Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0235

    Kawża T-235/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Domestic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOBILE LIVING MADE EASY — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”)

    ĠU C 166, 14.5.2018, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 166/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Domestic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY)

    (Kawża T-235/17) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOBILE LIVING MADE EASY - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”))

    (2018/C 166/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Domestic Sweden (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Humphreys, solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaite-Orlovskiene u J. Ivanauskas, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Frar 2017 (Każ R 1832/2016-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MOBILE LIVING MADE EASY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Dometic Sweden AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


    Top