Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0202

    Kawżi magħquda C-202/18 u C-238/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 — Ilmārs Rimšēvičs (C-202/18), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-238/18) vs Ir-Repubblika tal-Latvja (Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali — Rikors ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew — Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li tissospendi lill-gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali mill-funzjonijiet tiegħu)

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 — Ilmārs Rimšēvičs (C-202/18), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-238/18) vs Ir-Repubblika tal-Latvja

    (Kawżi magħquda C-202/18 u C-238/18) (1)

    (Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali - Rikors ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew - Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li tissospendi lill-gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali mill-funzjonijiet tiegħu)

    (2019/C 139/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Partijiet

    Rikorrent: Ilmārs Rimšēvičs (rappreżentanti: S. Vārpiņš, M. Kvēps, I. Pazare, advokāti) (C-202/18), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Zilioli u K. Kaiser kif ukoll C. Kroppenstedt, aġenti, assistiti minn D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado, u minn V. Čuske-Jurjeva, advokāte (C-238/18)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kucina u J. Davidoviča, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi C-202/18 u C-238/18 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Id-deċiżjoni tal-Korupcijas novēršanas un apkarošanas birojs (l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni, il-Latvja), tad-19 ta’ Frar 2018, hija annullata sa fejn hija tipprojbixxi lil Ilmārs Rimšēvičs milli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Latvja.

    3)

    Ir-Repubblika tal-Latvja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.


    (1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


    Top