EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0141

Kawża T-141/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri restrittivi — Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 178, 6.6.2017, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

(Kawża T-141/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri restrittivi - Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 178/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kasa-Vubu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: O. Okito u A. Ouannès, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2230, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2016, L 336 I, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top