Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0301

    Kawża C-301/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bonn – il-Ġermanja) – Thomas Leonhard vs DSL-Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2002/65/KE – Kuntratt ta’ kreditu b’distanza – Dritt ta’ rtirar – Konsegwenzi – Artikolu 7(4) – Restituzzjoni tal-provvisti rċevuti – Ħlas ta’ kumpens għall-użu – Obbligu tal-fornitur – Esklużjoni)

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bonn – il-Ġermanja) – Thomas Leonhard vs DSL-Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG

    (Kawża C-301/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2002/65/KE - Kuntratt ta’ kreditu b’distanza - Dritt ta’ rtirar - Konsegwenzi - Artikolu 7(4) - Restituzzjoni tal-provvisti rċevuti - Ħlas ta’ kumpens għall-użu - Obbligu tal-fornitur - Esklużjoni)

    (2020/C 262/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Bonn

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Thomas Leonhard

    Konvenuti: DSL-Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta konsumatur jeżerċità d-dritt ta’ rtirar tiegħu fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu konkluż b’distanza ma’ fornitur, dan il-konsumatur għandu d-dritt li jikseb mingħand l-imsemmi fornitur, bla ħsara għas-somom li huwa stess huwa obbligat li jħallas lil dan tal-aħħar taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) u (3) ta’ din id-direttiva, ir-rimbors tal-kapital u tal-interessi mħallsa b’eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, iżda mhux il-kumpens għall-użu ta’ dan il-kapital u ta’ dawn l-interessi.


    (1)  ĠU C 285, 13.08.2018


    Top