This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0452
Case C-452/17: Request for a preliminary ruling from the Tribunal de commerce de Liège (Belgium) lodged on 27 July 2017 — Zako SPRL v Sanidel SA
Kawża C-452/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Liège (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2017 – Zako SPRL vs Sanidel SA
Kawża C-452/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Liège (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2017 – Zako SPRL vs Sanidel SA
ĠU C 347, 16.10.2017, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Liège (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2017 – Zako SPRL vs Sanidel SA
(Kawża C-452/17)
(2017/C 347/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de commerce de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zako SPRL
Konvenuta: Sanidel SA
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li aġent kummerċjali għandu jfittex u jżur il-klijenti jew il-fornituri barra mill-impriża tal-prinċipal? |
2) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653/KEE ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-aġent kummerċjali ma jkunx jista’ jwettaq kompiti oħrajn minbarra dawk marbutin man-negozju tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipali u mal-innegozjar u mal-konklużjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom u f’isem il-prinċipal? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653/KEE ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li huwa biss b’mod anċillari li l-aġent kummerċjali jkun jista’ jwettaq dawk il-kompiti li huma marbutin mal-innegozjar tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipali u mal-innegozjar u mal-konklużjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom u f’isem il-prinċipal? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177