Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0605

    Kawża C-605/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – Adler Real Estate AG, Petrus Advisers LLP, GM vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Titoli ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru – Obbligu ta’ trasparenza – Komunikazzjoni tal-“holdings importanti” akkwistati fil-kapital ta’ kumpanniji minn “persuni li jaġixxu flimkien” – Direttiva 2004/109/KE – Ir-raba’ subparagrafu tal-Article 3(1a) – Kunċett ta’ “rekwiżiti iktar stretti” – Direttiva 2004/25/KE – “Sorveljanza” minn awtorità nnominata skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – Adler Real Estate AG, Petrus Advisers LLP, GM vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)

    (Kawża C-605/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Titoli ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru - Obbligu ta’ trasparenza - Komunikazzjoni tal-“holdings importanti” akkwistati fil-kapital ta’ kumpanniji minn “persuni li jaġixxu flimkien” - Direttiva 2004/109/KE - Ir-raba’ subparagrafu tal-Article 3(1a) - Kunċett ta’ “rekwiżiti iktar stretti” - Direttiva 2004/25/KE - “Sorveljanza” minn awtorità nnominata skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva)

    (2021/C 462/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Adler Real Estate AG, Petrus Advisers LLP, GM

    Konvenut: Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)

    Dispożittiv

    Il-punt (iii) tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1a) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 2013/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta lid-detenturi ta’ azzjonijiet jew lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 10 jew 13 tad-Direttiva 2004/109, kif emendata bid-Direttiva 2013/50, għal rekwiżiti iktar stretti, fis-sens ta’ dan ir-raba’ subparagrafu, fil-qasam tal-komunikazzjoni ta’ holdings importanti, minn dawk previsti mid-Direttiva 2004/109, kif emendata bid-Direttiva 2013/50, u li jirriżultaw minn liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati għal dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, l-offerti ta’ xiri, mingħajr madankollu ma tagħti s-setgħa li tiġi ggarantita l-osservanza ta’ tali rekwiżiti lil awtorità ta’ dak l-Istat Membru, innominata skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri.


    (1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


    Top