Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0360

    Kawża T-360/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Jana shoes et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 249, 31.7.2017, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 249/42


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Jana shoes et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-360/17)

    (2017/C 249/57)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jana shoes GmbH & Co. KG (Detmold, il-Ġermanja), Novi International GmbH & Co. KG (Detmold), shoe.com GmbH & Co. KG (Detmold), Wendel GmbH & Co. KG Schuhproduktionen International (Detmold) u Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen (Detmold) (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara r-rikors ammissibbli;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423, tad-9 ta’ Marzu 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 64, 2017, p. 72);

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li mingħajr bażi legali valida, ir-Regolament 2017/423 jikser il-prinċipju ta’ konferiment skont l-Artikoli 5(1) u 5(2) TUE u, f’kwalunkwe każ, il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali skont l-Artikolu 13(2) TUE.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li bin-nuqqas milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, C&J Clark International, ir-Regolament 2017/423 jikser l-Artikolu 266 TFUE.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping fuq l-importazzjoni taż-żraben “li seħħew matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 1294/2009”, ir-Regolament Nru 2017/423 jikser l-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (1), u l-prinċipju ta’ ċertezza legali (Nuqqas ta’ retroattività).

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping mingħajr ma jwettaq evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, ir-Regolament 2017/423 jikser l-Artikolu 21 tar-Regolament 2016/1036 u li fi kwalunkwe każ, huwa manifestament żbaljat li wieħed jikkonkludi li l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping kien fl-interess tal-Unjoni.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jadotta att li jeċċedi dak li huwa neċessarju biex jikseb l-għan tiegħu, ir-Regolament 2017/423 jikser l-Artikolu 5(1) u 5(4) TUE.


    (1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 2016, p. 21).


    Top