Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0219

    Kawża T-219/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2018 – M J Quinlan & Associates vs EUIPO – Intersnack Group (Forma ta’ kangarù) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ dekadenza — Trade mark tridimensjonali li tippreżenta il-forma ta’ kangarù — Dikjarazzjoni ta’ dekadenza — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Prova tal-użu ġenwin — Natura tal-użu”)

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/54


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2018 – M J Quinlan & Associates vs EUIPO – Intersnack Group (Forma ta’ kangarù)

    (Kawża T-219/17) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ dekadenza - Trade mark tridimensjonali li tippreżenta il-forma ta’ kangarù - Dikjarazzjoni ta’ dekadenza - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Prova tal-użu ġenwin - Natura tal-użu”)

    (2018/C 427/69)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: M J Quinlan & Associates Pty Ltd (Hope Island, Queensland, l-Awstralja) (rappreżentanti: M. Freiherr von Welser u A. Bender, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intersnack Group GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Lampel, J. Heidenreich u M. Pfaff, avukati)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2017 (Każ R 218/2016-2), dwar proċedimenti ta’ dekadenza bejn M J Quinlan & Associates Pty u Intersnack Group.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    M J Quinlan & Associates Pty Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


    Top