EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0571

Kawża T-571/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – UG vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Xoljiment permezz ta’ preavviż – Raġunijiet għal xoljiment – Kondotta fis-servizz u kapaċità għax-xogħol mhux kompatibbli mal-interess tas-servizz – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Stħarriġ tal-eżattezza materjali tal-punti ta’ fatt – Assenza ta’ provi – Responsabbiltà – Dannu materjali – Ħlas tas-salarji dovuti”)

ĠU C 175, 25.5.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – UG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Xoljiment permezz ta’ preavviż - Raġunijiet għal xoljiment - Kondotta fis-servizz u kapaċità għax-xogħol mhux kompatibbli mal-interess tas-servizz - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Stħarriġ tal-eżattezza materjali tal-punti ta’ fatt - Assenza ta’ provi - Responsabbiltà - Dannu materjali - Ħlas tas-salarji dovuti”)

(2020/C 175/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: UG (rappreżentanti: M. Richard u P. Junqueira de Oliveira, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, L. Radu Bouyon u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiza, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubtru 2016 li permezz tagħha l-Uffiċċju “Infrastruttura u loġistika fil-Lussemburgu” (OIL) tal-Kummissjoni xolja l-kuntratt’ ta’ ingaġġ tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-20 ta’ Awwissu 2017, u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb il-kumpens għad-dannu materjali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet b’riżultat ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll għad-dannu morali li hija allegatament ġarrbet minħabba trattament degradanti li għalih kienet suġġetta minħabba l-attività sindakali tagħha u minħabba li ħadet il-leave parentali tagħha.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Ottubru 2016 li tittermina l-kuntratt għal żmien indeterminat ta’ UG hija annullata.

2)

Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali, sa mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data ta’ għoti ta’ din is-sentenza interlokutorja, jew l-ammont iffissat bi qbil komuni tal-kumpens pekunjarju marbut mal-illegalità tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2016, jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, il-konklużjonijiet ċifrati fir-rigward ta’ dan l-ammont.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


Top