Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62018CA0004

Kawżi MagħqudaC-4/18 u C-5/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof - il-Ġermanja) – Michael Winterhoff, li qed jaġixxi fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ DIREKTexpress Holding AG vs Finanzamt Ulm (C-4/18), u Jochen Eisenbeis, li qed jaġixxi fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ JUREX GmbH vs Bundeszentralamt für Steuern (C-5/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(a) – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Servizzi postali pubbliċi – Direttiva 97/67/KE – Fornitur tas-servizz postali universali – Operatur privat li jipprovdi servizz ta’ komunikazzjoni formali ta’ atti li joriġinaw minn qrati jew minn awtoritajiet amministrattivi)

ĠU C 423, 16.12.2019., 4–5. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof - il-Ġermanja) – Michael Winterhoff, li qed jaġixxi fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ DIREKTexpress Holding AG vs Finanzamt Ulm (C-4/18), u Jochen Eisenbeis, li qed jaġixxi fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ JUREX GmbH vs Bundeszentralamt für Steuern (C-5/18)

(Kawżi MagħqudaC-4/18 u C-5/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(a) - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Servizzi postali pubbliċi - Direttiva 97/67/KE - Fornitur tas-servizz postali universali - Operatur privat li jipprovdi servizz ta’ komunikazzjoni formali ta’ atti li joriġinaw minn qrati jew minn awtoritajiet amministrattivi)

(2019/C 423/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michael Winterhoff, li qed jaġixxi fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ DIREKTexpress Holding AG (C-4/18), u Jochen Eisenbeis, li qed jaġixxi fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ JUREX GmbH (C-5/18)

Konvenuti: Finanzamt Ulm (C-4/18),/Bundeszentralamt für Steuern (C-5/18)

Dispożittiv

Il-punt 13 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 għandhom jiġu interpretati fis-sens li fornituri tas-servizz ta’ tqassim ta’ korrispondenza, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kwalità tagħhom ta’ detenturi ta’ liċenzja nazzjonali li tawtorizzahom joffru dan is-servizz, huma obbligati li jwettqu, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, servizzi ta’ komunikazzjoni formali ta’ atti li joriġinaw minn qrati jew awtoritajiet amministrattivi, għandhom jitqiesu bħala “fornituri ta’ servizz universali”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, b’tali mod li dawn is-servizzi għandhom ikunu eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud bħala provvista ta’ servizzi mwettqa mis-“servizzi postali pubbliċi”, skont l-Artikolu 132(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 123, 9.4.2018.


Az oldal tetejére