This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0694
Case C-694/17: Request for a preliminary ruling from the Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (Luxembourg) lodged on 11 December 2017 — Pillar Securitisation Sàrl v Hildur Arnadottir
Kawża C-694/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Pillar Securitisation Sàrl vs Hildur Arnadottir
Kawża C-694/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Pillar Securitisation Sàrl vs Hildur Arnadottir
ĠU C 63, 19.2.2018, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Pillar Securitisation Sàrl vs Hildur Arnadottir
(Kawża C-694/17)
(2018/C 063/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pillar Securitisation Sàrl
Konvenuta: Hildur Arnadottir
Domanda preliminari
Fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu li, fid-dawl tal-ammont totali tal-kreditu, ma huwiex kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), persuna tista’ titqies bħala “konsumatur” fis-sens tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva għal oqsma li ma humiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, peress li l-kuntratt ġie konkluż għal użu li jista’ jitqies bħala estranju għall-attività professjonali tagħha?