Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0220

    Kawża C-220/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra ML (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(3) — Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Raġunijiet għan-noneżekuzzjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 4 — Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti — Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti — Portata tal-eżami mwettaq mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni — Eżistenza ta’ rikors fl-Istat Membru emittenti — Assigurazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru)

    ĠU C 328, 17.9.2018, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra ML

    (Kawża C-220/18) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet għan-noneżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti - Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti - Portata tal-eżami mwettaq mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni - Eżistenza ta’ rikors fl-Istat Membru emittenti - Assigurazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru))

    (2018/C 328/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    ML

    fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft Bremen

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eże kuzzjoni tipprovdi l-provi tal-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fi ħdan l-istabbilimenti penitenzjarji tal-Istat Membru emittenti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-eżattezza fid-dawl tal-informazzjoni aġġornata kollha disponibbli:

    l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tistax teskludi l-eżistenza ta’ riskju reali li l-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għar-raġuni biss li din il-persuna tiddisponi, fl-Istat Membru emittenti, minn proċedura ta’ rimedju li tippermettilha tikkontesta l-kundizzjonijiet tagħha fil-ħabs, għalkemm l-eżistenza ta’ tali possibbiltà ta’ azzjoni tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni minn din l-awtorità sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-konsenja tal-persuna kkonċernata;

    l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni hija marbuta teżamina biss il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fi ħdan l-istabbilimenti penitenzjarji li fihom ikun probabbli, skont l-informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, li l-imsemmija persuna tkun ser tinżamm, anki fuq bażi temporanja jew tranżitorja;

    l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tivverifika, għal dan il-għan, il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni konkreti u preċiżi tal-persuna kkonċernata li jkunu rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk hija tkunx ser tgħaddi minn riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

    l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti barra minn dik tal-awtorità ġudizzjarja emittenti, bħal, b’mod partikolari, l-assigurazzjoni li l-persuna kkonċernata ma tkunx ser tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


    (1)  ĠU C 221 tal-25/6/2018.


    Top