Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0491

    Kawża T-491/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Opere Pie d’Onigo vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna stabbilita mill-Italja favur ċerti fornituri ta’ servizzi soċjosanitarji – Spejjeż marbuta mal-assenza ta’ persunal minħabba maternità u ta’ assistenza tal-membri tal-familja li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dipendenza – Kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istat lil impriżi privati – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Nuqqas ta’ tqegħid f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni żvantaġġuża – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà)

    ĠU C 423, 16.12.2019, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/50


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Opere Pie d’Onigo vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-491/17) (1)

    (Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna stabbilita mill-Italja favur ċerti fornituri ta’ servizzi soċjosanitarji - Spejjeż marbuta mal-assenza ta’ persunal minħabba maternità u ta’ assistenza tal-membri tal-familja li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dipendenza - Kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istat lil impriżi privati - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Nuqqas ta’ tqegħid f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni żvantaġġuża - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà)

    (2019/C 423/63)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Istituzione pubblica di assistenza e beneficenza “Opere Pie d’Onigo” (Pederobba, l-Italja) (rappreżentant: G. Maso, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u D. Recchia, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2017 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna stabbilita mill-Italja favur ċerti fornituri privati ta’ servizzi soċjosanitarji (għajnuna mill-Istat SA.38825 (2016/NN)) (ĠU 2017, C 219, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent imressqa mill-IPAB di Vicenza, mill-IPAB Casa Gino u Pierina Marani, mill-IPAB Centro Residenziale per Anziani di Cittadelli, mill-Azienda Pubblica dei Servizi alla Persona “Grimani Buttari – residenze per Anziani in Osimo” u mir-Repubblika Taljana.

    3)

    Istituzione pubblica di assistenza e beneficienza “Opere Pie d’Onigo” hija kkundannata għall-ispejjeż.

    4)

    IPAB di Vicenza, IPAB Casa Gino e Pierina Marani, IPAB Centro Residenziale per Anziani di Cittadelli, Azienda Pubblica dei Servizi alla Persona “Grimani Buttari – residenze per Anziani in Osimo” u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talbiet ta’ intervent.


    (1)  ĠU C 330, 2.10.2017


    Top