Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62017TB0815

    Kawża T-815/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – Správa železniční dopravní cesty vs Il-Kummissjoni u INEA (“Rikors għal annullament — Għajnuna finanzjarja — Proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija — Servizzi ta’ ppjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga — Deċiżjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli — Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut — Assenza ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 76–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/76


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – Správa železniční dopravní cesty vs Il-Kummissjoni u INEA

    (Kawża T-815/17) (1)

    (“Rikors għal annullament - Għajnuna finanzjarja - Proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija - Servizzi ta’ ppjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga - Deċiżjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli - Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Assenza ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

    (2018/C 427/102)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrenti: Správa železniční dopravní cesty, státní organizace (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Korbel, avukat)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u Z. Malůšková, aġenti), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (rappreżentanti: I. Ramallo u I. Barcew, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-INEA tal-11 ta’ Ottubru 2017 dwar id-dikjarazzjoni finanzjarja finali u l-eliġibbiltà tas-somom mitluba fil-kuntest tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija għall-proġett ta’ interess komuni “Servizzi relatati mal-ippjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga”.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ċeka u mir-Repubblika tal-Polonja.

    3)

    Správa železniční dopravní cesty, státní organizace għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA).

    4)

    Správa železniční dopravní cesty, státní organizace, il-Kummissjoni, l-INEA, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


    (1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


    Haut