EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0265
Case T-265/17: Action brought on 5 May 2017 — ExpressVPN v EUIPO (EXPRESSVPN)
Kawża T-265/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN)
Kawża T-265/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN)
ĠU C 202, 26.6.2017, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/26 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN)
(Kawża T-265/17)
(2017/C 202/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ExpressVPN Ltd (Glen Vine, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Muir Wood, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXPRESSVPN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 265 562
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1352/2016-5
Talbiet
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark fuq il-bażi li t-trademark la hija deskrittiva u lanqas nieqsa minn karattru distintiv u fuq il-bażi tal-provi tal-karattru distintiv miksub prodotti lill-eżaminatur u lill-Ħames Bord tal-Appell; |
— |
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta’ din il-proċedura. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b)(c), 7(2) u 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009. |