EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0444

Kawża C-444/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta’ Lulju 2017 – Préfet des Pyrénées-Orientales vs Abdelaziz Arib, Procureur de la République près le tribunal de grande instance de Montpellier, Procureur général près la cour d’appel de Montpellier

ĠU C 330, 2.10.2017, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta’ Lulju 2017 – Préfet des Pyrénées-Orientales vs Abdelaziz Arib, Procureur de la République près le tribunal de grande instance de Montpellier, Procureur général près la cour d’appel de Montpellier

(Kawża C-444/17)

(2017/C 330/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Préfet des Pyrénées-Orientales

Konvenuti: Abdelaziz Arib, Procureur de la République près le tribunal de grande instance de Montpellier, Procureur général près la cour d’appel de Montpellier

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/399, tad-9 ta’ Marzu 2016 (1), li jipprevedi li, meta l-kontrolli fuq il-fruntiera jiġu introdotti mill-ġdid fil-fruntieri interni, id-dispożizzjonijiet rilevanti fit-Titolu II (fil-fruntiera esterna tagħhom) għandhom japplikaw mutatis mutandis, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kontrolli introdotti mill-ġdid fil-fruntiera interna ta’ Stat Membru huma komparabbli mal-kontroll imwettaq fil-fruntiera esterna, meta jsir qsim minn ċittadin ta’ pajjiż terz, mingħajr id-dritt tad-dħul?

2)

Fl-istess ċirkustanzi għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontroll fil-fruntiera interna, dan ir-regolament u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (2), jistgħu jiġu applikati għas-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li jaqsam fruntiera fejn il-kontroll ġie introdott mill-ġdid, il-fakultà prevista fl-Artikolu 2(2)(a) tad-direttiva, li jiftaħ għall-Istati Membri l-possibbiltà li jkomplu japplikaw il-proċeduri nazzjonali ta’ ritorn issemplifikati fil-fruntieri tagħhom?

3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għal din l-aħħar domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2)(a) u tal-Artikolu 4(4) tad-direttiva jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu L. 621-2 tal-Kodiċi dwar id-dħul u r-residenza tal-persuni barranin u d-dritt għall-ażil, li tistabilixxi piena ta’ priġunerija għall-illegalità tad-dħul fit-territorju nazzjonali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li għalih il-proċedura ta’ ritorn stabbilita minn din id-direttiva ma tkunx waslet fi tmiemha?


(1)  Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, p. 1).

(2)  ĠU L 348, p. 98.


Top