodu ta’ referenza”, kif ukoll mill-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 li jużaw dan il-kunċett għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, għandu jiġi kkonstatat li huma ma jippermettux li jiġi ddeterminat jekk dan il-perijodu għandux ikun ta’ natura “kontinwa” jew “fissa”. |
45. |
Fil-fatt, la l-espressjoni “perjodu ta’ referenza” bħala tali, u lanqas it-test, b’mod partikolari, tal-Artikolu 16(b) u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19, tad-Direttiva 2003/88, ma jipprovdu xi element biex jiġi ddeterminat jekk il-bidu ta’ dan il-perijodu għandux ikun fiss jew kontinwu fiż-żmien. Din id-direttiva b’hekk ma tippreċiżax kif dan il-perijodu għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. L-analiżi tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ din il-frażi u ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma tibdilx din il-konstatazzjoni. |
46. |
Issa, għalkemm is-silenzju tal-imsemmija direttiva dwar dan il-punt ma jippermettix li wieħed jasal għal konklużjonijiet definittivi, dan is-silenzju jidhirli, madankollu, li pjuttost jimmilita favur interpretazzjoni li tagħti ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri filwaqt li tħallilhom l-għażla ħielsa li jiddeterminaw il-perijodu ta’ referenza għall-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa fuq bażi “fissa” jew fuq bażi “kontinwa”. |
47. |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kuntest li fih jaqa’ l-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza”, għandu, l-ewwel nett, jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni uża f’diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 dan il-kunċett sabiex jiġi stabbilit il-perijodu fejn it-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa għandu jiġi kkalkolat. |
48. |
Dan huwa l-każ fl-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2003/88 li jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu perijodu ta’ referenza li ma jaqbiżx erba’ xhur għall-applikazzjoni tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa skont l-Artikolu 6 tal-istess direttiva, kif ukoll tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tagħha li jipprovdu l-possibbiltà ta’ deroga fl-Artikolu 16(b), prevista b’mod partikolari fl-Artikolu 17(3), ma jistax ikun hemm il-konsegwenza li jiġi stabbilit perijodu ta’ referenza li jaqbeż is-sitt xhur. |
49. |
Fid-Direttiva 2003/88, il-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” huwa espliċitament użat għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, b’mod partikolari fl-Artikolu 17(5) fir-rigward ta’ derogi għat-tobba li qed jitħarrġu, fl-Artikolu 20(2) fir-rigward tal-ħaddiema li jwettqu prinċipalment xogħol offshore, fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 21(1) fir-rigward tal-ħaddiema abbord bastimenti tas-sajd fuq il-baħar li jtajru bandiera ta’ Stat Membru, u fl-Artikolu 22(1)(a) u (e), li jikkonċerna l-fakultà mogħtija taħt kundizzjonijiet stretti lill-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprovdu ebda indikazzjoni preċiża dwar in-natura “kontinwa” jew “fissa” tal-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza”. |
50. |
Minn perspettiva kuntestwali, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2003/88 tuża wkoll il-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” għal finijiet differenti tal-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. Għalhekk, minn naħa, l-Artikolu 16(a) ta’ din id-direttiva jiddetermina l-perijodu ta’ referenza li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva dwar il-mistrieħ ta’ kull ġimgħa minimu u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 16(c) juża l-istess kunċett għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva dwar it-tul tax-xogħol ta’ billejl. |
51. |
F’dak li jirrigwarda, speċifikament, il-kunċett ta’ “perijodu ta’ referenza” għall-kalkolu tal-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, fis-sens tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 16(a) tad-Direttiva 2003/88, għandu jiġi osservat li, fis-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Maio Marques da Rosa (C‑306/16, EU:C:2017:844), b’mod partikolari, fil-punt 43, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “perijodu ta’ referenza jista’, f’dan il-kuntest, jiġi ddefinit bħala perijodu fiss li fih ċertu numru ta’ sigħat konsekuttivi ta’ mistrieħ għandhom jingħataw” ( 19 ). |
52. |
Fuq il-bażi ta’ din id-definizzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, li madankollu kienet tirrigwarda l-perijodu minimu ta’ mistrieħ skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88, ir-Repubblika Franċiża ssostni li l-perijodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 16(b) ta’ din id-direttiva għall-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ kull ġimgħa għandu, b’analoġija, jiġi ddefinit bħala perijodu fiss. |
53. |
F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi osservat li l-kwistjoni li kienet qed tiġi diskussa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Maio Marques da Rosa kienet differenti minn dik proposta f’din il-kawża. Fil-fatt, fil-kawża msemmija, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mitluba tiddetermina jekk il-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa mingħajr interruzzjoni ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, li għalih ħaddiem għandu dritt fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88, kellux jingħata jew le mhux iktar tard mill-jum wara perijodu ta’ sitt ijiem ta’ xogħol konsekuttivi. |
54. |
F’dan il-kuntest il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-perijodu ta’ sebat ijiem imsemmi fl-Artikolu 5 seta’ jitqies bħala “perjodu ta’ referenza” u ddefinixxiet, kif jirriżulta mill-punt 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” għal dawn il-finijiet bl-użu tat-termini “perijodu fiss”. |
55. |
Madankollu, nikkunsidra li, bl-użu tat-terminu “fiss” f’din id-definizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex il-ħsieb tiddeċiedi li l-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bidu ta’ dan il-perijodu għandu neċessarjament ikun fiss, jiġifieri li għandu jikkorrispondi ma’ data fissa minn qabel. Barra minn hekk, din il-kwistjoni ma kinitx is-suġġett tal-kawża pendenti quddiemha. Għall-kuntrarju, meta użat il-kelma “fiss”, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-fehma tiegħi, riedet tgħid li l-perijodu ta’ referenza huwa perijodu fiss fis-sens li għandu tul determinat, f’dan il-każ, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88, tul ta’ sebat ijiem. Għandu jingħad ukoll li, barra minn dan, li, fil-punt 43 tal-imsemmija sentenza Maio Marques da Rosa, il-Qorti tal-Ġustizzja espressament illimitat l-ambitu tad-definizzjoni għal “dan il-kuntest”, jiġifieri għall-kuntest tad-dispożizzjoni dwar is-suġġett tal-mistrieħ ta’ kull ġimgħa. |
56. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Franċiża, għalhekk, fil-fehma tiegħi, ma huwiex possibbli li wieħed jislet xi konklużjonijiet definittivi mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” msemmi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 43 tas-sentenza Maio Marques da Rosa (C-306/16, EU:C:2017:844) dwar mistrieħ ta’ kull ġimgħa minimu fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-perijodu ta’ referenza li skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa għandux jkun ta’ natura “fissa” jew “kontinwa”. |
57. |
Huwa possibbli, min-naħa l-oħra, li wieħed jitnebbaħ mid-definizzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija sentenza Maio Marques da Rosa għad-definizzjoni tal-perijodu ta’ referenza tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa bħala perijodu iddeterminat fejn il-it-tul medju tax-xogħol ta’ kull ġimgħa ma jistax jaqbeż ċertu numru ta’ sigħat. |
58. |
Minn dak li ntqal jirriżulta li, anki, l-analiżi kuntestwali ma tippermettix li jiġi ddeterminat b’mod konklużiv jekk il-kunċett ta’ “perjodu ta referenza” għall-iskopijiet tal-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa għandux jinftiehem bħala li jobbliga lill-Istati Membri jiddefinixxuh b’mod “kontinwu”, jew jekk l-Istati Membri, min-naħa l-oħra, għandhomx ukoll l-għażla li jiddefinixxuh b’mod “fiss”. |
59. |
Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-għan tad-Direttiva 2003/88, kif fakkart fil-punti 32 u 33 iktar ’il fuq, din tal-aħħar għandha l-għan li tipproteġi b’mod effettiv is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. |
60. |
Ir-rwol ċentrali ta’ dan l-għan essenzjali tad-Direttiva 2003/88 fil-kuntest tar-regoli dwar it-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa huwa kkonfermat kemm minn previżjoni espliċita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88, li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa dwar it-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa “skond il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema” ( 20 ), kif ukoll milli l-karatterizzazzjoni, magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi, tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 bħala dispożizzjoni li l-effettività sħiħa għandha tiġi rrispettata mill-Istati Membri biex jevitaw li jinqabeż kull tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa kif stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 ( 21 ). |
61. |
Huwa għalhekk fid-dawl ta’ dan l-għan essenzjali tad-Direttiva 2003/88 u l-obbligu fuq l-Istati Membri, għat-twettiq tiegħu, li tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 dwar it-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” inkwistjoni. |
62. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif enfasizzat ġustament il-Kummissjoni, metodu ta’ kalkolu tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza fuq bażi kontinwa jissodisfa bl-aħjar mod l-għan essenzjali tad-Direttiva 2003/88 ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema. |
63. |
Fil-fatt, minn naħa, bl-applikazzjoni ta’ metodu ta’ kalkolu bħal dan il-bidu tal-perijodu ta’ referenza ma huwiex iffissat minn qabel, imma ikun kontinwu skont il-mogħdija taż-żmien, b’tali mod li, f’każ bħal dan l-osservanza tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa huwa ggarantit irrispettivament mill-għażla tal-mument tal-bidu tal-perijodu. Fi kliem ieħor, tali metodu jiggarantixxi li t-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa jkun żgurat f’kull ħin. |
64. |
Min-naħa l-oħra, l-għażla ta’ dan il-metodu tippermetti li jiġi evitat li perijodi ta’ xogħol intensivi jissenslu ma’ xulxin minn ħaddiem matul żewġ perijodi ta’ referenza suċċessivi u għalhekk jitneħħa r-riskju li ħaddiem jaqbeż, bħala medja, il-limitu ta’ kull ġimgħa ta’ tmienja u erbgħin siegħa ta’ xogħol fuq perijodi twal, u għalhekk ir-riskju li jseħħu sitwazzjonijiet li fihom, minkejja osservanza formali ta’ tul massimu tax-xogħol, is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem jiġu mhedda ( 22 ). |
65. |
Il-kwistjoni tidher inqas ċara, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-użu ta’ metodu ta’ kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza “fiss”, li b’hekk il-bidu jikkorrispondi għal data fissata minn qabel. Sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-użu ta’ tali metodu mad-Direttiva 2003/88, inqis li għandi nagħmel żewġ riflessjonijiet. |
66. |
L-ewwel nett, kif ġie rrilevat fil-punti 40 u 41 preċedenti, id-Direttiva 2003/88 tirrikonoxxi lill-Istati Membri ċertu grad ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha, b’mod li dawn għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-modalitajiet ta’ din l-implimentazzjoni. Din il-flessibbiltà tippermetti lill-Istati Membri li jqisu, fid-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, rekwiżiti relatati, b’mod partikolari, mal-protezzjoni ta’ interessi ta’ natura ġenerali, bħall-protezzjoni tal-ordni pubbliku, jew id-dettalji ta’ attivitajiet speċifiċi, li jeħtieġu ċertu grad ta’ flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Huwa wkoll f’din il-perspettiva li l-Kapitolu 5 tad-Direttiva 2003/88 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi u eċċezzjonijiet għal ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
67. |
Huwa minnu li, kif jirriżulta espliċitament mill-premessa 15 tad-Direttiva 2003/88, din il-flessibbiltà għandha limitu assolut fir-rekwiżit ta’ konformità tal-għan primarju tad-Direttiva 2003/88 u ma tistax għalhekk twassal għal sitwazzjonijiet ta’ ksur ta’ rekwiżiti tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiem iggarantita mill-imsemmija direttiva. |
68. |
It-tieni nett, l-għażla ta’ metodu ta’ kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza “fiss” ma jinvolvix awtomatikament ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti. Fil-fatt, l-għażla tan-natura “fissa” jew “kontinwa” tal-perijodu ta’ referenza li għandu jintuża fil-kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa hija biss element wieħed fost oħrajn – bħala l-għadd massimu ta’ sigħat ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa jew kemm idum il-perijodu ta’ referenza – li huma kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Għalhekk, sistema ta’ organizzazzjoni tal-ħinijiet ta’ xogħol li tuża perijodu ta’ referenza kkalkolat fuq bażi kontinwa mhux dejjem neċessarjament tkun l-iktar protettiva għall-impjegati milli sistema li tuża perijodu ta’ referenza kkalkolat fuq bażi fissa, kif urew ċerti eżempji mressqa matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ( 23 ). |
69. |
Ċertament, jekk l-Istat Membru jagħżel sistema ta’ ġestjoni tal-ħin ta’ xogħol li tuża perijodu ta’ referenza “fiss”, speċifikament fit-tul u fil-kuntest ta’ sistema derogatorja, hemm ir-riskju li sitwazzjonijiet, bħal dik ipotetika invokata waqt is-seduta ( 24 ), iseħħu fejn l-osservanza tar-rekwiżiti li tiġi protetta s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem ma hijiex ggarantita. Kif jirriżulta mill-punti 35 sa 39 u 60 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Istat Membru huwa obbligat li jiżgura li sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip ma jseħħux. Fil-fatt huwa suġġett għal obbligu ta’ riżultat li jiggarantixxi l-effettività sħiħa tar-regola tad-Direttiva 2003/88 li tipprovdi limitu ta’ 48 siegħa għat-tul medju ta’ kull ġimgħa kif ukoll li jiggarantixxi d-drittijiet li din ir-regola tagħti lill-ħaddiema. |
70. |
Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li, jekk il-metodu ta’ kalkolu ta’ tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza fuq bażi kontinwa jiggarantixxi bl-aħjar mod l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa u jikkostitwixxi, għaldaqstant, l-ewwel għażla għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/88 fid-dritt nazzjonali, speċjalment f’każ ta’ sistema ta’ deroga skont l-Artikolu 17 tal-istess direttiva, dan ma jfissirx madankollu li, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri, dawn ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-użu ta’ perijodu ta’ referenza fiss, sakemm tiġi żgurata l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema. |
71. |
F’tali sitwazzjoni, l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti għandha, fil-fehma tiegħi, rekwiżit doppju. |
72. |
Minn naħa, meta jagħżel metodu ta’ kalkolu tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza fuq bażi fissa, huwa partikolarment importanti li l-Istat Membru jiżgura l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, ta’ kontroll u ta’ garanzija effettivi ta’ natura preventiva li tippermetti li jiġi evitat li jseħħu sitwazzjonijiet ta’ ksur tal-imsemmija rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema minħabba l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Huwa l-Istat Membru li għandu jagħżel l-mekkaniżmi preventivi li jidhrulu xierqa għal dan il-għan. Dawn l-istrumenti għandhom madankollu jiggarantixxu l-effett utli tad-dritt għal tul medju massimu ta’ kull ġimgħa li d-Direttiva 2003/88 – u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — tagħti lill-ħaddiema. |
73. |
Min-naħa l-oħra, l-Istat Membru għandu jiżgura wkoll li, fil-każ fejn dawn il-mekkaniżmi preventivi ma jurux li huma effettivi u, minkejja l-eżistenza tagħhom, sitwazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżit ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiem sseħħ xorta waħda, il-ħaddiem jista’ jkollu, ex post, possibbiltajiet effettivi ta’ rimedji, kemm interni jew amministrattivi, kif ukoll ġudizzjarji li permezz tagħhom ikun jista’ jwaqqaf mingħajr dewmien sitwazzjoni eventwali li twassal għal ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti. |
74. |
Fil-qosor, jekk l-Istat Membru jagħżel li jipprovdi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu metodu għall-kalkolu tat-tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza fuq bażi fissa, partikolarment f’sitwazzjonijiet fejn dan il-perijodu huwa twil u jirrigwarda skema ta’ deroga, allura huwa għandu jiżgura li jeżistu l-mekkaniżmi organizzattivi, proċedurali u ġudizzjarji u li jkunu kapaċi jiżguraw, in concreto, li r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiem jiġu effettivament osservati fl-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u li sitwazzjonijiet ta’ ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti fl-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ma jseħħux jew, jekk dawn iseħħu xorta waħda, jiġu eliminati mingħajr dewmien. |
75. |
Fl-aħħar mill-aħħar hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa f’każ konkret quddiemha jekk, meta Stat Membru jkun għażel li juża perijodu ta’ referenza stabbilit fuq bażi “fissa”, dawn il-mekkaniżmi effettivi jeżistux jew le u jekk ir-rekwiżit doppju msemmi iktar ’il fuq huwiex osservat jew le, b’tali mod li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni quddiemha tista’ titqies bħala kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u, speċifikament, mad-Direttiva 2003/88. |
D. Fuq id-domandi preliminari
76. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, u tal-interpretazzjoni li nipproponi għall-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” sabiex jiġi kkalkolat it-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, kif użat fid-Direttiva 2003/88, inqis li għandha tingħata risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju fis-sens li, fil-kuntest tal-flessibbiltà li din id-Direttiva tagħtihom, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħżlu metodu ta’ kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza ddefinit fuq bażi “kontinwa” jew “fissa”. |
77. |
Madankollu, fil-każ li Stat Membru jiddeċiedi li juża perijodu ta’ referenza kif iddefinit fuq bażi “fissa”, għandu l-obbligu li jiżgura li mekkaniżmi organizzattivi, proċedurali u ġudizzjarji implimentati, huma adattati biex jiżguraw, in concreto, li r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiem jiġu effettivament osservati fl-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u sitwazzjonijiet ta’ ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti ma jseħħux jew, jekk dawn iseħħu, ikunu jistgħu jiġu eliminati b’mod effettiv mingħajr dewmien. |
78. |
Hija l-qorti tar-rinviju, li hija unikament kompetenti sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali, li għandha tistabbilixxi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfax dawn ir-rekwiżiti. |
79. |
Madankollu, fl-evalwazzjoni li hija mitluba li twettaq l-imsemmija qorti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi interpretattivi li tipprovdilha l-Qorti tal-Ġustizzja. F’din il-perspettiva, sabiex tingħata lill-qorti tar-rinviju risposta kemm jista’ jkun utli biex tiddeċiedi l-kawża pendenti quddiemha, il-ftit kunsiderazzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu ta’ rilevanza. |
80. |
Fil-fatt, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta matul il-proċedura bil-miktub u orali li saret quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, hemm dubju jekk, f’din il-kawża, ir-rekwiżit doppju dwar l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema ġiex iggarantit. Għalhekk, minn naħa, ma jidhirx li hemm sistema ta’ kontroll preventiv effikaċi li tkun tista’ tiżgura li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ deroga bħal dik tal-leġiżlazzjoni kkontestata quddiem il-qorti tar-rinviju, ma jseħħux sitwazzjonijiet fejn fl-osservanza tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema kkonċernati ma tkunx iggarantita. Fil-fatt, ġie sostnut li, kuntrarjament għal dak li huwa l-każ fis-settur privat, ma hemm l-ebda korp indipendenti li jista’ jintervjeni direttament u jordna lil persuna li timpjega biex twaqqaf sitwazzjonijiet ta’ ksur tal-imsemmija rekwiżiti u li huwa essenzjalment impossibbli biex jitwaqqfu tali sitwazzjonijiet. |
81. |
Min-naħa l-oħra, kien ġie sostnut li s-sistemi ta’ rimedju amministrattiv u ġudizzjarju ex post għal tmiem ta’ sitwazzjonijiet li jinvolvu ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti lanqas ma huma effettivi. Jidher, fil-fatt, li r-rimedji ġerarkiċi ġeneralment ma jirċevux tweġiba, li l-miżuri provviżorji jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet stretti ħafna u għalhekk rarament jingħataw u li r-rimedji quddiem il-qrati amministrattivi jiġu ttrattati fi żmien ta’ bejn sena u erba’ snin, b’mod li l-unika forma ta’ protezzjoni li għandhom il-ħaddiema fir-realtà huwa, essenzjalment, kumpens eventwali ex post. |
82. |
Evidentement, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk mekkaniżmi organizzattivi, proċedurali u ġudizzjarji xierqa humiex stabbiliti li huma adegwati biex jiżguraw, in concreto, li r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema jiġu effettivament osservati. Madankollu, fin-nuqqas ta’ tali garanziji, il-previżjoni ta’ perijodu ta’ referenza ddefinit fuq bażi “fissa”, bħal fil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, tidher li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. |
IV. Konklużjoni
83. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza): L-Artikolu 6(b), 16(b), l-Artikolu 17(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri huma liberi li jagħżlu metodu ta’ kalkolu tat-tul medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li juża perijodu ta’ referenza ddefinit fuq bażi “kontinwa” jew fuq bażi “fissa”. Madankollu, fil-każ li Stat Membru jiddeċiedi li juża perijodu ta’ referenza iddefinit fuq bażi “fissa”, għandu l-obbligu li jiżgura li mekkaniżmi organizzattivi, proċedurali u ġudizzjarji jiġu stabbiliti li huma adattati biex jiżguraw, in concreto, li r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiem jiġu effettivament osservati fl-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u sitwazzjonijiet ta’ ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti ma jseħħux jew, jekk dawn iseħħu, ikunu jistgħu jiġu eliminati b’mod effettiv mingħajr dewmien. Hija l-qorti tar-rinviju, li hija unikament kompetenti sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali, li għandha tistabbilixxi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfax dawn ir-rekwiżiti. |
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
( 3 ) Digriet, tal-25 ta’ Awwissu 2000, dwar il-ġestjoni u t-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol fis-settur pubbliku tal-Istat u tal-ġudikatura (iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 2000-815”).
( 4 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Maio Marques da Rosa (C‑306/16, EU:C:2017:844, punti 35 u 36).
( 5 ) Ara s-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Maio Marques da Rosa (C‑306/16, EU:C:2017:844, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 6 ) Fil-fatt it-tieni domanda preliminari timplika l-possibbiltà li l-kunċett ta’ “perjodu ta’ referenza” użat fil-kuntest tal-iskema ta’ deroga jista’ jkollu karattru fiss fil-każ fejn dak użat għall-iskema ordinarja jkollu natura kontinwa.
( 7 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-4 ta’ Ottubru 2010, Fuß (C‑243/09, EU:C:2010:609, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll l-10 ta’ Settembru 2015, Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (C‑266/14, EU:C:2015:578, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 8 ) Ibidem.
( 9 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-14 ta’ Ottubru 2010, Fuß (C‑243/09, EU:C:2010:609, punt 33).
( 10 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-14 ta’ Ottubru 2010, Fuß (C‑243/09, EU:C:2010:609, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata) u tat-23 ta’ Diċembru 2015, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑180/14, ma hijiex ippubblikata, EU:C:2015:840, punt 34). Dwar l-obbligu tal-Istati Membri li jiggarantixxu l-effett utli tad-Direttiva 2003/88, ara l-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-punti 45 sa 54 tal-konklużjonijiet tiegħi tal-31 ta’ Jannar 2019CCOO (C‑55/18 ECLI:EU:C:2019:87 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 11 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Settembru 2006, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (C‑484/04, EU:C:2006:526, punt 37), fir-rigward tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 2, p. 197), kif emendata mid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 4, p. 27, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 93/104”) li d-dispożizzjonijiet rilevanti ġew ifformulati f’termini sostanzjalment identiċi bħal dawk tad-Direttiva 2003/88. Il-korsiv huwa tiegħi.
( 12 ) Ara, f’dan is-sens, fir-rigward tad-Direttiva 93/104, is-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2004, Pfeiffer et (C‑397/01 sa C‑403/01, EU:C:2004:584, punt 104).
( 13 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Settembru 2006, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (C‑484/04, EU:C:2006:526, punt 39); il-korsiv huwa tiegħi.
( 14 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Settembru 2006, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (C‑484/04, EU:C:2006:526, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 15 ) Ara, s-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Maio Marques da Rosa (C‑306/16, EU:C:2017:844, punt 46.
( 16 ) Fir-rigward tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri bid-Direttiva 2003/88, ara, wkoll, il-punti 86 et seq. tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża CCOO iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10 preċedenti.
( 17 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, Maio Marques da Rosa (C‑306/16, EU:C:2017:844, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 18 ) Ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-4 ta’ Marzu 2011, Grigore (C‑258/10, mhux ippubblikat, EU:C:2011:122, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll, fir-rigward tad-Direttiva 93/104, is-sentenza tal-1 ta’ Diċembru 2005, Dellas et (C‑14/04, EU:C:2005:728, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 19 ) Il-korsiv huwa tiegħi.
( 20 ) F’dan ir-rigward, ninnota li, anki fejn l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88 jagħti lill-Istat Membru l-għażla li ma japplikax l-Artikolu 6, huwa madankollu espliċitament marbut li jikkonforma “mal-prinċipji ġenerali li jirrigwardaw il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa ta’ ħaddiema”. Ara, wkoll f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, Fuß (C‑243/09, EU:C:2010:609, punt 34 fl-aħħar).
( 21 ) Ara s-sentenzi tal-5 ta’ Ottubru 2004, Pfeiffer et (C‑397/01 sa C‑403/01, EU:C:2004:584, punt 118) u tal-14 ta’ Ottubru 2010, Fuß (C‑243/09, EU:C:2010:609, punt 51). Għalhekk, filwaqt li qieset it-twettiq ta’ dan l-għan fundamentali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri ma jistgħux jiddeterminaw unilateralment il-portata ta’ dik id-dispożizzjoni, filwaqt li tissuġġetta għal kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni l-applikazzjoni tad-dritt tal-ħaddiema biex it-tul medju ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa ma jaqbiżx 48 siegħa (ibidem, rispettivament il-punt 99 u l-punt 52) u li rrikonoxxiet li l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003 jagħti direttament drittijiet li l-effett utli tagħhom għandu jkun żgurat għalkollox fl-ordinament legali intern (sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, Fuß (C‑243/09, EU:C:2010:609, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata)). Ara wkoll, il-punti 35 sa 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-ġurisprudenza ċċitata hemmhekk.
( 22 ) Ara l-eżempju msemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24 iktar ’il quddiem.
( 23 ) F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, fl-osservazzjonijiet tagħha ġustament indikat li, pereżempju, ħaddiem suġġett għal regola tad-dritt nazzjonali li tistabbilixxi tul massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa taħt sew il-limitu ta’ 48 siegħa previst fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 u li għandu jiġi kkalkolat fuq perijodu ta’ referenza fiss ta’ tliet ġimgħat ikun protett aħjar minn ħaddiem suġġett għal-limitu massimu ta’ kull ġimgħa ta’ tmienja u erbgħin siegħa kkalkolat fuq il-bażi ta’ perijodu ta’ referenza kontinwu ta’ sitt xhur.
( 24 ) Waqt is-seduta, id-dibattitu bejn il-partijiet li pparteċipaw fil-fażi orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja żviluppa madwar eżempju ta’ sitwazzjoni ipotetika li fiha, fuq perijodu fiss ta’ sitt xhur kalendarji (l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju) ħaddiem jaħdem 36 siegħa fil-ġimgħa fl-ewwel tliet xhur u 60 siegħa fil-ġimgħa fl-aħħar tliet xhur, li jagħti medja ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa fuq sitt xhur u, fil-perijodu kalendarju li jmiss (l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru), il-ħaddiem jaħdem 60 siegħa fil-ġimgħa fl-ewwel tliet xhur u 36 siegħa fil-ġimgħa matul l-aħħar tliet xhur (għal darba oħra għal tul medju ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa matul sitt xhur). F’tali każ, matul kull wieħed minn dawn iż-żewġ perijodi kalendarji fissi suċċessivi, it-tul medju ta’ kull ġimgħa jkun ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa. Madankollu, jekk inqisu n-numru ta’ sigħat maħduma mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru, insibu li l-ħaddiem ikun ħadem 60 siegħa fil-ġimgħa matul sitt xhur. Il-partijiet kollha qablu li sitwazzjoni bħal din twassal għal ksur tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema ipotetikament konċernati.