Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0230

    Kawża T-230/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Rstudio vs EUIPO – Embarcadero Technologies (RSTUDIO)

    ĠU C 178, 6.6.2017, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 178/32


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Rstudio vs EUIPO – Embarcadero Technologies (RSTUDIO)

    (Kawża T-230/17)

    (2017/C 178/47)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rstudio, Inc. (Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, u G. Smith, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Embarcadero Technologies, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea għat-trade mark “RSTUDIO” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 999 644

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 493/2016-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża u l-ispejjeż hawn taħt; sussidjarjament, jekk l-intervenjenti potenzjali fil-fatt tintervjeni, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti in solidum għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura u l-ispejjeż hawn isfel.

    Motivi invokati

    Il-Bord tal-Appell ma evalwax b’mod xieraq il-prodotti li għalihom ġiet prodotta prova ta’ użu u, għalhekk, naqas milli jqabbel korrettement il-prodotti.

    Il-Bord tal-Appell ma evalwax b’mod korrett il-xebh tal-prodotti rilevanti u x-xebh tat-trade marks rilevanti u, għaldaqstant, ma evalwax korrettament l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


    Top