This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0435
Case T-435/17: Action brought on 30 March 2017 — Grendene v EUIPO — Hipanema (HIPANEMA)
Kawża T-435/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017 – Grendene vs EUIPO – Hipanema (HIPANEMA)
Kawża T-435/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017 – Grendene vs EUIPO – Hipanema (HIPANEMA)
ĠU C 283, 28.8.2017, p. 54–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/54 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017 – Grendene vs EUIPO – Hipanema (HIPANEMA)
(Kawża T-435/17)
(2017/C 283/83)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grendene, SA (Sobral, il-Brażil) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hipanema (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “HIPANEMA” li tindika l-Unjoni Ewropea –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 154 586 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 629/2016-2
Talbiet
— |
tiġi rrevokata d-deċiżjoni kkontestata, u tiġi ssostitwita b’oħra li biha tiġi ddikjarata affinità bejn il-prodotti mitluba bit-trade mark ikkontestata u dawk koperti bit-trade marks preċedenti li jopponuha, sa fejn ikun neċessarju sabiex jiġi rikonoxxut bejniethom xebh fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea; |
— |
jekk jiġi ammess li jkun jeżisti l-imsemmi xebh, il-Qorti Ġenerali għandha tagħmel paragun verbali bejn is-sinjali konfliġġenti, li ma kien sar la fil-proċedura ta’ oppożizzjoni u lanqas fir-rikors amministrattiv, u tikkonkludi li hemm identiċità fl-aspett fonetiku u dak semantiku u xebh fl-aspett grafiku tal-istess, u tikkonstata l-impossibbiltà ta’ koeżistenza paċifika bejn it-trade marks konfliġġenti u, għaldaqstant, għandha tiċħad l-applikazzjoni għal protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tat-trade mark internazzjonali Nru 1 154 586 “HIPANEMA”, fil-klassi 14. Inkella, jekk il-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti sabiex tagħmel dan, tibgħat lura l-kwistjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, bl-obbligu għal dan li jiġi ammess ix-xebh applikat bejn it-trade marks konfliġġenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |