Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0336

    Kawża C-336/17 P: Appell ippreżentat fis-6 ta Ġunju 2017 minn HB et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ April fil-Kawża T-361/14, HB et vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 283, 28.8.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/22


    Appell ippreżentat fis-6 ta Ġunju 2017 minn HB et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ April fil-Kawża T-361/14, HB et vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-336/17 P)

    (2017/C 283/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: HB et (rappreżentant: Dr. P. Brockmann, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    1.

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, mogħtija fil-5 ta’ April 2017 fil-Kawża T-361/14, HB et vs Il-Kummissjoni, li tiċħad ir-rikors bħala infondat u tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tinżamm seduta ġdida għas-sottomissjonijiet orali;

    skont il-każ

    2.

    jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija informata biżżejjed f’dan ir-rigward, tiddeċiedi hija stess dwar il-mertu u tikkonferma li l-interazzjoni psikoloġika bejn il-bniedem u l-annimal hija kwistjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Unjoni;

    3.

    f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-ewwel aggravju: Difett proċedurali li jikkonsisti fi ksur tad-dritt għal smigħ, sa fejn:

    l-avukat li jirrappreżenta lir-rikorrenti u l-imħallfin ġew preklużi milli jikkonsultaw dak li l-ewwel rikorrenti kienet ippreżentat ruħha fil-ħin għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali li nżammet fis-27 ta’ Settembru 2016, peress li impjegata tal-Qorti Ġenerali kienet ipprojbxxiet id-dħul lit-tifla minuri tagħha, minħabba li l-persuna li kellha tieħu ħsiebha kienet waslet tard, li konsegwentement id-dħul ġie rrifjutat lir-rikorrenti u, kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet ta’ din l-impjegata, l-informazzjoni dwar il-preżenza tagħha la ġiet ikkomunikata lill-imħallfin u lanqas lir-rappreżentant tar-rikorrenti;

    bl-istess mod, ir-rikorrenti l-oħra ma ġewx informati li kellhom jiġu identifikati attivament fis-sala tas-seduta, għal finijiet ta’ preżenza, sa fejn effettivament huma kienu waslu qabel ma bdiet is-seduta, iżda wara l-ħin indikat fil-konvokazzjoni,

    li pprekluda s-smigħ tar-rikorrenti, bħala xhieda, mitlub bil-miktub, u dan, skont l-appellanti, wassal neċessarjament għal evalwazzjoni ġuridika żbaljata, jiġifieri l-konstatazzjoni li r-rikors kien infondat;

    It-tieni aggravju: difett proċedurali li jikkonsisti fl-evalwazzjoni tas-saħħa probatorja ta’ prova qabel ma ġiet awtorizzata l-produzzjoni tagħha, sa fejn:

    il-provi kollha li l-produzzjoni tagħhom kienet ġiet offruta ġew miċħuda mingħajr motivazzjoni u bi żball

    ukoll speċjalment f’dak li jikkonċerna problemi interdixxiplinari, espożizzjoni mill-esperti ma ġietx awtorizzata;

    ebda mistoqsija ma saret lill-partijiet, kemm jekk bil-miktub jew oralment,

    li, skont l-appellenti, wassal neċessarjament għal evalwazzjoni ġuridika żbaljata, jiġifieri l-konstatazzjoni li r-rikors kien infondat.

    It-tielet aggravju: fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi l-etika bħala li hija f’kull każ kwistjoni b’rabta mad-drittijet tal-bniedem u rekwiżit importanti ta’ integrazzjoni, huwa possibbli li tittieħed id-deċiżjoni dwar il-mertu fid-dawl tal-proċess.


    Top