Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0149

    Kawża C-149/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Relação de Lisboa – il-Portugall) – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali — Regolament (KE) Nru 864/2007 (Ruma II) — Artikoli 16 u 27 — Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti — Direttiva 2009/103/KE — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ karozzi — Artikolu 28)

    ĠU C 112, 25.3.2019, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Relação de Lisboa – il-Portugall) – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA

    (Kawża C-149/18) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 864/2007 (Ruma II) - Artikoli 16 u 27 - Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti - Direttiva 2009/103/KE - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ karozzi - Artikolu 28))

    (2019/C 112/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal da Relação de Lisboa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Agostinho da Silva Martins

    Konvenuta: Dekra Claims Services Portugal SA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-azzjonijiet għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn inċident huwa ta’ tliet snin, ma tistax titqies bħala dispożizzjoni obbligatorja prevalenti, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm il-qorti adita ma tikkonstatax, abbażi ta’ analiżi dettaljata tal-kliem, tal-istruttura, tal-għanijiet u tal-kuntest tal-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li din hija ta’ tali importanza fl-ordinament ġuridiku nazzjonali li tiġġustifika tbegħid mil-liġi applikabbli, indikata skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament.

    2)

    L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 864/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif traspost fid-dritt nazzjonali, ma jikkostitwixxix dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tirregola l-kunflitti tal-liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 27.


    (1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


    Top