Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0830

    Kawża T-830/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Szentes vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 63, 19.2.2018, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/20


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Szentes vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-830/17)

    (2018/C 063/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gyula Szentes (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2017 u sa fejn ikun neċessarju l-att li jiċħad l-ilment tar-rikorrenti tad-29 ta’ Settemrbu 2017;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 6.4 tal-Anness III, li jeskudi li talbiet għal eżami mill-ġdid imressqa minħabba kontestazzjoni tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla jwasslu għal riżultat pożittiv, huwa illegali, billi jmur kontra d-dritt għal rimedju effettiv previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Id-deċiżjoni kkontestata hija illegali wkoll billi hija bbażata fuq l-imsemmija dispożizzjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Id-deċiżjoni kkontestata tiċċita biss estratti ta’ ġurisprudenza u ma tikkomunikax il-lista ta’ kriterji ta’ selezzjoni stabbilita mill-Bord tal-Għażla qabel l-evalwazzjoni tal-atti tal-kandidatura.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti u żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti tikkritika f’dan is-sens il-mod kif il-Bord tal-Għażla evalwa l-informazzjoni mogħtija fl-att tal-kandidatura.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Għażla naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni r-relazzjoni reċiproka bejn il-varji taqsimiet tal-att tal-kandidatura sabiex jiddeċiedi jekk ir-rikorrenti ssodisfatx waħda mill-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni.


    Top