Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0708

    Kawża T-708/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2018 – OPS Újpest vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna implimentata mill-Ungerija favur impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà — Proċedura preliminari ta’ eżami — Deċiżjonijiet allegati tal-Kummissjoni li jiddikjaraw il-miżura ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 71–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/71


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2018 – OPS Újpest vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-708/17) (1)

    (“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mill-Ungerija favur impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Proċedura preliminari ta’ eżami - Deċiżjonijiet allegati tal-Kummissjoni li jiddikjaraw il-miżura ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà”)

    (2018/C 427/95)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrenti: OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni kienet allegatament adottat dwar l-ilmenti SA.29432 – CP 290/2009 – l-Ungerija – Għajnuna fil-qasam ta’ reklutaġġ ta’ ħaddiema b’diżabbiltà allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni u SA.45498 (FC/2016) – Ilment ta’ OPS Újpest-lift Kft dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa lill-impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà bejn 2006 u 2012.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


    Top