Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0633

    Kawża T-633/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2018 – Sárossy vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati mal-proċedura EU Pilot Nru 8572/16 CHAP(2015) 00353 — Rifjut ta’ aċċess — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità — Interess pubbliku superjuri”)

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/60


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2018 – Sárossy vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-633/17) (1)

    (“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati mal-proċedura EU Pilot Nru 8572/16 CHAP(2015) 00353 - Rifjut ta’ aċċess - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Interess pubbliku superjuri”)

    (2018/C 427/79)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Róbert Sárossy (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Lazar, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u C. Ehrbar, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: l-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, G. Koós u M. Tátrai, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-12 ta’ Ġunju u tas-17 ta’ Lulju 2017 tal-Kummissjoni li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrent l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura EU Pilot Nru 8572/16 CHAP(2015) 00353.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Róbert Sárossy għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


    Top