EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0161

Kawża C-161/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León — Spanja) — Violeta Villar Láiz vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7/KEE — Artikolu 4 — Projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Diskriminazzjoni indiretta — Xogħol part-time — Kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar)

ĠU C 230, 8.7.2019, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León — Spanja) — Violeta Villar Láiz vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(Kawża C-161/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Diskriminazzjoni indiretta - Xogħol part-time - Kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar)

(2019/C 230/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Violeta Villar Láiz

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7 tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, skont liema l-ammont tal-pensjoni ta’ rtirar ta’ tip kontributtiv ta’ ħaddiem part-time huwa kkalkolat billi jiġi mmultiplikat ammont bażiku, stabbilit minn remunerazzjonijiet effettivament miġbura u kontribuzzjonijiet effettivament imħallsa, b’perċentwali li tirrifletti t-tul tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni, fejn dan il-perijodu huwa assenjat minn koeffiċjent ta’ tnaqqis ugwali mar-rapport bejn iż-żmien ta’ xogħol part-time effettivament imwettaq u ż-żmien ta’ xogħol imwettaq minn ħaddiem part-time paragunabbli biż-żieda tal-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ 1.5 sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni tpoġġi fi żvantaġġ b’mod partikolari lill-ħaddiema nisa meta mqabbla mal-ħaddiema rġiel.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018


Top