EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0456

Kawża C-456/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna preżunta – Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Ordni ta’ sospensjoni tal-miżuri inkwistjoni – Kundizzjonijiet għal-legalità tal-ordni)

ĠU C 262, 10.8.2020, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-456/18 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna preżunta - Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Ordni ta’ sospensjoni tal-miżuri inkwistjoni - Kundizzjonijiet għal-legalità tal-ordni)

(2020/C 262/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, P.-J. Loewenthal, V. Bottka u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u A. Kramarczyk, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2018, L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (T-554/15 u T-555/15, EU:T:2018:220), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4805 final tal-15 ta’ Lulju 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 41187 (2015/NN) – L-Ungerija – Il-kontribuzzjoni lejn is-saħħa min-negozji tal-industrija tat-tabakk, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4808 final tal-15 ta’ Lulju 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 40018 (2015/C) (eks 2014/NN) – 2014 Emenda tat-tariffa ta’ spezzjoni tal-katina alimentari tal-Ungerija, huma annullati sa fejn huma jordnaw is-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-rata ta’ tassazzjoni progressiva, rispettivament, tal-kontribuzzjoni għas-saħħa u tat-tariffa ta’ spezzjoni tal-katina tal-ikel, kif jirriżultaw mil-Liġi Nru XCIV tal-2014, dwar il-kontribuzzjoni għas-saħħa tal-impriżi tas-settur tat-tabakk, u mill-emenda tal-2014 tal-Liġi Nru XLVI tal-2008, dwar il-katina tal-ikel u l-kontroll uffiċjali relatat magħha.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Ungerija, marbuta kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell.

4)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


Top