Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0567

    Kawża T-567/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Disney Enterprises vs EUIPO – Di Molfetta (DiSNEY FROZEN)

    ĠU C 347, 16.10.2017, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/46


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Disney Enterprises vs EUIPO – Di Molfetta (DiSNEY FROZEN)

    (Kawża T-567/17)

    (2017/C 347/60)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Disney Enterprises, Inc. (Burbank, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabio Di Molfetta (Bisceglie, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “DiSNEY FROZEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 830 965

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2342/2016-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top