This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0049
Case C-49/18: Judgment of the Court (Second Chamber) of 7 February 2019 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Cataluña — Spain) — Carlos Escribano Vindel v Ministerio de Justicia (Reference for a preliminary ruling — Budgetary austerity measures — Reduction of remuneration in the national civil service — Method — Differential impact — Social policy — Equal treatment in employment and occupation — Directive 2000/78/EC — Article 2(1) and (2)(b) — Charter of Fundamental Rights of the European Union — Article 21 — Judicial independence — Second subparagraph of Article 19(1) TEU)
Kawża C-49/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Catalunya — Spanja) — Carlos Escribano Vindel vs Ministerio de Justicia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Miżuri ta’ awsterità baġitarja — Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali — Modalitajiet — Impatt iddifferenzjat — Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 2(1) u (2)(b) — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 21 — Indipendenza tal-imħallfin — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE)
Kawża C-49/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Catalunya — Spanja) — Carlos Escribano Vindel vs Ministerio de Justicia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Miżuri ta’ awsterità baġitarja — Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali — Modalitajiet — Impatt iddifferenzjat — Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 2(1) u (2)(b) — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 21 — Indipendenza tal-imħallfin — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE)
ĠU C 131, 8.4.2019, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Catalunya — Spanja) — Carlos Escribano Vindel vs Ministerio de Justicia
(Kawża C-49/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Miżuri ta’ awsterità baġitarja - Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali - Modalitajiet - Impatt iddifferenzjat - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(1) u (2)(b) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 21 - Indipendenza tal-imħallfin - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE)
(2019/C 131/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Catalunya
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Carlos Escribano Vindel
Konvenut: Ministerio de Justicia
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2(1) u 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li stabbilixxiet, fil-kuntest ta’ miżuri ġenerali ta’ tnaqqis fis-salarji marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv, perċentwali ta’ tnaqqis fis-salarji differenti għar-remunerazzjonijiet bażiċi u addizzjonali tal-membri tal-maġistratura ġudizzjarja, fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, jinvolvi tnaqqis fis-salarji iktar sinjifikattiv bħala perċentwali għal dawk li jagħmlu parti minn żewġ gruppi ta’ remunerazzjoni tal-kategoriji inferjuri ta’ din il-maġistratura ġudizzjarja milli għal dawk li jagħmlu parti minn grupp ta’ remunerazzjoni ta’ kategorija superjuri tal-imsemmija maġistratura, filwaqt li tal-ewwel jirċievu remunerazzjoni iktar baxxa, huma ġeneralment iżgħar u ġeneralment għandhom inqas anzjanità mit-tieni. |
2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju tal-indipendenza tal-imħallfin ma jipprekludix l-applikazzjoni għar-rikorrent fil-kawża prinċipali ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li stabbilixxiet mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tan-natura tal-funzjonijiet eżerċitati, l-anzjanità jew l-importanza tal-kompiti mwettqa, fil-kuntest ta’ miżuri ġenerali ta’ tnaqqis fis-salarji marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv, perċentwali ta’ tnaqqis fis-salarji differenti għar-remunerazzjonijiet bażiċi u addizzjonali tal-membri tal-maġistratura ġudizzjarja, fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, jinvolvi tnaqqis fis-salarji iktar sinjifikattiv bħala perċentwali għal dawk li jagħmlu parti minn żewġ gruppi ta’ remunerazzjoni tal-kategoriji inferjuri ta’ din il-maġistratura ġudizzjarja milli għal dawk li jagħmlu parti minn grupp ta’ remunerazzjoni ta’ kategorija superjuri tal-imsemmija maġistratura, filwaqt li tal-ewwel jirċievu remunerazzjoni iktar baxxa mit-tieni, sakemm il-livell ta’ remunerazzjoni li jirċievi, b’applikazzjoni tat-tnaqqis fis-salarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali tkun adegwata meta mqabbla mal-importanza tal-funzjonijiet li huwa jwettaq u tiġi żgurata, għaldaqstant, l-indipendenza ta’ ġudizzju tiegħu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |