Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0306

    Kawża C-306/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tatabányai Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2017 – Éva Nothartová vs József Boldizsaár Sámson

    ĠU C 269, 14.8.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tatabányai Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2017 – Éva Nothartová vs József Boldizsaár Sámson

    (Kawża C-306/17)

    (2017/C 269/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Tatabányai Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Éva Nothartová

    Konvenut: József Boldizsár Sámson

    Domandi preliminari

    Meta kontrotalba toriġina minn kuntratt jew minn fatti differenti minn dawk li fuqhom hija bbażata t-talba oriġinali:

    a)

    għandu japplika biss l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1215/2012/UE (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell Ia”) peress li huwa l-unika dispożizzjoni li tikkonċerna l-kontrotalba, jew

    b)

    l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Brussell Ia jikkonċerna biss il-kontrotalbiet li joriġinaw mill-kuntratt jew mill-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba oriġinali, u għalhekk ma jistax japplika għal kontrotalbiet li ma joriġinawx minn dan il-kuntratt jew minn dawn il-fatti, bil-konsegwenza li, fir-rigward ta’ dawn il-kontrotalbiet, jista’ jiġi stabbilit, abbażi ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni oħra tar-Regolament Brussell Ia, li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq it-talba oriġinali għandha wkoll ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq il-kontrotalba?


    (1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).


    Top