Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0266

Kawża C-266/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Mejju 2017 – Rhein-Sieg-Kreis vs Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH

ĠU C 283, 28.8.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Mejju 2017 – Rhein-Sieg-Kreis vs Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH

(Kawża C-266/17)

(2017/C 283/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rhein-Sieg-Kreis

Konvenuti: Verkehrsbetrieb Hüttebräucker GmbH, BVR Busverkehr Rheinland GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 (1) huwa applikabbli għall-kuntratti li ma jkollhomx il-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjoni għal servizzi kif iddefiniti fid-Direttiva 2004/17/KE (2) jew fid-Direttiva 2004/18/KE (3)?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

Fil-każ fejn awtorità individwali kompetenti tagħti direttament kuntratt għal servizz pubbliku lil operatur intern konformement mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, il-kontroll konġunt eżerċitat mill-imsemmija awtorità individwali flimkien mal-entitajiet assoċjati l-oħra tal-operatur intern ikun ostakolat meta l-fakultà ta’ intervent fit-trasport pubbliku ta’ passiġġieri f’żona ġeografika partikolari [Artikolu 2(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1370/2007] tkun maqsuma bejn l-awtorità individwali kompetenti u grupp ta’ awtoritajiet li jipprovdu servizzi integrati għat-trasport pubbliku għall-passiġġieri, b’mod, pereżempju, li s-setgħa tal-għoti ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi lil operatur intern tibqa’ f’idejn l-awtorità individwali, filwaqt li x-xogħol relatat mat-tariffi jingħata lil sindakat interkomunali ta’ komunità tat-trasport, li tinkludi, minbarra l-awtorità individwali, awtoritajiet kompetenti oħra fiż-żoni ġeografiċi tagħhom?

3)

Fil-każ fejn awtorità individwali kompetenti tagħti direttament kuntratt għal servizz pubbliku lil operatur intern konformement mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, il-kontroll konġunt eżerċitat mill-imsemmija awtorità individwali flimkien mal-entitajiet assoċjati l-oħra tal-operatur intern ikun ostakolat meta skont ir-regoli statutorji tal-imsemmi operatur, ikollha drittijiet ta’ vot sabiex tgħaddi, temenda jew ixxolji kuntratt għal servizz pubbliku skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 biss l-entità assoċjata li, hi stess, tagħti kuntratt għal servizzi lill-imsemmi operatur skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, jew li l-proprjetarju dirett jew indirett tagħha jagħti tali kuntratt?

4)

Il-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 jippermetti li l-operatur intern jagħti wkoll servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri għal awtoritajiet lokali kompetenti oħra fit-territorju tagħhom (inklużi linji li jmorru lil hinn jew servizzi parzjali oħra li jwasslu għat-territorju ta’ awtoritajiet lokali kompetenti viċini), meta dawn ma jkunux ngħataw permezz ta’ proċedura organizzata ta’ sejħiet kompetittivi għal offerti?

5)

Il-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 jippermetti li l-operatur intern jipprovdi, lil hinn mit-territorju tal-awtorità li inkarigatu, servizzi pubbliċi tat-trasport ta’ passiġġieri għal awtoritajiet organizzaturi ta’ servizzi oħra, fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ servizzi li jaqgħu taħt ir-regoli tranżitorji previsti fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007?

6)

F’liema data għandhom il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 ikunu ssodisfatti?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).

(2)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).

(3)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


Top