This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0281
Case T-281/17: Action brought on 10 May 2017 — European Dynamics Luxembourg and Evropaïki Dynamiki v Commission
Kawża T-281/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
Kawża T-281/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
ĠU C 269, 14.8.2017, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/27 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-281/17)
(2017/C 269/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri u C-N. Dede, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt tal-konvenuta rigward il-Fażi 2 proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ristretta (referenza tal-EuropeAid/138143/DH/SER/AL), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz tal-ittra tagħha tas-6 ta’ Marzu 2017, li permezz tagħha ġew infurmati li l-offerta tagħhom ma ntlaqgħetx u li l-kuntratt kien ingħata lil offerent ieħor; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrenti d-dannu subit minħabba t-telf ta’ opportunità li jingħataw kuntratt, fl-ammont ta’ EUR 240 000 (mitejn u erbgħin elf euro); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrenti ta’ danni diżważivi fl-ammont ta’ EUR 40 000 (erbgħin elf euro); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti kif ukoll spejjeż oħra sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors kellu jiġi miċħud. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar l-għoti ta’ kuntratti, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, billi ma kkomunikatx lir-rikorrenti d-deċiżjoni tal-għoti fl-istess ħin li kkomunikata lill-offerenti l-oħra u billi rrifjutat li tosserva l-perijodu sospensiv. Ir-rikorrenti jargumentaw li l-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi affettwat negattivament id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni kkontestata. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażata fuq il-fatt il-konvenuta bidlet l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti ftit jiem qabel it-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti, billi daħħlet kundizzjonijiet ġodda. B’dan il-mod, il-konvenuta kisret l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju, peress li t-tibdil fid-dokumenti tal-għoti ta’ kuntratti twettaq permezz ta’ kuntatti matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti u b’mod iktar speċifiku permezz ta’ kjarifiki li ngħataw lill-offerenti. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, li jidhru fl-estratti tar-Rapport ta’ Evalwazzjoni kkomunikat lir-rikorrenti u li l-konvenuta daħħlet kriterji ġodda u mhux magħrufa fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti. |