Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0372

    Kawża C-372/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Vision Research Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

    ĠU C 300, 11.9.2017, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Vision Research Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

    (Kawża C-372/17)

    (2017/C 300/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Noord-Holland

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vision Research Europe BV

    Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

    Domanda preliminari

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2014 (1), tal-4 ta’ Frar 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa validu jekk, hekk kif hija tal-fehma ir-Rechtbank (qorti) f’dan l-istadju, is-subintestatura 8525 80 30 għandha tiġi interpretata fis-sens li tista’ tiġi kklassifikata fiha il-kamera, [Phantom V7.3], li għandha memorja volatili, bil-konsegwenza li r-reġistrazzjoni ta’ immaġini fil-kamera jintilfu meta tittieħed immaġni oħra jew meta l-kamera tintefa?


    (1)  ĠU 2014, L 38, p. 20.


    Top