This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0321
Case T-321/17: Action brought on 22 May 2017 — Niemelä and Others v ECB
Kawża T-321/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2017 – Niemelä et vs BĊE
Kawża T-321/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2017 – Niemelä et vs BĊE
ĠU C 283, 28.8.2017, p. 52–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/52 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2017 – Niemelä et vs BĊE
(Kawża T-321/17)
(2017/C 283/82)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Heikki Niemelä (Ohain, il-Belġju), Mika Lehto (Espoo, il-Finlandja), Nemea plc (San Ġiljan, Malta), Nevestor SA (Ohain) u Nemea Bank plc (San Ġiljan) (rappreżentant: A. Meriläinen, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ECB/SSM/2017- 213800JENPXTUY75VS0/1 WHD-2017-0003, tat-23 ta’ Marzu 2017, li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ Nemea Bank plc (iktar 'il quddiem l-“entità ssorveljata”) bħala istituzzjoni ta’ kreditu; |
— |
sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni tal-BĊE li tissospendi l-applikazzjoni tagħha minħabba l-ħsara irreparabbli li l-applikazzjoni immedjata u kontinwata tagħha tista’ tikkawża lill-partijiet interessati tal-entità ssorveljata, prinċipalment id-depożitanti, l-impjegati u l-azzjonisti tal-bank, billi tippermetti jew tirrikjedi lill-azzjonisti diretti jew indiretti tal-entità ssorveljata li jittrasferixxu l-ishma tagħhom fil-bank fiż-żmien raġonevoli li jista’ jiġi preskritt; |
— |
tordna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 10 miljun flimkien ma’ interessi legali mit-23 ta’ Marzu 2017 għad-dannu kkawżat mid-deċiżjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha li jkunu saru f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-fatti tal-kawża ma humiex riprodotti b’mod korrett fil-motivi u/jew fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BĊE wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE abbuża mis-setgħat tiegħu.
|
5. |
It-tielet motiv jallega li d-deċiżjoni tal-BĊE ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni sa fejn ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|