Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0441

    Kawża T-441/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Arca Capital Bohemia vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 347, 16.10.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/26


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Arca Capital Bohemia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-441/17)

    (2017/C 347/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Arca Capital Bohemia a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Nedelka, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F3/NB/tt*D-2017/025322, tat-13 ta’ Marzu 2017, li tirrifjuta parzjalment aċċess għal dokument skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-Każ COMP/SA. 25076 (2011/NN) – Privatizzazzjoni ta’ Akkomodazzjoni għall-Kiri – Karbon Invest;

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3129 final, tal-4 ta’ Mejju 2017, li tikkonferma d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F3/NB/tt*D-2017/025322, tat-13 ta’ Marzu 2017;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv: applikazzjoni żbaljata tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza rilevanti li, fil-fehma tagħha, ma tapplikax għall-każijiet li fihom il-fajl amministrattiv ikun ingħalaq. Barra minn hekk, f’każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, hemm interess pubbliku qawwi li tinkiseb kemm jista’ jkun informazzjoni sabiex jiġi eżerċitat kontroll fuq l-entitajiet tal-Istat u, fir-rigward ta’ argumenti bbażati fuq interessi kummerċjali, għandhom japplikaw ukoll kunsiderazzjonijiet differenti minn dawk applikabbli f’każijiet dwar konċentrazzjoni jew kartell.

    2.

    It-tieni motiv: interess pubbliku akbar fl-iżvelar.

    F’dan ir-rigward ir-rikorrenti targumenta li l-privatizzazzjoni inkwistjoni kellha impatt negattiv kbir u tirreferi għal suspett kondiviż b’mod ġenerali li l-proċess kien jinvolvi nuqqasijiet min-naħa tal-entitajiet tal-Istat.


    Top