Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0835

    Kawża T-835/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – Eurofer vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjoni ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja, mis-Serbja u mill-Ukraina – Għeluq tal-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mis-Serbja – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu – Evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet provenjenti minn iktar minn pajjiż wieħed – Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Għeluq tal-proċedura mingħajr impożizzjoni ta’ miżuri – Artikolu 9(2) tar-Regolament 2016/1036 – Informazzjoni finali dwar il-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa previst li l-istituzzjoni tiġi rrakkomandata miżuri definittivi jew l-għeluq ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedura mingħajr ma jiġu imposti miżuri – Artikolu 20(2) tar-Regolament 2016/1036”)

    ĠU C 175, 25.5.2020, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – Eurofer vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-835/17) (1)

    (“Dumping - Importazzjoni ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja, mis-Serbja u mill-Ukraina - Għeluq tal-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mis-Serbja - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu - Evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet provenjenti minn iktar minn pajjiż wieħed - Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Għeluq tal-proċedura mingħajr impożizzjoni ta’ miżuri - Artikolu 9(2) tar-Regolament 2016/1036 - Informazzjoni finali dwar il-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa previst li l-istituzzjoni tiġi rrakkomandata miżuri definittivi jew l-għeluq ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedura mingħajr ma jiġu imposti miżuri - Artikolu 20(2) tar-Regolament 2016/1036”)

    (2020/C 175/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Killick u G. Forwood, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, N. Kuplewatzky u A. Demeneix, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: HBIS Group Serbia Iron & Steel LLC Belgrade (rappreżentant: R. Luff, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU 2017, L 258, p. 24, rettifika fil-ĠU 2017, L 319, p. 81).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Eurofer, Association Européenne de l’Acier, AISBL, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn HBIS Group Serbia Iron & Steel LLC Belgrade.


    (1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


    Top