Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0339

    Kawża C-339/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Verein für lauteren Wettbewerb e.V. vs Princesport GmbH

    ĠU C 283, 28.8.2017, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Verein für lauteren Wettbewerb e.V. vs Princesport GmbH

    (Kawża C-339/17)

    (2017/C 283/32)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Verein für lauteren Wettbewerb e.V.

    Konvenuta: Princesport GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu neċessarjament jiġi kkjarifikat li l-prodott tat-tessut pur huwa esklużivament kompost mill-istess fibra?

    2)

    L-użu ta’ wieħed mit-tliet termini msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011, jiġifieri “100 %”, “pur” jew “kollu”, huwa neċessarju jew huwa sempliċement għażla u mhux obbligu, għal tali prodotti?

    3)

    L-obbligu taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011, li prodotti tat-tessut jiġu ttikkettjati jew immarkati bl-isem u bil-perċentwali tal-piż tal-fibri kostitwenti kollha japplika wkoll għal prodotti tat-tessut puri li jaqgħu taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011?


    (1)  Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2011, dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, p. 1).


    Top