EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0420

Kawża C-420/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

ĠU C 300, 11.9.2017, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/25


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-420/17)

(2017/C 300/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji biex tistabbilixxi sistema ġenerali ta’ protezzjoni tal-ortolan Bruant fid-département des Landes, ir-Repubblika Franċiża naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi.

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li Franza qatt ma ħadet il-miżuri koerenti u kkoordinati ta’ protezzjoni biex tistabbilixxi sistema ta’ protezzjoni tal-ortolan Bruant, u b’hekk naqqset mill-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2009/147/KE (1).


(1)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.


Top