Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0370

    Kawża C-370/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Bobigny (Franza) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Caisse de retraite du personnel navigant professionnel de l’aéronautique civile (CRPNPAC) vs Vueling Airlines S.A.

    ĠU C 283, 28.8.2017, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Bobigny (Franza) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Caisse de retraite du personnel navigant professionnel de l’aéronautique civile (CRPNPAC) vs Vueling Airlines S.A.

    (Kawża C-370/17)

    (2017/C 283/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de grande instance de Bobigny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Caisse de retraite du personnel navigant professionnel de l’aéronautique civile (CRPNPAC)

    Konvenuta: Vueling Airlines S.A.

    Domanda preliminari

    L-effett marbut maċ-ċertifikat E 101 maħruġ, konformement mal-Artikoli 11(1) u 12a(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (1), mill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tiegħu tibqa’ applikabbli għas-sitwazzjoni tal-impjegat, għandu jinżamm minkejja li ċ-ċertifikat E 101 ikun inkiseb bħala riżultat ta’ frodi jew ta’ abbuż ta’ dritt, ikkonstatat b’mod definittiv minn qorti tal-Istat Membru fejn l-impjegat jeżerċita jew għandu jeżerċita l-attività tiegħu?

    Fil-każ fejn ir-risposta għal din id-domanda tkun pożittiva, il-ħruġ ta’ ċertifikati E 101 jipprekludi li persuni li jkunu vittmi tad-dannu li jkunu sostnew minħabba l-aġir tal-persuna li timpjega, li hija l-awtriċi tal-frodi, jiksbu kumpens għalih, mingħajr ma s-sħubija tal-impjegati għas-sistemi indikati miċ-ċertifikat E 101 tiġi kkontestata permezz tal-azzjoni għad-danni eżerċitata kontra l-persuna li timpjega?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83.


    Top