Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0363

    Kawża C-363/17 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2017 minn Equipolymers Srl, M&G Polimeri Italia SpA, Novapet SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ April 2017 fil-Kawża T-422/13, Committee of Polyethylene Terephthalate (PET) Manufacturers in Europe (CPME) et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 283, 28.8.2017, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/24


    Appell ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2017 minn Equipolymers Srl, M&G Polimeri Italia SpA, Novapet SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ April 2017 fil-Kawża T-422/13, Committee of Polyethylene Terephthalate (PET) Manufacturers in Europe (CPME) et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-363/17 P)

    (2017/C 283/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Equipolymers Srl, M&G Polimeri Italia SpA, Novapet SA (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Committee of Polyethylene Terephthalate (PET) Manufacturers in Europe (CPME), Cepsa Química SA, Indorama Ventures Poland sp. z o.o., Lotte Chemical UK Ltd, Ottana Polimeri Srl, UAB Indorama Polymers Europe, UAB Neo Group, UAB Orion Global pet, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn tiċħad it-talba għad-danni;

    tiddeċiedi fuq il-mertu tat-talba għad-danni u tordna l-ħlas tad-danni, jew tirrinvija l-każ lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni fuq il-mertu tat-talba għad-danni; u

    tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-appellanti.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Il-Qorti Ġenerali wettqet distorsjoni u evalwazzjoni ħażina tal-provi ppreżentati mill-appellanti meta ddeċidiet li ma hemmx rabta kawżali bejn l-adozzjoni illegali tad-Deċiżjoni 2013/226 (1) u d-danni subiti mill-appellanti. (Sentenza appellata, punti 155 sa 197, u b’mod partikolari l-punt 187 sa 189).


    (1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li jirrifjuta l-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja (ĠU 2013, L 136, p. 12).


    Top